Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
06 analiżi IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum 'Jekk se ġġib kelb jew għal ħajtu jew xejn;' Kuljum qed jinstabu klieb abbandunati Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati hekk kif għaddejja b'kampanja għal żmien il-Milied biex aktar persuni jitħajru jaddottaw kelb flok jixtru wieħed YENDRICK CIOFFI "Ħadd mhu qed jiem biżżejjed kemm hi kbira l-problema." Hekk saħqet Rosalind Agius, maniġer tas-Santwarju tal- Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati, meta l-gazzetta ILLUM tkellmet magħha dwar il-kampanja li qed tagħmel bħalissa l-Assoċjazzjoni, biex min jixtieq kelb jaddotta u mhux jixtri u anke biex tqajjem kuxjenza li kelb mhuwiex sempliċiment rigal tal-Milied. L-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati kuljum ittella' posts fuq Facebook dwar klieb li jkollhom għall-addozzjoni, madanakollu, bħalissa għaddejin b'kampanja aktar speċifika għal żmien il-Milied, anke bl-appoġġ tal-Ministru Roderick Galdes. Fil-fatt, kuljum qed jittellgħu ritratti ta' klieb li jinsabu fis- santwarju, lebsin tal-Milied, bil- kliem: "Tixtrix imma addotta." Imma l-kampanja ma tiqafx hemm. Rosalind Agius saħqet li l-abbandun tal-klieb qatt ma jieqaf. Tant u hekk li it qabel l-intervista mal-ILLUM, irċevew telefonata mingħand l-Animal Welfare jinfurmahom li kienet għadha kemm instabet kaxxa mormija mimlija ġriewi. Iżda din mhijiex xi ħaġa ta' darba fil. Agius spjegat li "kuljum preċett" jaslu fis-santwarju tagħhom klieb li jkunu ġew abbandunati. "Meta ngħid klieb ifisser aktar minn kelb wieħed kuljum," kompliet tispjega filwaqt li ta' spiss ukoll, kważi kważi darba f 'ġimgħa, jsibu mormija anke kaxxi bi ġriewi. "Dan biex ma nsemmux klieb oħra li jaslu għandna wara li jkunu ġew ikkonfiskati minħabba abbuż." Kien hawn li Agius saħqet li trid tkun taħdem u tgħin f 'santwarju tal-annimali biex tiem kemm hi kbira l-problema. 'Kelb mhuwiex sempliċiment rigal tal- Milied ...' Propju għalhekk li l-Assoċjazzjoni għall- Annimali Abbandunati ħasset li kellha tibda din il-kampanja, għax bħal dan iż-żmien ikun hawn diversi familji li jiddeċiedu li jġibu kelb, speċjalment jekk għad għandhom it-tfal żgħar. "Importanti nimu li kelb mhuwiex sempliċiment rigal tal-Milied," insistiet Agius u appellat lil kulħadd biex jiem verament ir-responsabbilità li dieħel għaliha meta jġib kelb. Anke jekk bħalissa ħafna jkunu bil-btajjel, dawn malajr jgħaddu u jasal iż-żmien meta kulħadd jerġa' jibda jmur ix-xogħol. X'se jagħmlu wara bil-kelb? Għandhom ħin għalih? Insistiet li dan ġara wkoll fi żmien meta ħafna kienu msakkra fid-djar tagħhom u jaħdmu mid-dar fix- xhur li faqqgħet il-pandemija. "Kien hawn min ħassu waħdu u ġab kelb fi żmien il-Covid-19 imma meta l-ħajja reġgħet kompliet u reġgħu rritornaw għax-xogħol, indunaw li ma jistgħux iżommu kelb id-dar," insistiet. 'Jekk se ġġib kelb trid tqisu bħala membru tal-familja' Propju għalhekk li appellat lil kull min jixtieq iġib kelb biex jilqgħu daqslikieku membru tal- familja. "Kelb mhux qiegħed biex tħallih fil-bitħa jew fuq il-bejt. Trid tkun lest li tilqgħu bħala membru tal-familja. Kelb jew se ġġibu għal ħajtu jew inkella ġġib xejn," kompliet Agius. Fakkret kif ħafna mill-klieb jgħixu wkoll għal madwar 13 jew 14-il sena u appellat biex meta familja ġġib kelb taħseb ukoll fil- futur. Ikun hemm min ukoll, kompliet tispjega, min jixtri kelb u meta jgħaddu x-xhur u s-snin u jarah jikber, jiddeċiedi li jneħħih jew għax ikun iddejjaq jew inkella biex iġib xi ġeru, għax ngħiduha kif inhi, kelb żgħir huwa ħelu u tiggustah. "Niltaqgħu ħafna ma' każi simili. Jekk persuna ġab il-kelb u ħallih hawn mhux qed jikser il-liġi. Min jabbandunahom fit-toroq hemm iva qed jikser il-liġi," kompliet tispjega. Tant kemm ikun hemm min saħansitra jkollu dan il-ħsieb minn qabel li lanqas jiċċipja l-kelb. "Hija problema kbira," tenniet. L-ispejjeż huma kbar... L-ILLUM tkellmet ma' Agius dwar l-ispejjeż li jiltaqgħu magħhom, bil-maniġer tas-santwarju tisħaq li dawn jammontaw għal eluf ta' ewro fix-xahar. Bħalissa huma għandhom fil-kura tagħhom 80 kelb iżda l-popolazzjoni tinbidel minn ġimgħa għal ġimgħa, kemm għax ikun hemm minn jaddotta u anke għax kif spjegat aktar 'il fuq, kuljum jidħlu klieb ġodda li jkunu ġew abbandunati. Apparti l-kura tal-klieb abbandunati, l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati taħdem ukoll biex tikkura u anke ssewwi klieb ta' individwi li forsi ma jkunux jaffordjaw iħallsu veterinarju. Ovvjament, operazzjonijiet u anke visti jiswew il-flus. Il-pandemija tal-Covid-19 laqtet finanzjarjament ħażin ukoll anke lill-Assoċjazzjoni. Rosalind Agius spjegat kif ħafna donazzjonijiet kienu jiġu direttament mingħand kumpaniji, speċjalment f 'dawn iż-żminijiet tal-festi. Din is-sena dawn id- donazzjonijiet naqsu u qed iżommu biss bid-donazzjonijiet żgħar ta' individwi. Propju għalhekk li appellat biex kull min jista' jagħti donazzjoni, ikun qed jgħinhom ħafna jkomplu b'din il-missjoni tagħhom. Kif nista' nagħti donazzjoni? Paypal: info@aaamalta.com Revolut - 79730921 SMS fuq: 50617350 - €2.33 50618060 - €4.66 50618910 - €6.99 50619200 - €11.66