Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jtemm is-sensiela ta' riflessjonijiet tiegħu dwar Oliver Friggieri u l-ħidma tiegħu bħala intellettwali pubbliku. Qabelxejn Saliba jiddiskuti l-ilment tal-kittieba u attivista lokali Lara Calleja għall-każ reċenti tat-talba tar-riżenja tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Jemmen illi l-ilmenti tagħha rigward is-skiet ta' ċerti kittieba dwar ħwejjeġ fundamentali jorbot tajjeb ħafna mal-kwistjoni Friggieri-Sant li ddiskuta nhar il-Ħadd li għadda. Biex jistħarreġ dan ipoġġi fl-isfond il-kitbiet u t-taħditiet relevanti ta' Jean-Paul Sartre u Edward Said, filwaqt li joffri l-kritiki tiegħu dwar it-teoriji pedagoġiċi ta' dawn iż-żewġ intellettwali pubbliċi. Saliba ma jaqbilx illi l-filosofija u l-letteratura għandhom bilfors ikunu preskrittvi jew politiċi. Ma jemminx lanqas li dawn għandhom bilfors iservu lil xi ideoloġija. Jagħlaq billi jirrimarka li bħal Slavoj Žižek jemmen li jenħtieġ nerġgħu nibdew naħsbu mill-ġdid... Kritika tar-Raġuni Dijalettika (Critique de la raison dialectique, 1960), relevanti kemm jistgħu jkunu relevanti għat-tifsra aħħarija tal-eżistenza tagħna. (F'dar-rigward tajjeb inżommu f 'moħħna li l-karriera ta' Sartre, anzi ta' bosta kittieb u filosofi, spiss għandha ħabta tkun mżegħda b'ħafna kontradizzjonijiet, ġieli wkoll saħansitra bejn il-ħsibijiet li jniżżlu fuq il-karta u l-modi li bihom iwettqu fis-seħħ il-libertà tagħhom. Dan kien stqarru huwa stess meta vvaluta xogħlijiet ta' ħassieba oħrajn, fosthom Jean-Jacques Rousseau, Karl Marx u Martin Heidegger.) Il-filosofu Ingliż Bryan Magee kien staqsa lill-filosofu Post- Marksist Herbert Marcuse – f 'waħda mid- diskussjonijiet tas-sensiela televiżiva tiegħu Men of Ideas – kif l-udjenzi tiegħu, il-mases tal- klassi tal-ħaddiema, jistgħu qatt jipproċessaw tajjeb it-teżijiet kripattivi miktuba għalihom mill-Iskola ta' Frankfurt. Għandu mnejn it-tweġiba pronta li tah Marcuse qajla tista' tikkonvinċi lil min, aktarx xi it bħal Lara Calleja, jemmnu ħafna fit-teoriji pedagoġiċi ta' Sartre u Said. Tant faċli hawnhekk nimmaġina lil Alfred Sant jissimpatizza kemxejn ma' Marcuse; fl-istess waqt daqsinsew insibha bi tqilha naħseb illi Oliver Friggieri ma kienx isib assolutament xejn tajjeb xi jgħid kwantu l-qagħda tal-bniedem unidimensjonali skont il-ħassieb Ġermaniż-Amerikan. Jidhirli li ideat bħal dawn illi ġejjin minn fehim dejjaq ħafna tal-funzjonijiet tad- dixxiplini umanistiċi, fosthom il-letteratura u l-filosofija. Ibda biex ħaġa ċara li x-xjenza poli- tika f 'sens wiesa' hija biss fergħa waħda tal-fi- losofija. Mhix daqstant ċara mbagħad jekk hix l-iżjed waħda fundamentali u importanti fost kollha. Minn daqqiet f 'għajnejn xi ħadd bħa- li fergħat oħra – ngħid aħna l-fenomenloġija, l-ontoloġija, it-teoloġija – jidhru oqsma aktar sejjiesa. Hu x'inhu, nistgħu ngħidu wkoll illi l-filosofija ma setgħet qatt titwieled mingħa- jr il-ħassieba b'tendenzi Sokratiċi. Minnu li kemm Platun kitbu testi fundamentali rigward il-filosofija politika, iżda minnu daqstant ieħor li dawn qabelxejn kienu testi filosofiċi iżjed milli ħaġa oħra. Terġa', ir-repubblika ta' Platun tfasslet apposta biex timmassimizza it-traw- wim tal-filosofi mentri l-kitbiet politiċi ta' Aristotile donnhom jisħqu appuntu iżjed fuq il-primat tal-virtù milli fuq xi soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi t'Ateni ta' dak iż-żmien. Kien biss fl-iżmna moderni li bdew joktru bis- sod iżjed minn qatt qabel filosofi espliċitament politiċi bħal omas Hobbes, John Locke u Jean-Jacques Rousseau. Imbagħad fuq il-parir ta' Ludwig Feuerbach – voldieri li minkejja li l-filosofi interpretaw id-dinja – u allura anke l-problemi ta-lum – b'bosta modi l-punt jibqa' li nibdluha – komplew jinbtu moviment pro- gressivi oħrajn. Il-Marksiżmu, it-teorija kriti- ka, l-eżistenzjaliżmu, l-istrutturaliżmu, il-post- strutturaliżmu, il-feminiżmu, l-ekoloġiżmu, il-bqija. Għad illi xi it tard, waslu wkoll il-postmodernisti. Dik għadha problema, sal- lum. Hemm ukoll ix-xaqliba tal-lemin... L-iskurlari ta' Sartre, Hegel jew Heidegger – huma wkoll ħassieba politiċi – għadhom jisħqu, bir-raġun kollu, li d-diskors intelliġibbli jkun suwiċidju għall-filosofija. Schopenhauer sa wasal jgħid li it li xejn kellu interess fil- ħwejjeġ ta' did-dinja, fil-problemi tal-lum: ried jistħarreġ dilemmi dejjiema. Erħilha li mbagħad Karl Popper qalilna illi f 'dinja tant u tant imqallba bħal tagħna trid tkun altru megalomanijaku biex toqgħod tfettaq dwar jekk fis-sew id-dinja teżistix tabilħaqq. Iżda abbli għal Friggieri u Sant – għandu mnejn ukoll għal kittieba bħal Calleja li jistkerrhu l-ambjent ikkonkritizzat – l-aħjar parir illi nista' nagħti huwa dak illi smajt m'ilux mingħand Slavoj Žižek. Jum minnhom dan il-filosofu Marksist Sloven fettillu, anzi azzarda, jaqleb lil Feuerbach ta' taħt fuq: il- filosofi interpretaw id-dinja b'bosta modi, iżda – kemm-il darba rridu nimu l-problemi tal- lum – jenħtieġ nerġgħu, irridu jew ma rridux, nibdew naħsbu... mill-ġdid... THIS CHRISTMAS, THE PREFECT GIFT IS LOVE. WITH YOUR DONATION, WE CAN HELP THOSE IN NEED. www.richmond.org.mt/the-gift-of-therapy/

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020