Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum L-iżvilupp sostenibbli ma jseħħx inċidentalment. Fost urbanizzazzjoni mgħaġġla, tibdil fil-klima u popolazzjoniji b' età għolja, żvilupp sostenibbli jiddependi fuq ippjanar spazjali innovattiv u sinifikanti li jwassal għall-bliet. Filwaqt li dan l-ippjanar jista' jitmexxa mill-awtoritajiet lokali, huwa kruċjali li dan ikun proċess parteċipattiv li jagħti s-setgħa lill-partijiet interessati fil-livelli kollha - inkluż il-pubbliku - biex isemmgħu leħinhom għall- viżjoni strateġika tal-futur. Ivan Fava, Strategic Planning Unit Manager fi ħdan fl-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta jemmen bis-sħiħ fil-kontribuzzjonijiet meta tkun qed tiġi ppjanata s-sostenibbiltà ta' Malta. "Ir- responsabbiltà ta' din il-viżjoni spazjali strateġika għal pajjiż hija r-responsabbilità tal-Awtorità," jispjega s-Sur Fava, "iżda l-implimentazzjoni tagħha tinvolvi kull parti tas-soċjetà Maltija." Lura fl-2015, l-Awtorità żvelat il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp (SPED), u b'hekk tat direzzjoni sħiħa għat- tkabbir ta' Malta. "Hija differenti mill-pjanijiet lokali dettaljati, għaliex l-SPED hija intenzjonata biex tkun iktar ġenerali u tinkludi għanijiet li jaffettwaw l-iżvilupp ta' Malta b'mod iktar wiesa. Dan jinkludi l-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà inġenerali," ikompli s-Sur Fava. "Aħna identifikajna tmien temi ewlenin: dawk soċjoekonomiċi, ambjentali, dawk assoċjati mat- tibdil fil-klima, metodi ta' vjaġġar, u żoni spazjali urbani, rurali, kostali u tal-baħar. M'hemmx metodu ta' one-size-fits-all li jista' jiġi applikat għall-oqsma kollha, u huwa għalhekk li l-iSPED jiġbor il-kwistjonijiet u l-għanijiet uniċi ta' kull waħda min dawn it-temi. Il-miri deskritti fl-iSPED tressqu b'mod ġeografiku u spazjali bl-intenzjoni li dawn jidħlu f 'leġislazzjoni u policies sussidjarji fuq livell nazzjonali, lokali u privat, inkluż l-użu tal-art. " L-iżvilupp soċjoekonomiku ta' Malta huwa prominenti fl-iSPED. Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-ekonomija tal-pajjiż inbidlet; marret min waħda immexxija mill- industrija għal dik immexxija mis- servizzi. Il-gżira attirat kumpaniji internazzjonali, ħaddiema barranin u investimenti kbar, li wasslu għal ħafna pressjoni fuq l-iżvilupp. Il-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b'mod sinifikanti, u dan ikkawża problemi t'affordabbiltà fost gruppi vulnerabbli u dawk li jaqilgħu pagi baxxi. "Malta ċertament ħasset it- tensjoni," jkompli s-Sur Fava. "Saret pressjoni fuq l-infrastrutturi tas-saħħa u t-trasport tagħna, u hemm piż kbir fuq l-ambjent. L-art f 'Malta hija skarsa. Kull għażla li nagħmlu, f 'kull livell tas-soċjetà, għandha impatt spazjali, jiġifieri tinħass fuq l-art. F'dan ir-rigward, l-iSPED huwa l-għodda li tiggwida d-deċiżjonijiet ta' Malta lejn is- sostenibbiltà." L-Awtorità tħares il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi ta' Malta u żżomm rekord tal-permessi għall- iżvilupp biex tiddetermina jekk l-għanijiet tal-SPED humiex qed jintlaħqu minn aspett olistiku. Ir-responsabbiltà tal-Awtorità hija wkoll li tivvaluta u tirrevedi l-iSPED, proċess li beda fl-2020, ħames snin wara li tmnedija tiegħu. "L-ippjanar ma jinvolvix biss li tipprovdi art għall- għanijiet ekonomiċi," isostni s-Sur Fava. "In- nies jeħtieġu spazju biex jgħixu u jiddevertu. L-iSPED jenfasizza ukoll il-bżonnijiet bażiċi tagħna għal rikreazzjoni fil-beraħ, u faċilitajiet soċjali u komunitarji, inklużi skejjel, ċentri tal-kura għat- tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità, kif ukoll il-ħarsien tal-annimali. Li nneħħu il-gruppi vulnerabbli mir- riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali huwa importanti għal kwalità ta' ħajja aħjar. " Barra min hekk, l-infrastruttura strateġika tal-pajjiż, inkluż is- sistemi tal-ilma, l-elettriku, d-drenaġġ, il-uwil u t-telekomunikazzjoni, għandhom jiġu salvagwardjati. It-titjib fit- trasport huwa wkoll dibattitu importanti li huwa dejjem preżenti. Hawn tinsab il-kwistjoni ta' utenti kurrenti li jikkompetu għall-art u r-riżorsi ta' Malta. "Għandna nipproteġu il- ġenerazzjonijiet futuri tagħna wkoll," jenfasizza s-Sur Fava hekk kif jaħseb 'il quddiem lejn kif ser jevolvi l-iSPED. "Il-ħtieġa ta' komunità għall-ispazju, u konsegwentement għal strateġija spazjali robusta, tibqa' preżenti. Il- binjiet li jirriżultaw mill-pjanijiet tal-lum għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw bidliet futuri u r-riżorsi disponibbli tagħna għandhom ikunu ġestiti b'mod sostenibbli biex jipproteġu ż-żoni rurali tagħna u l-kwalità tal- ħajja. "Fil-PA, qed inwettqu eżerċizzji biex nimu aħjar il-kwistjonijiet soċjoekonomiċi ta' Malta, inkluż studji tal-kapaċità ta' żvilupp tagħna u permessi maħruġa, id- distribuzzjoni ta' użi spazjali, bħal dawk residenzjali u industrijali, u studji demografiċi fid-djar u l-postijiet tax-xogħol. Madankollu, għandna bżonn kontribut mill- pubbliku. Allura, qed inħeġġu liċ- ċittadini biex isemmgħu leħinhom fil-konsultazzjonijiet pubbliċi tagħna. Din hi opportunità għal kulħadd biex niżguraw li l-viżjoni strateġika ta' Malta hija waħda li kulħadd jaqbel magħha. " Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp jista' jinsab fuq il-websajt tal-Awtorità: https:// www.pa.org.mt/en/strategic-plan Ippjanar tal-ispazju li jagħmel lil Malta iktar reżiljenti Il-futur tal-iżvilupp sostenibbli ta' Malta jiddependi fuq ħafna fatturi. Ivan Fava, mill-Awtorità tal-Ippjanar, jispjega għaliex ippjanar effettiv jista' jissostitwixxi pjan fraġli ma' pjan soċjoekonomiku b' saħħtu u direzzjonali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020