Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
24 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Il-Bidla fl-ippjanar kostali u tal- baħar kien pass kruċjali għall- immaniġġjar tal-użu ta' dawn iż-żoni. F'Malta, id-dixxiplina għadha relattivament żgħira, partikolarment meta dik dwar it-territorju marittimu tal- gżira. Qabel l-introduzzjoni tal- iSPED fl-2015, ma kienx jeżisti qafas politiku li speċifikament jiggwida l-iżvilupp taż-żoni kostali u tal-baħar ta' Malta. L-iSPED inħoloq bħala gwida għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta' Malta u l-protezzjoni tal-ambjent naturali tagħna. "Aħna ttraduċejna l-għanijiet ta' pajjiżna għall-iżvilupp sostenibbli f 'viżjoni spazjali għaż-żoni urbani, rurali, kostali u tal-baħar ta' Malta," tispjega Michelle Borg, il-kap tal-Green and Blue Development Unit fi ħdan l-Awtorità, li tippromwovi żvilupp sostenibbli fit-futur ta' Malta. Il-kosta hija l-iktar żona mfittxija f 'Malta, bl-akbar diversità ta' użi, inkluż dawk residenzjali, rikreattivi, industrijali, infrastrutturali, turistiċi u akwakulturali. Fuq kollox, hija importanti għall-bijodiversità rikka tal-pajjiż. Madankollu lura fl-2015, iż-żona kostali ta' Malta u ż-żona marittima ma kinux koperti minn policy ta' ippjanar adegwata, li wasslet għal kunflitti minħabba li l-ispazju kostali kien qed jiġi kkunsmat minn tipi ta' użi eżistenti u ġodda li wasslu għal impatti ambjentali. "Id-distinzjonijiet spazjali kostali u tal-baħar jiffurmaw iż- żoni Urbani u Rurali, li mhux dejjem huma ċari, u l-immaniġġjar ta' ħafna użi tagħhom huwa ta' sfida," tkompli s-Sinjura Borg. "Partijiet tal-kosta għandhom jakkomodaw użi li jservu ż-Żona Urbana, partikolarment l-infrastruttura strateġika ta' Malta; bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, impjanti ta' desalinizzazzjoni u ċentri tat-trattament tad-drenaġġ. Użi kostali oħra, bħall-portijiet, iddefinixxu l-kwalità tal-kuntest spazjali li fih jinsabu. Madankollu, dan m'għandux ikun ta' detriment għall-karatteristiċi naturali, speċjalment f 'żoni kostali rurali fejn l-agrikoltura u l-pajsaġġ miuħ jiddominaw. " L-SPED jeżiġi l-importanza dwar il-protezzjoni ta' attivitajiet ta' rikreazzjoni u bijodiversità fiż- żoni kostali u tal-baħar madwar Malta. "Il-pjan jipprovdi direzzjoni biex jiżgura li l-iżvilupp kostali u tal-baħar ikunu konformi mal- għanijiet ambjentali relevanti u jipproteġi l-użu mill-pubbliku tal-kosta u tal-baħar," tispjega s-Sinjura Borg. "L-SPED jistipula li ż-żoni tal-għawm, siti tal-għadis jew żoni rikreattivi kostali oħra ma jistgħux jiġu spostati. L-intenzjoni kienet li l-għanijiet jidħlu fi pjanijiet sussidjarji biex jiggwidaw is-sottomissjonijiet kif ukoll id- deċiżjonijiet dwar proposti ta' żvilupp." L-SPED huwa l-ewwel pjan spazjali marittimu ta' Malta, li jappoġġja t-tkabbir sostenibbli fl- ambjent marittimu tal-pajjiż - jew 'blue growth'. Il-baħar huwa l-mutur tal-ekonomija Ewropea fejn qed jevolvu setturi ġodda, u waqt li l-SPED kien qed jitħejja, l-UE kienet qed tfassal ukoll Direttiva għall-implimentazzjoni tal-ippjanar spazjali tal-baħar. Id-Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu li ġiet adottata fl-2014, tħeġġeġ lill- Istati Membri biex jorganizzaw l-użu tagħhom tal-ispazju fuq il- baħar biex jippromwovu t-tkabbir ambjentali kemm għall-attivitajiet ekonomiċi marittimi tradizzjonali kif ukoll għal dawk emerġenti. "Peress li l-SPED tkopri żona tal- baħar li testendi sa 25 mil nawtiku, l-Awtorità, ilha taħdem ma' awtoritajiet oħra biex tikkoordina azzjonijiet marbuta mal-ippjanar spazjali marittimu," tgħid is-Sinjura Borg. "Pjan spazjali għall-kosta u l-baħar huwa vitali," tgħid is- Sinjura Borg, "għax jikkunsidra ħafna fatturi, inkluż l-iżvilupp tal-art, l-ekosistemi tal-baħar u l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima. Bħala gżira, aħna niddependu fuq il-baħar, u għalhekk għandu jingħata l-istess livell ta' konsiderazzjoni ta' ppjanar li nipprovdu lill-art. "Fil-fatt, l-SPED identifika ż-żona tal-baħar li għandha potenzjal kbir għat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli. Filwaqt li s'issa m'għandniex installazzjonijiet fuq skala kbira, li taqdi d-domandi tal-enerġija tagħna, għad hemm l-opportunità li ngħinu biex insawru niċċa ġdida fir-riċerka u l-iżvilupp f 'dan il-qasam, grazzi għall-ispazju tal-baħar." Fl-aħħar kummenti tagħha, is- Sinjura Borg tenfasizza li l-ippjanar effettiv u l-azzjoni konsolidata jimxu id f 'id, u s-sostenibbiltà tiddependi fuq it-tnejn. "Minbarra li tappoġġja l-benesseri soċjali u t-tkabbir ekonomiku, ippjanar huwa għodda li jipproteġi l-ambjent naturali tagħna. L-azzjonijiet preżenti tagħna m'għandhomx jimpedixxu ħajjitna fil-futur. Il- mistoqsija, iżda, hija kemm huma lesti n-nies biex jinjoraw l-għanijiet personali, jew il-pressjoni mill- lobbies, u jiffokaw it aktar fuq il- ġid komuni? Fl-aħħar mill-aħħar, fuq dan jiddependi l-futur tal- ambjent, il-klima, il-kosta u l-baħar ta' Malta." Issa li l-pjan laħaq il-ħames sena tiegħu, ser tibda reviżjoni sabiex niżguraw li dan il-pjan strateġiku jibqa aġġornat u adekwat għal żminijiet tal-llum. Huwa wkoll iż-żmien fejn il-pubbliku għandu jinvolvi ruħu biex jissolidifika d-direzzjoni strateġika tagħna billi jipparteċipa b'mod attiv fid-diversi fażijiet ta' konsultazzjoni pubblika li ser inkunu qegħdin nwettqu fix- xhur li ġejjin. Sostenibbiltà tal-kosta u tal-baħar - Nibdlu t-tama f'ċertezza Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) jirrakkomanda l-preservazzjoni taż-żoni kostali u tal-baħar ta' Malta. Michelle Borg, mill-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta (PA), tispjega għaliex