Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 bijografiji illum • Il-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM Ġużè Muscat Azzopardi twieled Ħal Qormi nhar l-1 ta' Settembru 1853 u għamel l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal- Imdina, u fl-Università ta' Malta fejn laħaq Prokuratur Legali fis-sena 1875. Kien miżżeweġ lil Tonina Fenech u kellhom tlett ulied Ivo (kittieb), Gino (kittieb) u Anton li kien kompożitur. Ġużè kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku magħruf tal-palk, u kien jipparteċipa bosta fl- ambjent soċju kulturali. Kien avukat magħruf li laħaq President tal- Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien ukoll membru tal-Ġunta Teatrali tal-Gvern. Kien promotur tad-Drama Maltija, u Editur ta' bosta perjodiċi:- In- Naħla Maltija (1878), il-Ħabib (1911) u kiteb f 'pubblikazzjonijiet oħra bħal – id-Dawl (1892) u l-Ħabbar Malti. Ġużè Muscat Azzopardi kien membru fil-Kunsill tal-Gvern. Hu waqqaf l-Għaqda Kittieba tal- Malti li aktar tard saret l-Akkademja tal-Malti fis-sena 1920 u sar l-ewwel President tagħha. Fis- sena 1924 sar l-Editur ta' Il-Malti. Kien ukoll eżaminatur fit-Taljan fl-Università u fis-Seminarju. Kiteb f 'ħarġiet reliġjużi u għamel diversi attivitajiet u kien onorat darbtejn mill-Papa Piju X l-ewwel bil-Pro Ecclesia et Pontefice u wara bil-medalja Bene Merenti. Għamel kontribut kbir fil-proża u fil- poeżija, tant li Franġisku Saverja Caruana sejjaħlu Missier il- Letteratura Maltija. L-ewwel kitba tiegħu kienet il-Ħajja ta' San Ġorġ fis- sena 1874 li kien ittraduċa mit- Taljan. Kien attiv ukoll filħajja soċjo kulturali għax fis- sena 1875 sar is-Segretarju tas- Soċjetà Filarmonika Pinto ta' Ħal-Qormi. Fis- sena 1880 kiteb il-versi tal-ewwel innu f 'ġieħ San Ġorġ il-Qaddis Patrun, u kien ukoll il- President tas-soċjetà mis- sena 1906 sas-sena 1917. Kellu ħeġġa u mħabba kbira u kien versatili filkelma, tant li għamel diskors memorabli fil- 21 ta' April, 1907 meta l-Banda Pinto għamlet programm ta' mużika fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Ġorġ. Hu indirizza lis-urmast Kompożitur Mro. Ġanni Gatt li kiteb l-Innu u jispikka l-għażla tal-kliem mirqum tiegħu bil-Malti li deher fil-gazzetta Malta tat-22 ta' April 1907. "Surmast, jien qiegħed noffrilek dawn il- uri mhux għax jien Qormi, għax int ħabib tiegħi jew għax int alliev ta' Vassallo, dak li qiegħed iżid ikabbar dejjem il-ġieħ ta' Malta Artistika; lanqas għax jien il-President ta' din il-Banda popolari Qormija jew għax jien rappreżentant ta' din il-Belt Pinto tagħna fil-Kunsill Popolari u wisq inqas għax jien l-awtur ta' dawn il-versi ta' l-Innu; le, iżda, biss noffrihomlok f 'ismi, f 'isem il-Banda u f 'isem il-Qormin kollha dilettanti tas-sabiħa arti tal- mużika għal dak il-kbir ġenju tiegħek li bih għaraf tlibbes dawn il-versi tiegħi b'mużika tant sabiħa, ħelwa u deskrittiva tinħass ħierġa ħafifa ħafifa minn dak il-ġenju li l-Providenza għoġobha tagħnik bih." Barra min dan kollu Muscat Azzopardi kien rumanzier famuż. Dan narawh fil-bosta rumanzi storiċi li ppubblika fosthom: Toni Bajjada (1878), Mattew Callus (1878), Viku Mason (1881), Susanna (1883), Ċejlu Tonna (1886), Ċensu Barbara (1893) u Nazju Ellul (1909). Bħala rumanżier irnexxielu jħallat il-valuri nazzjonalistiċi mal-isfond tal-istorja fejn il- qarrej jagħraf ilġrajja storika u d- divertiment tar-rakkont. Muscat Azzopardi kien ukoll poeta li għaraf iħaddan il-Malti bħala l-mezz ta' espressjoni poetika. Bosta mill-poeżiji tiegħu jinsabu f 'Ġabra ta' poeżiji bit- Taljan u bil- Malti (1876). Ħamsin poeżija bil-Malti (1890) u Ġabra sħiħa ta' Sunetti bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu (1956). Fil-poeżija tiegħu insibu lambjent Malti u l- interpretazzjoni soċjali li ispirat poeti oħrajn. Barra li għandu poeżiji mirquma qatt ma naqqas li joħroġ il- valuri didattiċi. Ġużè Muscat Azzopardi, flimkien ma' Richard Taylor, Anton Muscat Fenech, Ludovik Mifsud Tommasi, Dwardu Cachia u Manwel Dimech imxew fuq l-istil ta' Ġan Anton Vassalli li kien sawwar il-poeżiji tiegħu fuq tliet taqsimiet prinċipali, dik sentimentali, satirika u dik nazzjonalistika fejn jorqmu l-orjentament demokratiku u jwessgħu l-medda ta' l-ispirazzjoni fuq l-istrutturi soċjali u l-mudelli kulturali. Nisiltu biċċa mill- poeżija tiegħu Il-Baħar: Mita, fis-sajf, kif jisbaħ, Nixref mit-tieqa tiegħi, Biex nara l-mewġ ta' taħti Stenbaħx biċ-ċiera miegħi; U nilmħu donnu ġelu Magħqud bit-trab tan-nir, Bil-qlugħ tad-dgħajjes ħierġa Bħal qatgħa gawwi kbir; Mita, kif l-ewwel dija Tax-xemx tibda tleqq fuqu, Narah jitħarrek – donnu ħass 'il xi ħadd isuqu; Muscat Azzopardi kien ukoll traduttur u drammaturgu li fl-1878 ttraduċa Il-Għasar tal-Madonna poeżija mill-Latin, sena wara ttraduċa Pawlu Xara u L-Għarusa tal-Mosta. Ittraduċa wkoll Il-Ħalliel it-Tajjeb fl- 1901, Il-Quddiesa bil-Malti meħudha minn fuq ilMissal kelma b'kelma fl-1902, kif ukoll l-Istorja ta' Malta fl-1903, Il-Ħajja ta' San Filippu Neri fl-1907 u l-Maħbub ta' Ġesu ktieb oriġinali fl-1908. Jibqa magħruf għat -traduzzjoni tal-Evanġelju miktub minn San Mattew fl-1895, dak ta' San Mark fl-1915, San Luqa fl-1916 u San Ġwann fl-1917, bit-tifsir kollu tal-Isqof Martini mlaqqa' ma' tal- Patri Curċi u ta' għorrief oħra. Barra r-Rumanzi sbieħ li ħallielna, insibu l-istorja ta' Ġanna d'Ark, trodott mit-Taljan tas-sena 1894, Manon, ġrajja ta' mitt sena ilu tas-sena 1895 u xi reċti oħra fosthom Katerina Desguanez tas-sena 1876, Xorti Ħażina tas- sena 1901, Frażir libret tal-opra tas-surmast Paolo Vassallo u l- Istorja ta' Malta fil-qasir, traduzzjoni mit-Taljan tal- Imħallef Pawlu Debono tas-sena 1903, u Paolo Nani tas- sena 1904. Ġużè Muscat Azzopardi hu meqjus bħala wieħed millpersunaġġi tal- Letteratura ta' pajjiżna fejn spikka l-aktar f 'diversi ġeneri letterarji. Kien jikteb kemm bit-Taljan u kemm bil-Malti skont id- drawwa ta' dawk iż-żminijiet. Ta' kontirbut kbir fil- qasam tal- ġurnaliżmu sabiex il- poplu ikollu materjal siewi biex jaqra. Ġużè Muscat Azzopardi għadda għal- ħajja ta' dejjem nhar l- 4 ta' Awwissu tas- sena 1927. Ġużè Muscat Azzopardi: Rumanzier u poeta Ġużè Muscat Azzopardi Wieħed mir-Rumanzi li kiteb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020