Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H ekk kif issa ninsabu fil-Festi tal-Milied u din is-sena bdiet tasal fi tmiemha, kulħadd qed jistaqsi u jara kif ħaddieħor se jkun qed iqatta' dawn il-festi. Naturalment f 'pajjiż mediterranju fejn il-familja għadha ċentrali u nukkleu importanti ħafna għal kull individwu se jkun diffiċli jekk mhux impossibbli li wieħed iwaqqaf mill-interazzjoni ta' familji u ħbieb - anke jekk hemm diversi appelli biex wieħed ma jattendix ikliet tal-familja. Għal uħud dan is-sagrifiċċju jaf ikun wisq kbir u jaf ukoll iħalliehom fid-dlam tas-solitudni, li taf tkun kerha daqs l-agħar marda u taf toqtol daqs kull virus. Naturalment iżda dan ma jfissirx li r-regoli għandhom jiġu injorati u kulħadd jagħmel li jrid, inkella se jkollna Jannar ta' aktar problemi, numri jiżdiedu u anke imwiet. Ma nistgħux - u fil-verità la l-poplu u lanqas l-ekonomija tal-pajjiż ma tista' - li dan iż-żmien ta' riċessjoni u dipressjoni jitwal wisq aktar. Ir-realtà hija li issa ħafna xebgħu jisimgħu aħbar wara oħra ta' mwiet, mard u biża', imma r-realtà hi li għalissa għadna ma wasalniex fl-istadju li niġu naqgħu u nqumu minn kollox u nibdew ngħixu qisu xejn mhu xejn. Għadu mhux iż-żmien li narmu l-kawtela fiż-żibel, jew kif jgħidu bl-Ingliż, throw caution to the wind! Biżżejjed naraw kif pajjiżi madwarna, Ewropej, tant għadhom qed jiffaċċjaw problemi li sal-bieraħ stess l-Italja ħabbret lockdown parzjali għall-festi tal-Milied. Dan filwaqt li diversi pajjiżi u bliet oħrajn ukoll żiedu r-restrizzjonijiet (ara l-artiklu fuq paġna 8) minħabba żieda fin-numru ta' każi ta' Covid-19. Jiġifieri tajjeb li filwaqt li niffesteġġjaw huwa importanti ħafna li nagħmlu kollox b'responsabilità u rispett lejn dawk ta' madwarna u fl-osservanza tar-regoli. U din hija faċli! Ħasil tal-idejn u użu ta' wipes, ilbies ta' maskri, evitar ta' preżenza soċjali f 'każi ta' sintomi, li ma jkunx hemm gruppi ta' nies u jekk ikun hemm ikunu gruppi żgħar u kkontrollati u finalment li kemm jista' jkun kollox isir b'kawtela u dixxiplina kbira fejn hemm il-preżenza ta' persuni vulnerabbli. Dan kollu naturalment jiġi fid-dawl tal-aħbar tant mistennija dwar l-għoti tal-vaċċin. Dan huwa żblokk xjentifiku inkredibbli u żvilupp li juri wkoll kemm qed iħallu frott it-tentattivi kollha internazzjonali biex tinstab soluzzjoni għal din il-pandemija. Dwar dan, il-mistoqsija fuq fomm ħafna hija 'imma int se tieħdu l-vaċċin?' U hawhekk il-midja se jkollha rwol importanti x'tilgħab, kif kellha fl-aħħar xhur, illi tkun bilanċjata, fattwali u tara li jiġi moqdi l-interess pubbliku. L-interess pubbliku mhux moqdi minn konspiraziji stupidi u sensazzjonaliżmu imma minn fatti mediċi u xjentifiċi u issa minn figuri wkoll. U l-figuri x'qed juru? Fl-ewwel ġimgħa fir-Renju Unit diġa' ġew imlaqqmin kważi 138,000 persuni. Fl-Istati Uniti wkoll fejn bdew jitlaqqmu eluf ta' nies u kellek - fost oħrajn - żewġ każi ta' ħaddiema li kellhom reazzjoni allerġika serja għal dan il-vaċċin. Dan, daqs kemm huwa inkwetanti għalihom, daqstant ieħor huwa mistenni. Il-kelma 'vaċċin' sirna nassoċjawha wisq mal- Covid-19, imma fil-verità il-vaċċini ilhom magħna snin u kull vaċċin jista' jkollu effetti li jvarjaw minn riħ sa reazzjoni allerġika serja. Jekk wieħed jistaqsi lil min siefer f 'pajjiżi fejn wieħed jeħtieġ jieħu vaċċin għal mard li m'hawnx bħalu Malta (Yellow fever, Malarja u aktar) malajr isib esperjenzi ta' persuni li kellhom reazzjoni jew effetti wara t-teħid tal-vaċċin. Tobba madwar id-dinja qed ifakkru li kull mediċina fiha l-effetti tagħha. Kull ma trid tagħmel huwa li taqbad kaxxa ta' mediċina u tħares fuq wara u tara elenku ta' effetti li jista' jkollha. Naturalment iżda hemm setturi tal- popolazzjoni li jkun aħjar li ma jiħdux tali vaċċin jew jistennew qabel jiħduh u qed jismmew diversi, bħal nisa tqal. Fil-fatt matul din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt se jkunu qed jgħaddu aktar informazzjoni u fatti dwar il-vaċċin. Dan ma jfissirx li malli nieħdu l-ewwel titqiba tal-vaċċin nistgħu nerġgħu nibdew norganizzaw l-attivitajiet tal- massa. Iżda jfisser illi nkunu għamilna l-ewwel pass 'il quddiem għall-fejqan. Iktar kemm ikun hemm min jirreżisti li jieħu dan il-pass, iktar ndumu ma' nilħqu id-destinazzjoni tagħna lejn in- normalità. Pjuttost sempliċi fil-verità. Dejjem konna nafu li l-pandemija mhux bħal gwerra. Ma jasalx jum u kollox imur għan-normal f '24 siegħa. Il- mixja għan-normalità se tkun waħda li se tittieħed pass wara pass. Li nkunu responsabbli u nuru rispett f 'dawn il-jiem li ġejjin huwa l-ewwel pass kbir. Li nieħdu l-vaċċin huwa t-tieni. L-ewwel pass fil-Milied ... It-tieni nhar is-27 ta' Diċembru

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020