Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 'Mhux turist ta' sitt stilel, imma servizz ta' sitt stilel' Induru fuq is-soltu klixè ta' kważi kull Ministru għat-Turiżmu: 'Kwalità mhux kwantità'. Imma l-Ministru jemmen li Malta għandha prodott ta' sitt stilel? U turist b'baġit ta' €3,000 kuljum, per eżempju, għandu fejn jonfoq flusu hawnhekk? Bartolo jgħid li hu mhux lejn turisti ta' sitt stilel qed iħares imma lejn servizz u esperjenza ta' sitt stilel. "Jiena mhux qed inħares biss għat-turist ta' sitt stilel, wara kollox irrid nagħti serħan il-moħħ lil dawk li investew li se jkollna n-numri. Imma nixtieq li nara illi s-servizz ikun dejjem tajjeb. Jekk familja marret tiekol fl-aktar restorant għoli jew inkella marret tieħu pizza, irrid nara li toħroġ sodisfatta." Kliem sabiħ kieku, tirrimarka l-gazzetta. Imma kif se taċċerta li dan isir? Huwa qal li llum hemm diversi modi kif tevalwa r-reazzjoni tal-pubbliku dwar servizz b'diversi siti fejn persuna tista' tħalli kummenti jew ilmenti dwar is-servizz li tkun ħadet (eż: Tripadvisor). Huwa qal li bi qbil mal-MTA se jkunu qed jiġu evalwati l-kummenti u reazzjonijiet fuq dawn is-siti u meta stabiliment ikollu ħafna ilmenti, jiġi ċċekkjat. "Irridu naraw ukoll li jkollna l-indafa fil-pajjiż. Din hija xi ħaġa importanti ħafna u qed naħdmu mad-Dipartiment tal-Cleansing sabiex nimu l-importanza tad-dehra u ta' pajjiż nadif," qal il-Ministru Clayton Bartolo. "Mela allura, aktar milli turist ta' kwalità rridu nagħtu esperjenza u servizz ta' kwalità - imbagħad nibdew nattiraw ukoll turist ta' kwalità u tipi differenti ta' turisti li forsi sal- lum għadna mhux qed nattiraw biżżejjed minnhom." Fil-bidu tas-sena se jitħabbru miżuri biex jiġu attirati turisti żgħażagħ Il-gazzetta tfakkru illi żewġ Ħdud ilu ppubblikat sondaġġ xjentifiku li kien juri illi dawk bejn it-18 u l-35 sena huma l-aktar etajiet fejn hemm nies li qed jippjanaw safra għal 2021. Malta x'qegħda tagħmel biex taħtaf kemm jista' jkun minn dan is-settur, magħruf ukoll li jħobb id-divertiment u allura attivitajiet aktar tal-massa? Bartolo jaqbel u jgħid illi l-ewwel turist se jkun dak żgħażugħ u t-turist individwali, segwit mill-familji u dawn segwiti mill- gruppi u turiżmu tal-konferenzi. "Fil-bidu tas-sena d-dieħla se nħabbru diversi skemi li qed nippjanaw mal-MTA biex nattiraw dawn it-tip ta' turisti," jgħid il-Ministru. Il-gazzetta tfakkru li Julia Farrugia Portelli kienet qalgħet ħafna kritika meta n-numri niżlu għal żero kuljum u bdew jiġu organizzati l-parties. X'garanzija għandu li l-istess ħaġa mhux se tiġri lilu? Ma jaqbilx iżda u jfakkar mill-ġdid illi l-vaċċin ibiddel kollox u allura l-preżent ma jistax jitqabbel mal-passat. "Il-vaċċin huwa l-gamechanger, aktar u aktar issa li qed naraw illi dan qed ikun approvat madwar id-dinja kollha." Niċeċ turistiċi diversi, fosthom ħidma f 'dak reliġjuż Il-Ministru jwieġeb ukoll dwar niċeċ turistiċi ġodda u jfakkar li l-Gvern b'diversi modi għen lil dawk l-operaturi li qed ibatu, fosthom fis-settur tal-għadds u dak tat- tagħlim tal-Ingliż. Jisħaq fuq il-bżonn ta' aktar siti u ħarsien tal-ħajja fil-baħar biex ikompli jikber is-settur ta' turisti għaddasa f 'Malta. Isemmi wkoll it-turiżmu sportiv u l-bżonn li Malta tattira lejha żgħażagħ li jħobbu jagħmlu l-isports, jew inkella li jkun hawn football training camps. Hawnhekk isemmi l-bżonn li jsir aktar xogħol fuq il- ehim li kien sar mill-eks Ministru Konrad Mizzi mal-Manchester United. U finalment isemmi wkoll it-turiżmu reliġjuż, b'densità għolja ħafna ta' knejjes u katidrali mimljin opri ta' arti mal-pajjiż kollu. Clayton Bartolo jgħid li fuq din in- niċċa turistika qed isir xogħol mas-salesjani ta' Dun Bosco u saħaq illi l-potenzjal huwa kbir b'eluf kbar ta' turisti Kattoliċi. Buġibba/Qawra: 'Ma tajniex biżżejjed attenzjoni lil din il-lokalità turistika daqstant importanti' U finalment nagħtu ħarsa lejn il- lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li apparti li hija l-aktar lokalità li għandha sodod f 'akkomodazzjoni turistika hija wkoll l-akbar lokalità ta' Malta u Għawdex u lokalità fid-distrett tal-istess Clayton Bartolo. Il-gazzetta tinnota kif issir ċerta kritika li mhux ġusta u eseġerata minkejja l-bosta preġji tal-lokalità, iżda fl-istess ħin wieħed ma jistax ma jammettix li hemm nuqqasijiet kbar f 'San Pawl il-Baħar meta wieħed jiakar li din hija żona daqstant turistika. Ix-xogħol li jsir huwa ħafna drabi patchwork u mhux ħolistiku, bħal ma kien sar fl-1997-98 - u żebgħa fuq is-sadid. Din mhux kwalità imma medjokrità, tinnota l-gazzetta. Bartolo jwieġeb billi jgħid illi li hu mill- ewwel beda jaħdem biex din il-lokalità jkollha masterplan li permezz tiegħu tkun studjata l-infrastruttura mill-qiegħ u dak kollu li hemm bżonn isir, "imbagħad irridu naraw kif se nsibu l-flus. Din il-lokalità għandha bżonn titjib u sfortunatament ngħid li ma ngħatatx l-importanza li jixraqilha, meta hija waħda mill-isbaħ żoni u daqstant importanti għat-turiżmu." "Jiena se naħdem bis-serjetà biex isir ix-xogħol li hemm bżonn isir," qal Bartolo li sostna wkoll li fil-lokalità hemm bżonn l-infurzar, aktar indafa, aktar tisbiħ u aktar tħaddir filwaqt li "l-iżvilupp isir b'rispett lejn ir-residenti." Il-Ministru Clayton Bartolo temm l-intervista jgħid illi l-Gvern qed jesplora l-possibilità ta' finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-proġetti relatati mal- masterplan ta' din il-lokalità. "Ejja naqtgħu l-illapazzar u naħdmu b'mod ħolistiku," qal Bartolo. "Jiena mhux qed inħares biss għat- turist ta' sitt stilel, wara kollox irrid nagħti serħan il-moħħ lil dawk li investew li se jkollna n-numri. Imma nixtieq li nara illi s-servizz ikun dejjem tajjeb."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020