Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 ħafna dawn se jwaqqgħu biżżejjed loqom biex aħna ngħixu sew", insista Callus. Hu jkompli billi jtenni li dan il-mudell li jsejjaħ "inġust" nistgħu narawh biċ-ċar f 'diversi oqsma iżda b'mod speċjali fil- qasam tax-xogħol. F'dan il-qasam issib bosta li jiftaħru bit-tkabbir ekonomiku fenomenali, iżda xorta għadek issib li hawn għexieren t'eluf ta' ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet ħżiena u pagi baxxi, kif ukoll saħansitra ħafna nies li jgħixu fil-faqar. Andrè Callus jkompli jallega li l-istess mudell inġust, "narawh ukoll, fil-qasam tal-kostruzzjoni fejn l-iżviluppaturi - li jinkludu grupp żgħir ta' familji sinjuri bħal ta' Tumas u ta' Zammit Tabona - jiddettaw il-politika fil-pajjiż". Callus jgħid li dan qed wassal biex "l-art u l-bini spiċċaw mezz kif jistagħnew huma, minflok mezz kif aħna lkoll inkunu nistgħu ngħixu ħajja diċenti f 'rispett lejn ħaddieħor u lejn l-ambjent." Callus jgħid li riċentament dan kollu reġa' ħareġ bl-attitudni ta' Infrastructure Malta lejn bdiewa u residenti madwar Malta u Għawdex, b'dak li sejjaħ theddid kontinwu tagħha li tieħu dejjem iktar art agrikola "għall-proġetti li se jaqdu biss lil ċertu kuntratturi u interessi kummerċjali." 'L-ikbar riżorsa li għandu l-Moviment Graffitti huwa l-ħin li jagħtu l-attivisti tiegħu' Andrè Callus jammetti li forsi ħafna nies jaħsbu li l-Moviment Graffitti dejjem irrabjati iżda hu jfiehem li filwaqt li dik ir-rabja lejn l-inġustizzja qiegħda hemm, fil-verità ħafna mill-ħin tagħhom iqattgħuh jagħmlu dak li nemmnu fih flimkien ma' nies oħra li jaħsbuha bħalhom. Infatti Callus jgħid "li l-ikbar riżorsa li għandu l-Moviment Graffitti huwa l-ħin li jagħtu l-attivisti tiegħu, u nies oħra li jikkollaboraw miegħu, għall- ħidma fl-oqsma differenti". Hu jkompli jgħid li dik hija esperjenza pożittiva ħafna, li bħala Moviment jgħożżu. Hi dik l-esperjenza pożittiva li tagħti l-enerġija biex il-ħidma tkompli. Mistoqsi kif il-Moviment Graffitti jsostni ruħu speċjalment finanzjarjament, Andrè Callus jispjega li sabiex verament iżommu l-indipendenza tagħhom bħala Moviment, ma jaċċettawx sponsors privati jew fondi minn partiti. "Għalhekk il-fondi kollha tagħna jiġu mill-ħlas tas- sħubija fil-moviment u donazzjonijiet oħra li jogħġobhom jagħtuna n-nies", jgħid Callus. Hu ċċara il-fatt li minħabba li l-attivisti kollha fil-Graffitti huma voluntiera, jgħin biex l-ispejjeż tal- Moviment jinżammu pjuttost baxxi. "F'pajjiż fejn il-partiti politiċi għandhom daqshekk poter u kontroll fuq is-soċjetà, ma naffordjawx nitilfu l-ispazju tal-attiviżmu li huwa ħieles minn dan il-kontroll." Callus jirrakkonta kif qatt ma għaddielu minn moħħu li l-Moviment Graffitti għandu jieqaf speċjalment meta ngħixu "f 'pajjiż fejn il-partiti politiċi għandhom daqshekk poter u kontroll fuq is-soċjetà." Hu kompla jinsisti li "ma naffordjawx nitilfu l-ispazju tal-attiviżmu li huwa ħieles minn dan il-kontroll." Tajjeb li nfakkru li l-Moviment Graffitti huwa wieħed mill-ftit gruppi li jħaddnu prinċipji xellugin. Politika xellugija tħaddan l-idea li l-popolazzjoni taħdem flimkien għall-ġid komuni u taħdem għal ħelsien mill-abbuż tal-poter u l-inugwaljanza. Għalhekk Callus insista li l-Moviment Graffitti, "huwa wieħed mill-ftit spazji fil-pajjiż fejn in-nies jistgħu jkunu attivi politikament, imma 'l bogħod mill-politika partiġġjana". Mistoqsi jekk għad naraw lill Moviment Graffitti fl-elezzjonijiet, Andrè Callus jwieġeb b'mod skjett u jfakkar illi għalkemm il-Moviment minnufih diġà hu moviment politiku, qatt mhu se joħorġu għall-ebda elezzjoni. 'Il-ftuħ tal-aċċess għal Manoel Island jibqa wieħed mill-iktar mumenti emozzjonanti' Andrè Callus ilu fil-Moviment Graffitti għal dawn l-aħħar 16-il sena u jammetti - meta mistoqsi liema kien l-iktar mument għal-qalbu - illi jsibha diffiċli jagħżel mument wieħed. "Dan għaliex kien hemm ħafna mumenti li, għal xi raġuni jew oħra, kellhom sinifikat importanti ħafna f 'ħajti", ikompli Callus. Hu jgħid iżda li jekk ikollu jagħżel l-iktar mument li ħalla impatt fuqu jmur għall-ftuħ tal- aċċess għal Manoel Island. Dan seħħ lura fl-2016, wara li l-Gvern kien qal illi MIDI mhix qiegħda timxi skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt taċ-ċens illi kellha mal-Gvern dwar art f 'Manoel Island. L-Awtorità tal-Ippjanar kienet saħansitra ħarġet avviż legali biex minnufih jitneħħew l-erba' gradi li kienu twaħħlu bla permess u li ostakolaw l-aċċess tal-pubbliku għall-kosta. "Il-ftuħ tal-aċċess għal Manoel Island jibqa wieħed mill-iktar mumenti emozzjonanti u li tgħallimt minnu". Hu kompla jgħid li dik, "kienet kampanja li inkludiet kemm ħidma mill-qrib mal- komunità Gżirjana u mal-Kunsill Lokali, kif ukoll azzjoni diretta fejn ftaħna bil- forza post li kien ilu magħluq illegalment għal sittax-il sena sħaħ". Andrè Callus temm billi jgħid li din "kienet esperjenza li wrietna kemm il- ħidma fis-soċjetà u direttament mal- komunitaijiet hija importanti sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna." Saħansitra jgħid li fil-ġimgħat li damet għaddejja dik il-kampanja kien hemm anke persuni anzjani li avviċinaw l-Moviment Graffitti u qalulhom, bid- dmugħ f 'għajnehom, li qatt ma ħasbu li se jerġgħu jidħlu f 'dan il-post kemm idumu ħajjin. imma dejjem 'l bogħod mill-partiti F'pajjiż fejn il-partiti politiċi għandhom daqshekk poter u kontroll fuq is-soċjetà, ma naffordjawx nitilfu l-ispazju tal-attiviżmu li huwa ħieles minn dan il-kontroll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021