Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Dun Anġ Seychell A Promised Land: L-Awtobijografija ta' Barack Obama Dun Anġ Seychell huwa l-Fundatur ta' Dar Nazareth F l-aħħar ġimgħat tas-sena 2020 ħaret l-edizzjoni dinjija tal-awtobijografi- ja ta' Barack Obama li sar President tal-Amerika fl-4 ta' Novembru 2008 u kien elett darbtejn fl-ogħla kariga tan-nazzjon. Miegħu kellu bħala viċi-president lil Joe Biden illum kandidat rebbieħ f 'elezzjoni presidenzjali tas-sena 2020 Barack Obama diġà kien ħareġ żewġ kotba e Dreams of My Father u Audacity of Hope, it-tnejn imsejħa "best seller" mill-gazzetta ewlenija New York Times. Imma l-awtobijografija tgħaddihom it-tnejn fir-rakkont li jagħti l-eks president tat- 8 snin storiċi li għamel fit-tmexxija ta' l-akbar pajjiż tad-dinja. F'dan il-ktieb Barack Obama jirrakkonta x'għamel fit-tfittxija tiegħu biex ikun il-mexxej tad- dinja ħielsa u biex jikseb għalih l-edukazzjoni politika li kien jeħtieġ. Paġni mill-isbaħ huma dawk li jirrakkuntaw il-waqtiet l-iżjed importanti tal-ewwel mandat li kiseb tul il-presidenza storika tiegħu, li kienu snin ta' bidla u taqlib profond madwar id-dinja. Ir-rebħa storika tiegħu bħala l-ewwel president ta' ġilda sewda hi prova tal-qawwa li wera tul l-attiviżmu tiegħu bħala ċittadin. Il-preġji ta' Obama Barack Obama wera għaqal kbir fil-għażla tal-ministri fl- ewwel kabinett tiegħu. Wera l-kapaċità tul il-kriżi finanzjarja li għaddiet minnha l-Amerika u anke l-Ewropa. Wera l-kuraġġ tiegħu fil- konfront li kellu ma' Putin, il-mexxej tar-Russja. Wera l-ħila tiegħu meta kien kostrett jidħol f 'konflitt mal- ġenerali tal-armata u jagħmel riforma ta' Wall Street, iċ-ċentru finanzjarju tad-dinja. Baqa' jissemma għall-passi li ħa meta seħħ id-diżastru ambjentali tal-pjattaforma taż- żejt magħrufa bħala Deepwater Horizon. Fuq kollox Obama jibqa' msemmi għall-operazzjoni Bin Laden meta awtorizza l-qerda ta' l-akbar għadu li kellha l-Amerika u d-dinja ħielsa. Min xiex għadda Iżda Obama ma jaħbix id- diffikultajjiet li sab ma' wiċċu l-ewwel president iswed tal-Istati Uniti. Wieħed jiskanta minn xiex għadda dan il-mexxej u juri biċ-ċar li Obama kien jaf bir- responsabiltà morali hu u pajjiżu tgħabba biha quddiem id-dinja u l-ħtieġa li jieħu deċiżjonijiet kruċjali proporzjonati għall- messaġġi ta' tama u ta' bidla li kienu jaslulu minn kull naħa tad-dinja. Obama ma joqgħodx lura milli jammetti li fl-Amerika u fid- dinja kien hemm forzi opposti għaliħ u fl-awtobijografija isemmihom b'isimhom. Jgħid ukoll kemm il-ħajja fil-White House ikkundizzjonat lil martu Michelle u liż-żewġ uliedu bniet Mala u Sasha u hemmhekk ġarrab id-dubji kif ukoll esperjenzi negattivi. Iżda Obama baqa' jemmen li fi ħdan l-esperiment kbir u dejjiemi Amerikan, il-progress hu dejjem possibli. Huwa fil-ktieb awtobijografiku tiegħu, b'ħila kbira u hi stil eleganti jistqarr b'konvinzjoni soda li d-demokrazija mhux rigal li wieħed jirċievi mill-għoli imma huwa frott il-koperazzjoni u l-fiduċja f 'xulxin u huwa valur li jinbena flimkien, jum wara l-ieħor. Emmen fid-Demokrazija Dan il-ktieb huwa rakkont appassjonat u personali ħafna. Huwa rakkont li juri fiex jemmen il-bniedem li kien president u lil ħafna nies saħħilhom il-forza li jemmnu fis-setgħa tad-demokrazija. Huwa rakkont li jasal għall- konklużżjoni sabiħa "nittama li dan il-ktieb inebbaħ lit-tfajliet u lill-ġuvintur ħalli jagħtu sehemhom biex jagħmlu d-dinja aħjar". Ħabat tajjeb li dan il-ktieb ħareġ fi żmien meta l-viċi- president ta' Obama irnexxielu jirbaħ il-presidenza tal-Amerika wara l-falliment tal-president Trump li ta x'jiem lid-dinja li ma għandu l-ebda idea tal- politika li biha tmexxi pajjiż kbir u tkun ispirazzjoni għall- mexxejja ta' pajjiżi oħra. Nagħlaq billi nfakkar lill- qarrejja li Barack Obama rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi. Bħalissa jinsab jgħix fil-belt kapitali ta' Washington u qed jgħin lil Joe Biden jissokta fejn mexa hu. L-eks President tal-Istati Uniti Barack Obama

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020