Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
20 opinjoni Il-futur IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 I l-politiċi jiġu u jmorru. Il-legati li jgawdu minnhom ġenerazzjonijiet sħaħ frott il-viżjoni jibqgħu. Fit-tlielaq tad-demokrazija, ir-realtà hi li s-suċċess politiku hu marbut ma' riżultati tajbin fl-immedjat. L-appuntamenti elettorali huma konfinati f 'perjodi partikolari ta' żmien u hu faċli li politiku, meta jiġi biex jieħu d-deċiżjonijiet, jitfa' l-appuntamenti elettorali, u allura l-preżent, bħala l-kriterju determinanti. Politiku għaqli, imbagħad, iħares ukoll lejn l-avvanz tal- pajjiż 'il hinn mill-appuntamenti elettorali. Jagħraf il-ħtieġa ta' preżent ta' suċċess waqt li jfassal futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet li tilgħin. F'dan l-ispirtu nfaħħar ħafna d-deċiżjoni għaqlija tal-Prim Ministru Robert Abela li għall-ewwel darba fl-Istorja jappunta Ministru nkarigat, fost affarijiet oħra, mir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Fi kliem ieħor dan hu dekasteru li jħares lejn il-futur. Ma naqbel xejn ma' min jgħid li għada ħadd ma rah. Il-futur, f 'ċertu sens, qiegħed hemm diġa u sta għalina jekk huwiex se jappartjeni lilna wkoll bħala pajjiż jew le. Il-futur jappartjeni lil dawk li kapaċi jimmaginawh minn issa, jfassluh minn issa u, iktar minn hekk, iwettquh minn issa. Il-futur mhux xi ħaġa li għandek tistennieha taqa' f 'ħalqek, imma trid tagħġinha mil-lum. Biex tasal għal dak il-punt, trid tkun perseveranti, determinat u taħdem kemm tiflaħ. Trid tkun ukoll armat b'għodod b'saħħithom u tajbin ibbażati fuq it-teknoloġija u t-tagħlim. Pajjiżna ma twelidx b'ħalqu fix- xgħir. Biss dejjem kellu mexxejja li raw futur b'saħħtu għal pajjiżna. Kull min kellu fuq spalltu r-responsabbilità tal-awtorità eżekuttiva nemmen li, min b'mod u min b'ieħor, ra kif għamel biex jikkontribwixxi għal futur aħjar għal dan il-pajjiż. F'temp ta' it ġenerazzjonijiet, inqas minn ħajja ta' bniedem, pajjiżna ttrasforma ruħu minn fortizza għal Stat iffukat fuq industriji kruċjali bħat- turiżmu, in-negozju u s-servizzi finanzjarji. Huwa kruċjali, fil-fehma tiegħi li nkunu ambizzjużi dwar fejn irridu nieħdu lil pajjiżna. Għalija l-mira hi waħda ċara – li, minn issa, Malta trid tkun pajjiż ewlieni tal-futur. Biex naslu sa' hemm irridu nimmaġinaw, infasslu u nwettqu. Irridu ninċentivaw lil min jagħmel dan u rridu nħeġġu lil uliedna jersqu lejn is-suġġetti li fuqhom huwa bbażat il-futur li rridu nwettqu minn issa. Ma hemm xejn ħażin li nkunu ambizzjużi, anzi l-hażin ikun jekk ma nkunux ambizzjużi. Bħar-riċerka, mhux kollox ikun ward u żgħar – ġieli tinvesti u ma jasalx ir-riżultat mixtieq. Imma dik ma tkunx raġuni biex toqgħod bilqiegħda fuq siġġu u ma tagħmel xejn, anzi trid tkun ambizzjuż, taħdem il-ħin kollu u timmaġina, tfassal u twettaq. Fil-qofol ta' dan kollu jrid ikun hemm ekosistema robusta ta' innovazzjoni li abbażi tagħha nibdu pajjiż lest għall-futur. Irridu naħsbu minn issa x-xenarji possibbli tal-futur ta' pajjiżna u tad-dinja. B'hekk inkunu nistgħu ngħinu lil min jieħu d-deċiżjonijiet biex jiem aħjar t-teknoloġiji li qed jitwieldu u nterrqu aħjar fil-vjaġġ lejn id- diversi futuri possibbli. Irridu nkunu d-dar naturali ta' inizzjattivi li jikkuraw u jxerrdu innovazzjonijiet teknoloġiċi u innovazzjonijiet marbuta mal- futur. Konna pont ġeografiku u kulturali bejn diversi kontinenti għal ħafna snin, m'hemm xejn li jżommna li nsiru wkoll pont tat- tixrid tal-għarfien mad-diversi kontinenti. Irridu li l-ġenerazzjonijiet li tilgħin ikollhom l-għodod u l-kapaċitajiet sabiex il-Gvern u s-settur privat jkunu parti integrali minn din l-ekosistema robusta ta' innovazzjoni. Biex dan isir il-ġenerazzjonijiet li tilgħin iridu jkunu kapaċi kemm jista' jkun jitkellmu l-lingwa tal-futur – il-coding. Iridu jkunu huma l-ixprun tal-iżvilupp u l-avvanz mhux biss għalihom personali, imma wkoll għall-irħula u l-kommunitajiet li jgħixu fihom. Sfidi se jkun hemm listi sħaħ ma jaqtgħu xejn imma dawn irridu ndawruhom f 'opportunitajiet kif dejjem għamilna ġenerazzjoni wara l-oħra. Irridu niffaċilitaw koperazzjonijiet bejn il-Gvern, il- privat u l-istakeholders ewlenin, inkluż individwi u kumpaniji għadhom jibdew. Il-ħila tagħna bħala pajjiż hi marbuta mal- flessibbilità – li kapaċi nieħdu deċiżjonijiet malajr mingħajr il- ħtieġa li ngħadduhom minn saffi ma jispiċċaw qatt. Dan il-fattur tal-flessibilità se jkompli jkun determinanti u għalhekk aħna, minkejja ċ-ċokon ġeografiku, nistgħu kull ma jmur insiru iktar kompetittivi. Min jieħu ħsieb ir-regolazzjoni u l-ogħti tas-servizzi diversi wkoll irid ikun flessibbli u ħafif fil-mod kif jopera sabiex nimmassimizzaw dan il- punt kritiku li forsi hu uniku għal pajjiżna. Malta trid issir laboratorju tal-ideat u sala tal- maternità ta' teknoloġiji ġodda u għandha l-ingredjenti kollha biex dan ikun jista' jsir. Jien m'għandix dubju li bħalma pajjiżna rnexxa u telaq jiġri fl-aħħar ġenerazzjonijiet minn mindu ħa rajh f 'idejh, pajjiżna se jkompli jirnexxi u jimxi 'l quddiem fil-futur li rridu ngħaġġnuh minn issa. Jien m'għandix dubju li bħalma pajjiżna rnexxa u telaq jiġri fl-aħħar ġenerazzjonijiet minn mindu ħa rajh f'idejh, pajjiżna se jkompli jirnexxi u jimxi 'l quddiem fil-futur li rridu ngħaġġnuh minn issa