Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 aħbarijiet L-Air Malta tistenna spinta fit-tieni kwart tal- 2021 … Pariġi, Amsterdan, Londra, Ruma u Vjenna fost l-aktar destinazzjonijiet popolari YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar minn sensiela ta' tliet artikli dwar il-prospetti għas-safar u l-futur tas-setturi tal-avjazzjoni u t-turiżmu wara l-Covid-19, issa li l-vaċċin jinsab wara l-bieb, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-linja nazzjonali tal- ajru, l-Air Malta li wkoll qed tħares 'il quddiem b'ottimiżmu lejn is-sena 2021. F'kummenti mal-ILLUM, meta mistoqsi jekk l-aħbarijiet pożittivi dwar il-vaċċin ċaqalqux xi ftit jew wisq l-affarijiet, kelliem għall-Air Malta spjega kif qed jistennew li l-effett tiegħu jibda jinħass l-aktar bil-qawwi fit-tieni kwart tas-sena 2021, meta ammont konsiderevoli ta' Maltin u Ewropej ikunu ħadu l-vaċċin. "Dan se jserraħ moħħ ħafna u se jreġġa' lura l-aptit għas-safar, kemm dak għad-divertiment u anke għan-negozju," insista l-kelliem għall-Air Malta. L-ILLUM staqsiet lill-Air Malta jekk hux qed tinnota xi destinazzjonijiet li jidher li se jkunu l-aktar popolari fl- 2021. Il-kelliem spjega kif bħalissa l-aktar destinazzjonijiet popolari huma Pariġi, Amsterdan, Londra, Katanja, Ruma u anke Vjenna. Madanakollu, qed jistennew li destinazzjonijiet oħra jattiraw ukoll aktar popolarità hekk kif tidħol aktar is- sena. Dawn huma l-Ġermanja, Spanja, iċ-Ċekja u anke l-Portugall. "Kollox se jiddependi fuq l-effett tal- vaċċin fuq il-popolazzjonijiet rispettivi," kompla jispjega. 'Il-perspettivà tan-nies dwar is-safar se tinbidel…' L-ILLUM staqsiet ukoll lill-Air Malta kif se jkun qed jinbidel is-settur tal- avjazzjoni wara l-Covid-19, bil-kelliem jisħaq li l-esperjenza li d-dinja għaddiet u għaddejja minnha se tkun qed tbiddel il-perspettiva tan-nies dwar is-safar u tesiġi wkoll aktar sigurtà. "Is-sigurtà hija l-prijorità numru wieħed għalina u abbord stabbilixxejna protokolli u proċeduri ġodda biex innaqqsu t-tixrid ta' din il-marda. Aħna qed ninfurzaw protokolli stretti ta' sigurtà tal-Covid-19 fuq l-ajruplani tal-Air Malta biex inserrħu ras, kemm il-passiġġieri kif ukoll tal-impjegati tagħna," insista. "Kontinwament qed insegwu u nanalizzaw is-sitwazzjoni biex inkomplu niżguraw l-ogħla standards u noperaw bl-aktar mod sigur. Dan il-proċess se jibqa' għaddej anke fis-snin li ġejjin." L-Air Malta tinnota żieda fid-domanda matul il-Milied L-ILLUM staqsiet ukoll lill-Air Malta jekk innutawx xi żieda fil-bookings għas-safar f 'xi perjodu partikolari. Minkejja l-pandemija, jidher li xorta waħda kien hemm żieda fid-domanda matul il-Milied. Dan il-perjodu, partikolarment il-ġimgħa bejn il-Milied u l-Ewwel tas-Sena huwa popolari għas- safar. Fil-fatt, il-kelliem tal-linja nazzjonali tal-ajru kkonferma li l-Air Malta kellha żżid it-titjiriet lejn Heathrow f 'Londra bejn it-22 u s-26 ta' Diċembru. "Aħna qed nagħtu lill-klijenti tagħna aktar opportunitajiet ta' vjaġġar biex iżuru lill-qraba u l-ħbieb tagħhom matul dan il-perjodu. Qed inkomplu nkejlu l-interess bil-ħsieb li nżidu aktar titjiriet matul is-sena l-ġdida," insista. Iż-żgħażagħ aktar lesti li jsiefru Fl-aħħarnett, l-ILLUM staqsiet ukoll lill-Air Malta dwar is-sondaġġ ippubblikat fuq il-gazzetta ILLUM u li wera kif 48.5% taż-żgħażagħ qed jippjanaw jew inkella għandhom safra għall-2021. Il-kelliem tal-Air Malta kkonferma, kif ikkonfermaw ukoll żewġ aġenti tal- ivjaġġar bħal-lum ġimgħa, li anke l-linja tal-ajru innutat li hemm xejra fejn iż- żgħażagħ lesti aktar isiefru kemm f 'dan iż-żmien u anke s-sena d-dieħla. X'sab is-sondaġġ ippubblikat fuq l-ILLUM dwar is-safar? • 48.5% taż-żgħażagħ Maltin li għandhom bejn it-18 u l-35 sena lesti jaqbdu l-bagalja u jitilqu għal btala • 46.3% ta' dawk li għandhom bejn is-36 u l-50 sena jgħidu li għandhom pjanijiet għal safar għas-sena d-dieħla • 78% ta' dawk li għandhom 65 sena jew aktar iwieġbu li ma għandhom l-ebda pjanijiet għal safar fl-2021 • L-Għawdxin l-aktar li jwieġbu fin- negattiv għal safar fl-2021 – 61% mhux lesti jsiefru • L-irġiel (b'41.2%) huma aktar lesti li jsiefru min-nisa (31.5%) X'qal ir-rapport annwali tal-IATA dwar is-settur tal- avjazzjoni? • 44 miljun impjieg fis-settur tal- avjazzjoni jinsabu f 'riskju • Globalment is-settur tal-avjazzjoni se jkun irreġistra telf ta' €98 biljun • Iż-żieda fit-titjiriet domestiċi juru li r-rieda għas-safar għadha hemm • 1.2 biljun passiġġier fil-qalba tal- pandemija ... 44 biss ħadu l-virus minn fuq ajruplan X'qalu l-aġenti tal- ivjaġġar mal-ILLUM? • Aġenti tal-ivjaġġar li tkellmu mal- ILLUM saħqu li għad hemm min qed jibża' jsiefer iżda x-xewqa għas-safar għadha hemm • Jistennew li s-settur jibda jara ftit tad-dawl mis-sajf tal-2021 • Iż-żgħażagħ l-aktar li huma lesti li jivjaġġaw imma jwissu li d-deċiżjonijiet dwar is-safar mhumiex kompletament f 'idejn il-vjaġġatur • Kollox se jiddependi fuq kif pajjiżi differenti se jaġġixxu waqt il-perjodu li fih il-popolazzjonijiet tagħhom se jkunu qed jieħdu l-vaċċin • Importanti wkoll ir-rekwiti li se jitolbu pajjiżi u linji tal-ajru differenti fosthom ċertifikat dwar il-vaċċinw Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta dwar is-safar matul l-2021 hekk kif il-vaċċin issa jinsab wara l-bieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020