Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Nemmnu fir-riċerka vokazzjonali IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 D in il-ġimgħa kelli l-pjaċir li nerġa' nżur il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) mindu sirt responsab- bli mill-Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19. Ir- raġuni għal din iż-żjara hija waħ- da ferm interessanti hekk kif ġejt mitlub mill-MCAST stess sabiex niaħ l-ewwel Expo tar-Riċerka u l-Innovazzjoni organizzat minn dan il-Kulleġġ. Dan l-avveniment ta' jumejn huwa parti mill-isforz tal-Kulleġġ biex iżid ir-riċerka rilevanti għall-industrija hekk kif qed jipprepara ukoll biex iniedi l-ewwel programm ta' dottorat professjonali. F'din l-attività kienu qed jiġu ppreżentati l-proġetti ta'40 student u 96 riċerkatur mis-sitt istituti tal-Kulleġġ. Il-proġetti ta' riċerka tal- MCAST ikopru varjetà ta'oqsma, mix-xjenza applikata għall- inġinerija, min-negozju u l-kummerċ għall-edukazzjoni, mill-Informatika għall-arti kreattiva. Għoġbitni l-idea li jigi użat ambjent ta' kampus virtwali, biex l-MCAST jippreżentaw dan ix-xogħol b'mod interattiv u biex jieħdu l-limitazzjonijiet attwali imposti mill-pandemija bħala opportunità għall-innovazzjoni. Dan l-Expo wera x-xogħol sinifikanti ta' riċerka u innovazzjoni li qed isir minn riċerkaturi tal-MCAST. Il-varjetà tar-riċerka u l-innovazzjoni jirriflettu d-diversità u l-oqsma speċjalizzati tal-Kulleġġ. L-MCAST jinsab fuq quddiem fl-innovazzjoni, u kien wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet li nieda l-Istrateġija dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Jien tassew kburi li kont preżenti għal dan l-expo għaliex aħna bħala Gvern kommessi sabiex inkomplu nsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka ta' pajjiżna għaliex verament nemmnu li dan huwa l-futur ta' pajjiżna kif ukoll ta' pajjiżi oħra 'l bogħod minn xtutna. Il-parteċipanti ngħaqdu fl-attività permezz ta' avatars u interaġixxew fi ħdan il-kampus onlajn. Il-kampus virtwali kien jinkludi wkoll spazju fejn l-istudenti li għadhom kemm temmew l-istudji tagħhom qed jesebixxu l-proġetti tagħhom. L-erba' temi tal-Expo, li kollha jindirizzaw l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kienu: teknoloġija emerġenti u innovazzjoni kreattiva; benesseri soċjali, sport u saħħa; pedagoġija ta' kwalità u tagħlim effettiv; sostenibbiltà ambjentali u kulturali. Iktar minn 250 parteċipant ingħaqdu mal-avveniment li sar onlajn f 'kampus virtwali. L-MCAST huwa wieħed mill- iktar istituzzjonijiet importanti fejn tidħol ir-riċerka vokazzjonali. Bis-saħħa ta' dan l-Expo ġew spjegati proġetti ta' riċerka vokazzjonali li twettqu minn studenti u minn letturi li jgħallmu fl-MCAST stess. Anka l-Expo innifsu li huwa l-ewwel wieħed fl-Istorja ta' dan il-Kulleġġ intużat ħafna innovazzjoni għaliex sar użu mill- Informatika biex inbniet dinja virtwali sabiex bis-saħħa tagħha seta' sar dan l-Expo li verament kien wieħed sabiħ u li kien maqsum fuq jumejn. Jiena nawgura iktar u iktar riċerkaturi fil-kamp vokazzjonali u aħna se nkomplu nagħtu s-sapport kollu biex ir-riċerka tkun 'il fuq fl-aġenda nazzjonali. + + + Hekk kif dħalna fl-istaġun tal- Milied, nieħu gost inżur xi rħula żgħar li ġeneralment joffru ħafna x'tara għal min iżurhom f 'dawn iż-żmijiet. Din il-ġimgħa mort fir-raħal kwiet u sabiħ ta' Ħal Għaxaq fejn kelli l-opportunità nammira Siġra tal-Milied tal-ganċ sabiħa ħafna li bħalissa tinsab f 'waħda mill- pjazez ewlenin ta' dan ir-raħal. Hekk kif kont għaddej minnha ma stajtx ma ninnotax din is-'siġra' u għall-istagħġib tiegħi, persuna mill-istess lokal infurmani li kien għadu kemm jinkiser ir-rekord tal-ogħla Siġra tal-Milied magħmula mill-ganċ fil-gżejjer Maltin. Huwa kompla jispjegali li din kienet kollha xogħol ta' nies minn dan ir-raħal stess. Anki jekk il-Milied ser inkunu qed nesperjenzawh b'mod differenti din is-sena, in-nies ferrieħija u kwieti ta' Ħal Għaxaq xorta waħda rnexxielhom isibu mod kif ikunu jistgħu jinġabru flimkien bħala għaqda u komunità waħda u jġibu ferħ lir-raħal tagħhom kif ukoll jirnexxielhom ipoġġu isimhom fuq il-mappa! Is-Siġra tas-Suċċess, kif qed tissejjaħ, tinsab wieqfa fil-qalba ta' Ħal Għaxaq u qed tiġi mfaħħra għal dan ir-rekord. Dawk kollha li jixtiequ jżuruha u jħarsu lejha b'għajnejhom stess, huma mħeġġin jagħmlu dan. Inkiser ir-rekord li kienet l-ogħla Siġra tal-Milied magħmula mill-ganċ b'tul ta' 9 metri u dijametru ta' 2.9 metri. Inħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu, sabiex imorru proprju f 'dan ir- raħal u jtuha titwila. Qaluli wkoll li wara l-istaġun tal-Milied, il-materjal kollu użat mhux sempliċement se jiġi mormi. Se jmur għal kawża sabiħa ħafna ta' karità peress li se tinqasam f 'partijiet iżgħar u tingħata lin-nies kif ukoll djar li jista' jkollhom bżonn ilbies sħun jew lożor biex jitpoġġew fuq is- sodod tagħhom. Tassew, l-Għaxqin jafu jagħmlu l-affarijiet sbieħ! Proset lil kull min ta sehmu għal din l-inizjattiva tant sabiħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020