Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum MARIANNA CALLEJA Il-Moviment Graffitti huwa għaqda xellugija li taħdem favur soċjetà u ekonomija ġusta msejsa fuq ir-rispett lejn l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem u tal-annimali. L-għaqda ilha magħna mill- 1994, wara li ġiet imwaqqfa minn grupp studenti Universitarji li ħassew il-ħtieġa li jkun hawn grupp politiku tax-xellug li jkollu għan differenti minn dak tal- partiti politiċi stabiliti f 'Malta diġa'. Maż- żmien il-Moviment Graffitti imwaqqaf mill-istudenti ġibed attivisti ta' kull eta' u minn kull sfond soċjali, saħansitra akkademiċi. 'Il-Moviment Graffitti għandu struttura partikolari fejn ma jeżistux kumitati jew ġerarkiji' Andrè Callus jibda billi jsemmi li l-moviment hu uniku, mhux biss għax wieħed mill-ftit li jħaddan politika xellugija. "Il-Moviment Graffitti għandu struttura partikolari fejn ma jeżistux kumitati jew ġerarkiji", jgħidilna Callus. Meta jkollok moviment bla ġerarkiji ifisser li l-organizzazzjoni għandha struttura organizzattiva bi ftit jew xejn rwoli ta' tmexxija. Struttura bħal din tippromovi l-involviment ta' kulħadd fil- proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Andrè Callus jispjega li kull minn jaqbel mal- prinċipju tal-Moviment Graffitti u jixtieq ikun attiv fl-għaqda jista' jipparteċipa fil-laqgħat regolari li jkollhom u jieħu sehem fil-proċess tat-teħid tad- deċiżjonijiet. Tajjeb li ngħidu li minħabba li l-Moviment reċentament kompla jikber sostanzjalment, inħolqu wkoll diversi gruppi ta' ħidma fi ħdan il-Graffitti li jiffukaw fuq kwistjonijiet partikolari, fosthom l-ambjent u d-drittijiet tal- bniedem. 'Fil-Moviment Graffitti, niġġieldu kontra forom differenti ta' sfruttament' L-għan ewlieni tal-Moviment Graffitti fi kliem Andrè Callus hu li jaħdem favur sistema li jkollha fiċ-ċentru tagħha l-ġid komuni u l-kwalità tal-ħajja, minflok il- qligħ u l-interessi tal-ftit. Callus spjega li dan kollu jagħmluh għax jemmnu bis- sħiħ li teżisti alternattiva għas-sistema kapitalista preżenti. "Dan wassalna sabiex fil-Moviment Graffitti niġġieldu kontra forom differenti ta' sfruttament u favur gruppi li qed jesperjenzaw inugwaljanza u oppressjoni", kompla Andrè Callus. Hu jkompli jispjega kif tul is-26 sena li ilu magħna, l-Moviment Graffitti kien attiv f 'ħafna oqsma differenti u ferm meħtieġa bħalma huma d-drittijiet tal-ħaddiema, l-qerda ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-gwerer, id-drittjiet ta' persuni LGBTIQ, u r-razziżmu, fost oħrajn. Bħal kull moviment ieħor, Graffitti esperjenza bosta tibdiliet matul is-snin iżda Callus insista li l-għan tiegħu baqa' dejjem l-istess. "L-ikbar bidla kienet li, filwaqt li qabel il-Moviment kien jaħdem l-iktar permezz ta' azzjoni spontanja, ilum il-ġurnata jagħti ħafna iktar piż lill-aspett strateġiku u organizzativ", jgħid Callus. Hawn spjega li ż-żewġ mudelli ta' ħidma għandhom il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom. Callus jgħid li azzjoni spontanja tagħti ħafna libertà lill-attivisti u toħloq art fertili fejn jinbtu ideat u azzjonijiet ġodda u innovattivi. Madankollu l-Moviment induna li attenzjoni ikbar fuq strateġija u organizzazzjoni kultant huma iżjed effettivi sabiex tilħaq l-għanijiet immedjati tiegħek. 'Ir-regħba ta' min irid jaħtaf kemm jiflaħ a skapitu ta' ħaddieħor' Ħafna drabi Graffitti jiġu akkużati li huma kontra kollox u kontra kull proġett - u allura kontra l-progress. Kif iwieġeb Callus? Andrè Callus jemfasizza li l-Moviment huwa favur l-iżvilupp u l-progress, "iżda ħafna minn dak li qed naraw bħalissa huwa l-kuntrarju ta' żvilupp u progress. Huwa r-regħba ta' min irid jaħtaf kemm jiflaħ a skapitu ta' ħaddieħor permezz tal-qlajja' tat- 'trickle down economics' - fejn jgħidulna li jekk ftit nies jistagħnew 16-il sena attiv fil-'politika' ... imma Andrè Callus mhux isem ġdid iżda riċentament jaf qed nisimgħu bih pjuttost aktar. L-attivist li ilu mal-Moviment Graffitti għal dawn l-aħħar 16-il sena tkellem mal-gazzetta ILLUM. Minn fejn bdiet din l-għaqda? Il-Moviment Graffitti jdejaqhom kollox u kontra kull proġett? Qatt se naraw lill-Moviment Graffitti fl-elezzjonijiet?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021