Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
14 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Jew xi ġara tgħajjat mat-tfal u mit-tieqa ma' ta' faċċata jew inkella l-iskavar għal bini ta' xi blokka appartamenti maġenbek. Ġej minn fejn ġej l-istorbju, il-Maltin jibqgħu l-aktar li jilmentaw li ma jistgħux joqogħdu għall-kwiet, lanqas fid-dar tagħhom stess. Fil-fatt, skont stħarriġ tal- Eurostat, aktar minn kwart tal- popolazzjoni Maltija ma hija kuntenta xejn dwar l-istorbju li ġej jew mill-ġirien jew inkella mit-triq fejn jgħixu. Kienu 28.3% tal-Maltin li ħadu sehem fl-istħarriġ li lmentaw dwar l-istorbju. Dan ifisser li persuna minn kull erbgħa ilmentat dwar storbju eċċessiv. Il-medja Ewropea kienet ta' 17.3%. Din lanqas ma kienet xi ħaġa ġdida. Fil-fatt, Malta ilha mill- 2010 iżomm postha fuq nett tal- lista fost il-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-persentaġġ ftit li xejn varja tul is-snin. Fl-2015 kienu 24.6% tal- Maltin li lmentaw dwar l-istorbju u l-aktar li lmentaw kien fl-2014 meta aktar minn 30% qalu li ma jifilħux aktar l-istorbju fit-triq fejn jgħixu. Wara l-Maltin, b'26.6% kienu l-Olandiżi l-aktar li lmentaw dwar storbju li ġej mill-ġirien jew mit-triq fejn huma jgħixu u warajhom il-Ġermaniżi b'26.1%. Mill-banda l-oħra, jidher li l-inqas li jbatu mill-istorbju huma dawk li jgħixu fil-Kroazja, l-Estonja u l-Irlanda. Skont l-istess stħarriġ, kif wieħed jistenna, l-aktar li jilmentaw bl-istorbju huma r-residenti fl-ibliet. Apparti minn hekk, hemm tendenza li l-proporzjon ta' persuni li jilmentaw dwar l-istorbju li ġej mit-triq fejn jgħixu, jonqos hekk kif jiżdiedu l-membri tal-familja. Dan ifisser li aktar ma jkun hemm persuni jgħixu taħt saqaf wieħed, inqas hemm ċans li dawn jilmentaw dwar l-istorbju li ġej mit-triq. Fil-fatt dan jgħodd ukoll għal Malta. Kienu aktar minn 30% ta' dawk li jgħixu waħedhom li lmentaw dwar l-istorbju. Mill-banda l-oħra, minn fost dawk li għandhom it-tfal li għadhom dipendenti fuqhom, kienu 26.8% li lmentaw dwar l-istorbju. L-aktar storbjużi fl-Ewropa! Malti minn mill-ġirien jew mit-triq Il-gazzetta ILLUM tistaqsi dwar liġi li ilha mwiegħda mill-2016 biex tikkontrolla l-istorbju eċċessiv, partikolarment fit-toroq residenzjali X'sar mill-abbozz ta' liġi għall-kontroll tal-istorbju? Il-gazzetta ILLUM ilha snin tistaqsi dwar liġi mwiegħda u li l-għan tagħha huwa li tnaqqas it-tniġġis ikkawżat mill- istorbju (noise pollution). Fil-fatt, fl-2016, il-Ministeru għall- Ambjent, dak iż-żmien immexxi mill- Ministru Jose Herrera, kien waqqaf kummissjoni, li kellha taħdem fuq abbozz ta' liġi li jikkontrolla l-istorbju eċċessiv f 'Malta. Il-kummissjoni kellha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Ministeru, il- Pulizija, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur u l-Ministeru għall- Ekonomija, fost oħrajn. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lill-Ministeru għall-Ambjent fiex wasal ix-xogħol ta' din il-kummissjoni u jekk għadux għaddej ix-xogħol fuq abbozz ta' liġi. Sakemm morna għall-pubblikazzjoni, dawn il-mistoqsijiet kienu għadhom mhux imwieġba. L-ILLUM staqsiet jekk din il- kummissjoni għadhiex tiffunzjona u jekk għadux għaddej ix-xogħol fuq il-liġi. 28.3% tal-Maltin li ħadu sehem fl-istħarriġ li lmentaw dwar l-istorbju