Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
27 films illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 Carmel Bonnici Il-Favorit taż-żmien il-Milied - Scrooge (A Christmas Carol) (1) Il-kbir awtur, novelist u satirist Charles Dickens twieled f 'Portsmouth, l-Inglterra fl- 1812 u miet fl-1970 ta' 58 sena. Mill-pinna prolifika tiegħu ħarġu diversi karattri eċċentriċi, sitwazzjonijiet umoristiċi, pero' hu kien influwenti ħafna biex iġib fid-dawl tal-jum l-inġustizzji soċjali li kienu jeżistu fi żmienu. Wieħed mill-aqwa xogħlijiet tiegħu kien il-volum bl-atmosfera tal-Milied, A Christmas Carol. Dan il-ktieb inħadem bosta u bosta drabi kemm għaċ-ċinema bħala film drammatiku u anki bħala xogħol animat u anki għat-TV. Fl-1970 ħarġet ukoll versjoni mużikali. L-ewwel darba li A Christmas Carol intwera fuq il-liżar il-kbir kien fl-1901, naturalment kien qasir ħafna. L-aktar versjoni reali ta' din in-novella tibqa' dik tal- 1951 bl-isem ta' Scrooge li fl-Istati Uniti semmewh bl-isem oriġinali A Christmas Carol. F'dan ir-rapport se nitkellem l-aktar fuq il-produzzjoni mużikali tal-1970 u anki xi it fuq dik Brittanika tal-1951. Kien fis-sena 1992 li versjoni mużikali mill-film Scrooge (1970) ġiet addattata għal fuq il-palk bil- kanzunetti ta' Leslie Bricusse u Ian Fraser, bl-attur Anthony Newley fil-parti tax-xeħħieħ Ebenezer Scrooge. Din dehret taħt it-titlu ta' Scrooge: e Musical. Fl-2003 din ix-show reġgħet bdiet tidher fid-diversi bliet tar-Renju Unit, bl- attur/kantant is-simpatiku Tommy Steele jippreżentaha fil-London Palladium fl-2004.. Niġi issa għall-film mużikali ta' 50 sena ilu, ibbażat minn fuq l-istorja tant maħbuba ta' Charles Dickens, A Christmas Carol miktuba fl-1843. Il-kanzunetti melodjużi tal-film u l-mużika huma ta' Leslie Bricusse u Ian Fraser, bl-attur Albert Finney jinterpreta l-karattri ewlieni tat- titlu, parti li biha rebaħ l-unur Golden Globe għall-Aqwa Attur ġo film mużikali jew kummiedja fiċ- ċerimonja li saret fl-1971. "Lejliet il-Milied filgħaxija, ix- xeħħieħ Ebenezer Scrooge (Albert Finney) bil-qawwa u r-reqqa kollha qed jgħodd flusu u, kontra qalbu, jħalli lil Bob Crachit (David Collings), l-iskrivan imħallas it u kważi mjassar tiegħu, jieħu l-ġurnata tal-Milied vaganza. Scrooge idur dawra mat-triqat ta' Londra jfakkar lil dawk midjunin lejh xi flus għandhom ituh inkluż l-interessi għoljin li jitlob. Meta fid-dlam jerġa' lura d-dar jitwerwer meta jara l-ispirtu ta' Jacob Marley (Alec Guinness), is-sieħeb tiegħu fin-negozju li miet it qabel jimmaterjalizza ruħu minn ġo bieb imsakkar. Marley, li qed ikaxkar katina tqila ma' saqajh, bħal dawk li jakkumpanjaw il-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira, javżah li matul il- lejl li riesaq se jkollu żjara minn tliet spirti oħra – dak mill-Passat tiegħu (Edith Evans), dak mill-preżent (Kenneth More) u l-ieħor tal-Futur tiegħu (wiċċu ma jidhirx) li se jurieh x'għad jiġri minnu. Dawn se jkunu l-unika tama li fadallu biex isalva ruħu u jammonieh li l-katina li se jkollu jġorr se tkun bil-wisq itqal minn tiegħu. Meta l-arloġġ idoqq nofs il-lejl, f 'intervalli ta' siegħa l-wieħed, dawn il-fatati jidhrulu biex ifakkruh fl- iżbalji li għamel meta kien ġuvni, kif ix-xeħħa tiegħu qed iġġib miżerja fuq diversi persuni u fl-aħħar javżawh dwar id-destin terribbli li qed jistennieh. Wara din il-battikata li tħallieh kważi mifluġ, Scrooge ikun determinat li jbiddel ħajtu. Nhar il-Milied filgħodu malajr joħroġ mid-dar, jixtri diversi rigali li jqumu l-flus għall-membri kollha tal-familja ta' Bob Crachit, jgħid lil dawk midjunin li se jaħfrilhom id- dejn u anki jkun mistieden minn neputi tiegħu li baqa' mbellaħ, biex jiekol mal-familja tiegħu. Għall- ewwel darba f 'ħafna snin, Scrooge se jkollu l-opportunità biex veru jgawdi l-festa tal-Milied." Ikompli l-Ħadd li ġej...