Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 For further info: l-manteniment lil 'dik' b'mekkaniżmu bħal dak tad-danni. Hi qalet illi tiem tali proposta, anke fid-dawl tal-fatt li hemm min jgħid li €250 mhumiex biżżejjed biex tieħu ħsieb lit-tfal illum. Tfakkar iżda li l-manteniment huwa marbut mal-pulizija u l-Ħabs u l-proposta ta' Grech mhijiex qed tindirizza, la dan u lanqas il-fatt ta' x'jiġri meta persuna ma tkunx tista' tħallas il-manteniment. Hi tipproponi minflok illi jkun hemm sistema li permezz tagħha l-Qorti jkollha reġistru ta' min qed iħallas manteniment tat-tfal u l-Imħallef iġiegħel li jsir standing order mill-kont tal-bank fix- xahar, minn aġenzija li sservi ta' intermedjarju. Hi tirrikonoxxi li anke din is- sistema, minkejja l-preġji tagħha, għandha nuqqasijiet fosthom f 'każi ta' persuni li ma jkollhomx kont tal- bank. "Pero jiena nneħħi wkoll lill- pulizija minn din il-kwistjoni. Ħafna drabi persuna li ma tkunx qed tirċievi manteniment tiddejjaq tmur għand pulizija biex tipproċedi u ħafna drabi tispiċċa b'xejn." Desiree' Attard tgħid illi s-sistema trid tinbidel minn kif inhi għax temmen li "qed taħdem kontra kulħadd. Kontra min ma jistax iħallas u anke kontra l-persuna li suppost tirċievi l-manteniment pero mhijiex." Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal- Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li l-bidliet fil-liġi tad- divorzju għandhom ikunu ferm aktar wisgħin minn sempliċiment iż-żmien illi fih koppja tkun tista' tiddivorzja. Grech qed jisħaq illi parti mir- riforma għandha wkoll tinkludi l-ħolqien ta' kalkolu ċar ta' kif jinħadem il-manteniment li tħallas parti lill-oħra għat-tfal. "Wasal iż-żmien li naraw kif nindirizzaw il-weġgħat ta' persuni li għaddejjin minn diffikultajiet fil-familja, speċjalment fejn jidħlu l-ulied," sostna mal-gazzetta ILLUM. Huwa għalhekk li Grech irid li l-Grupp Parlamentari tal- Partit Nazzjonalista jiddiskuti diversi proposti, u mhux biss it-tul ta' żmien li koppja sseparata trid tistenna sakemm tapplika għad- divorzju. Huwa qal li jrid ikun hemm ukoll riforma oħra li toħloq mekkaniżmu sabiex il-manteniment ikun ibbażat fuq kalkolu ċar sabiex il-ġudikanti, l-avukati u anki l-partijet ikunu jistgħu jimxu miegħu bħala linja gwida meta jiġi kkalkulat. Grech ippropona wkoll li l-Qorti tal-Familja tkun irriformata biex kawżi u rikorsi li jolqtu l-firda tal- ġenituri mill-ulied jinstemgħu iktar malajr biex b'hekk jitnaqqsu l-weġgħat u l-ħsarat. "Dan għaliex ġimgħa mingħajr aċċess għal ibnek jew bintek jew wild għall-omm jew missieru, hi ġimgħa mitlufa." X'ippropona l-Kap tal-PN?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020