Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum aħbarijiet Il-vaċċin tal-influwenza huwa l-aħjar protezzjoni kontra l-influwenza! Il-vaċċin tal-influwenza huwa disponibbli b'xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha. C M Y CM MY CY CMY K INFUENZA - Advert Eng & Mlt - 2020 ( 10th Jan 2021).pdf 2 07/01/2021 12:30:05 DBRS tgħid li l-Gvern ta' Robert Abela ta impetu ġdid lit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-aġenzija ta' kreditu DBRS kellha kliem ta' tifħir għall- Gvern immexxi minn Robert Abela f 'rapport ippubblikat ilbieraħ u li mill-ġdid jagħti lil Malta rating għoli ta' A (High) b'ħarsa stabbli għall- ekonomija tal-pajjiż - li bħal oħrajn tinsab taħt it-toqol ta' pandemija. Lilhinn iżda mill-ekonomija ir-rapport jagħti rikonoxximent lill-Gvern ta' Abela fil-qasam tas-saltna tad-Dritt u jgħid illi "l-Gvern ta' Abela ta imeptu ġdid lit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt." Hawnhekk ir-rapport isemmi l-Kummissjoni Venezja u kif din faħħret sitt liġijiet ġodda li għaddew mill-Parlament għat- tisħiħ tas-separazzjoni tal- poteri u s-sistemi li jservu ta' monteraġġ fuq l-istituzzjonijiet (checks and balances). Ir-rapport - minkejja dan it- tifħir - jgħid ukoll li għad irid isir aktar sabiex tintlaħaq sistema adegwata ta' checks and balances. L-ekonomija Maltija milquta bil-kbir mix-xokk tal-pandemija "L-ekonomija Maltija ħadet xokk kbir wara snin ta' espansjoni u waslet biex waqqfet perjodu ta' tkabbir ekonomiku, ikkaraterizzat minn tkabbir medju ta' 6.4% fis-sena bejn l-2013 u l-2019." Hekk sostna r-rapport dwar l-ekonomija, li bħalissa tinsab milquta bil-kbir mill-pandemija tal-Covid-19. Ir-rapport jgħid illi s-settur tat-turiżmu - li jfakkar illi jikkontribwixxi 12.8% għall- Prodott Gross Domestiku - intlaqat b'mod ħażin ħafna mill-miżuri li kellhom jittieħdu, prinċipalment ir-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar. DBRS tgħid illi anke jekk l-ekonomija irkuprat xi ftit wara telf kbir fit-tieni kwart tas-sena 2020, il-Prodott Gross Domestiku naqas b'9.9% fit- tielet kwart tas-sena, ħafna aktar mill-4.3% fiż-żona ewro. Fuq nota pożittiva iżda r-rapport jirrikonoxxi li s-suq tax-xogħol Malti baqa' reżilejnti - Ara statistika tal-Eurostat hawnhekk. "L-iskema tas-Suppliment tal- Paga lagħbet parti importanti biex ikunu protetti l-impjiegi għalkemm tqajjem ukoll l-inċertezza ladarba l-iskema titneħħa," ikompli jgħid ir- rapport. Ara hawnhekk xi bidliet li ħabbar il-Gvern dwar din l-iskema. DBRS qed tistenna li matul l-2022 l-ekonomija tikber b'4% u l-istess fl-2023, b'attribwit partikolari ta' dan ikun il-vaċċin. L-aġenzija tgħid li dan it-tkabbir mistenni jerġa iseħħ grazzi għad-domanda domestika hekk kif it-turiżmu jibqa' f 'livelli baxxi kkumparat mal-2019.