Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 'Il-linja tal-ajru għandha bżonn pjan ta' negozju ġdid' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sorsi mill-Gvern u anke mil-linja nazzjonali tal-ajru ikkonfermaw li s-sitwazzjoni tal-Air Malta hija waħda mwiegħra ħafna, speċjalment wara d-daqqa tal-pandemija. Sorsi qrib il-Gvern li tkellmu mal-ILLUM qalu li s-sitwazzjoni hija tant mwiegħra li jekk ma jsir xejn m'għadux kwistjoni ta' tnaqqis ta' ħaddiema, jew tnaqqis ta' ajruplani imma kwistjoni ta' għeluq. Mistoqsijin iżda x'qed nifhmu b'drastiċi s-sorsi ta' din il- gazzetta qalu illi hemm bżonn ta' pjan ġdid u allura bidla sħiħa fil-pjan ta' negozju tal- kumpanija. Is-sorsi kienu ċari illi l-passi meħtieġa se jkollhom jittieħdu fix-xhur li ġejjin qabel ikun tard wisq. Il-linja nazzjonali tal-ajru kienet ilha għadejja minn żmien ta' taqlib, speċjalment wara l-miġja tal-low cost carriers li kibru ħafna f 'pajjiżna b'mod speċjali Ryanair li għandha sehem qawwi ħafna tas-suq fl- Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Iżda, bħal linji tal-ajru kollha madwar id-dinja, l-akbar daqqa għall-Air Malta ġiet mal-pandemija li rat ajruporti jgħalqu, l-ivvjaġġar jieqaf u lill- linja tal-ajru kostretta tgħaddi lura eluf kbar f 'rifużjonijiet ta' titjiriet ikkanċellati. F'ħafna każi wkoll il-linja nazzjonali kellha tgħaddi vouchers minflok, biex b'hekk ma titlifx il-flus kontanti kollha aċċessibbli (cashflow) għaliha u tispiċċa tfalli. F'Lulju ta' din is-sena l-Air Malta qalet li kienet għadha qed tbigħ biss 16% ta' dak li tbigħ normalment fis-sajf, filwaqt li sa Ġunju l-Air Malta kienet diġa' kkanċellat 5,000 titjira u kellha 40,000 talba għal rifużjoni jew posponiment ta' titjiriet. Il-Gvern kien qiegħed f 'diskussjonijiet ukoll għal xi forma ta' għajnuna għal-linja tal-ajru u din il-gazzetta tinsab infurmata li t-talba saret u qed tistenna r-risposta tal-UE. L-UE tipprojbixxi sussidji lill- kumpaniji għaliex is-sussidji huma meqjusin li jmorru kontra l-kunċett ta' suq ħieles, għalkemm numru ta' pajjiżi qed jaraw jekk tistax issir eċċezzjoni hekk kif diversi linji tal-ajru jinsabu f 'sitwazzjoni finanzjarja ħażina ħafna. "Il-pazjent ma fadallux wisq ħajja," qal wieħed mis-sorsi tal- gazzetta li sostna illi għalhekk se jkun hemm bżonn intervent fiż- żmien li ġej. Il-Ministru tal-Finanzi, f 'intervista ma' gazzetta lokali, sostna wkoll li s-sitwazzjoni tal- kumpanija hija waħda ħażina u qal ukoll li l-Gvern irid jara kif se jiddeċiedi fuq il-futur tal-Air Malta. 'Il-piż li għandha l-opinjoni tal-AĠ tal-ECJ hija ta' livell għoli' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara li din il-ġimgħa l-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) għadda l-opinjoni tiegħu f 'rapport ta' diversi paġni, illi fih qal li ma hemm l-ebda nuqqas fil-mod kif tinħatar il-ġudikatura f 'Malta l-Ministru tal- Ġustizzja Edward Zammit Lewis sostna illi t-tiġrija sal-barkun. Zammit lewis jgħid lil din il-gazzetta li fil-merti tagħha l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Gerard Hogan, ħa tkun qiegħda tagħti stampa ċara lil qafas leġislattiv li permezz tiegħu ħa jiddeċiedu l-Imħallfin tal-ECJ. "Għalhekk il-piż li għandha din l-opinjoni huwa pjuttost ta' livell għoli, ġaladarba din tistà titqies bħala l-linja gwida sabiex tingħata s-sentenza. Avolja dan huwa minnu, il-Malti jgħid it-'tiġrija sal-barkun', għalhekk nibqgħu nistennew is-sentenza li għandha tingħata it tax-xhur oħra." Mistoqsi dwar ir-riperkussjonijiet ta' deċiżjoni li fil-fatt issib li l-mod kif qed tinħatar il-ġudikatura mhijiex korretta, il- Ministru beda billi spjega li mhu minnu xejn li deċiżjoni tali tkun retroattiva. Għalhekk jekk tiddeċiedi li l-mod kif tinħatar il-ġudikatura trid tinbidel dan ikun jgħodd għall-ħatriet wara d-deċiżjoni. Il-Ministru Edward Zammit Lewis itemm ifakkar li l-opinjoni in kwistjoni tagħmel aċċenn ċar għar-riforma li wettaq il-Gvern fl-Lulju li għadda, "meta l-Parlament ivvota b'mod unanimu favur bidla radikali fil-ħatra u t-tneħħija tal- Membri tal-Ġudikatura." Zammit Lewis temm jgħid li hija l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela li, "kellha r-rieda politika li tisvesti ruħha minn poter daqstant importanti, speċjalment fejn tidħol il-ħatra tal- ġudikanti."