Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

I l-Malti jgħid li mix-xewk joħroġ il-ward. U jekk inqisu li l-pandemija COVID-19 kienet bla dubju x-xewk li niggiżna sew matul is-sena li għad- diet, imma għandna nkunu pożittivi li se nimxu fit-triq 'il quddiem, triq ta' rkupru li tressaqna eqreb lejn in-normalita`. Qed ngħid dan għaliex nemmen li jekk urietna triq 'il quddiem minkejja t-tbatija li ġabet magħha, il-COVID-19 għallmitna li l-ħarsien tagħna nfusna u l-ħarsien ta' dawk ta' madwarna jiddependu fuq xulxin, u li ma jistax ikun hemm waħda mingħajr l-oħra. Nemmen li dan jgħodd għal kulħadd u fuq kull livell. Bħala individwi, bħala komunitajiet, bħala pajjiżi, bħala stati membri Ewropej. Irridu nkunu kunfidenti li se naslu u fuq kollox, iva, pożittivi li se naslu għar-riżultati tant mixtieqa. Din il-pandemija, jekk xejn, daħħlet lil kulħadd f 'qoxortu, imma wkoll daħħlet sens ġdid f 'kull wieħed u waħda minna. Għallmitna li r-reċiproċità hija valur bażiku biex ikollna soċjetajiet tassew sani. Dan jgħodd mhux biss għall-imsieħba u ċittadini fil-pajjiżi tagħna, imma anke għall-mod kif għandhom ifittxu li jaġixxu Stati Membri Ewopej bejniethom. Bħala politiku, għandi aġenda. U din ma hija xejn ħlief l-attenzjoni lejn il-ħtiġijiet tal-membri kollha li jagħmlu parti mis- soċjetà – dik Ewropea u fuq kollox dik Maltija u Għawdxija. Dan huwa dak li rridu nkomplu naħdmu għalih matul il- ġimgħat, ix-xhur li ġejjin. Il-pandemija tellgħet aktar fil-wiċċ il- ħtiġijiet ta' dawk li għandhom bżonn aktar attenzjoni, tal-vulnerabbli. Meta l-affarijiet jitjiebu u l-Covid negħlbuha, dak li nimu b'ħarsien soċjali se jkompli jinbidel u rridu nkunu aktar lesti minn qatt qabel biex nantiċipaw il-ħtiġijiet ta' dawk l-aktar vulnerabbli fostna. Għidtha x'imkien ieħor, imma ma niddejjaqx nirrepeti. Dan is-sens ta' impenn mill-aktar qawwi stajt insegwih b'għajnejja stess meta żort il-Komunità Terapewtika immexxija mill-Caritas f 'San Blas u hemm rajt eżempju ta' kif soċjetà tista' tkun waħda infurmata, b'impenn sħiħ u b'kompassjoni sħiħa. F'ħidmieti kelli wkoll l-opportunita` li nqajjem kuxenjza fejn jidħlu tfal li għaddew minn, jew jinsabu f 'sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika jew abbuż. Għall-quddiem il-ħsieb għalija jibqa' wieħed ċar: li l-ħarsa u l-attenzjoni tagħna trid, aktar ma jgħaddi ż-żmien, issir iżjed attenta u ffukata dwar kif is- soċjetà nkabbruha b'mod li fiha ħadd ma jitħalla f 'diffikultà jew imċaħħad mid- drittijiet li, mhux biss fuq il-karta, imma fir-realtà, jkunu verament tiegħu jew tagħha. Għalhekk, matul iż-żmien li ġej se nara li aħna l-politiċi nkomplu nimu li l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet li nħejju għalihom bil-politika tagħna irridu nirreveduhom f 'ħinijiet iqsar, u nkunu aktar rapidi fil-mod ta' kif nirrispondu biex nemendaw il-politika u l-liġijiet tagħna biex dawn ikunu dejjem aktar u b'mod għaqli rilevanti għall-qagħda tal-mument u għas-setturi kif ikunu jeħtiġuhom f 'dak il-mument. Hemm bżonn li l-ħidma soċjali tissaħħaħ, mhux anqas fil-livell Ewropew. Irridu nimu b'mod ċar li hemm għadd mhux żgħir miċ-ċittadini tagħna li, fi kwalunkwe mument ta' ħajjithom, u għal raġuni jew oħra, ikunu jew f 'riskju ta' solitudni jew fi ħtieġa aktar minn oħrajn biex ikollhom persuni jisimgħuhom u jagħtuhom l-attenzjoni għal dak li jixtiequ jgħidu. Din hija xi ħaġa li niltaqa' magħha b'mod mill-aktar regolari fil-laqgħat tiegħi man-nies. Ħidma soċjali ġdida titlob ukoll li t-teknoloġiji ġodda ta' żmienna nadattawhom u nagħmlu enfasi fuq ir- rilevanza soċjali tagħhom – eżempju, jista' jkollna mezzi ta' trasport li jaħdmu bl- intelliġenza artifiċjali, li tista' tkun kruċjali wkoll biex inħaddmu għadd ta' funzjonijiet soċjali oħra inklużi dawk ta' aċċess u servizzi domestiċi għal persuni b'diżabilità u dawk anzjani. Irridu nkomplu nisħqu fuq il-ħtieġa li t-teknoloġiji elettroniċi u diġitali jintużaw biex itejbu l-kwalità tal-ħajja għall- workforce tagħna – għalhekk għażilt li nisħaq matul is-sena li għaddiet dwar il-ħtieġa ta' arranġamenti ġodda fejn jidħol xogħol flessibbli jew b'mod remot. Riga importanti għal kemm il-qabża diġitali se tkun waħda effettiva hija jekk din tassew jirnexxiliex iġġib qabża soċjali ta' kwalità jew le. Għax hekk nemmen bis- sħiħ li għandu jkun. Dan jinkludi l-abbiltà tagħna li t-teknoloġija u l-inklussività nħaddmuhom id f 'id - jiġifieri li l-mezzi teknoloġiċi, l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġija tal-informatika jirexxilna attwalment nużawhom biex aktar individwi jkunu parteċipi u attivi f 'kull stadju ta' ħajjithom fil-ħajja soċjali, edukattiva u fil-workforce innifisha. Għandna sena oħra ta' ħidma quddiemna. Sena li għandha piż iżjed minn snin oħra. Għaliex irridu naħdmu biex nirkupraw mis-sitwazzjoni bla preċendent li daħħlitna fiha l-pandemija, imma rridu nkomplu nibnu u nsaħħu l-ħidma soċjali tagħna, għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jħarsu lejna biex aħna nagħtuhom l-appoġġ u s-sostenn bil- ħidma u l-politiki tagħna. Din se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin li se ssejjes il-qafas tal-ħidma tiegħi għal li ġej. Josianne Cutajar Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 It-Triq 'il Quddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021