Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ħ afna drabi nieħduha for grant- ed. Inħarsu biss, kważi b'mod esklussiv lejn l-ekonomija u l-flus fil-but. U wieħed jiem dan! Bla flus - kif ngħidu bil-Malti - la tgħannaq u lanqas tbus u fir-realtà la tgħix b'mod diċenti, la jkollok impjieg, la jkollok allura biex tiekol sew u ikel nutrittiv sabiex tibqa' b'saħħtek, la tkun tista' tixtri dar ħalli jkollok saqaf fuq rasek u lanqas biex imqar tikri. Bil-flus tagħmel triq fil- baħar, imma l-flus mhux kollox. Pajjiż biex jitmexxa sew u biex jevita l-kaos u l-anarkija jeħtieġ ikollu istituzzjonijiet serji, b'saħħithom u li fuqhom iċ-ċittadin onest jista' jserraħ meta xi ħadd jhedded il-paċi u l-progress. Dak li ġara fl-Istati Uniti jurina żewġ affarijiet. L-ewwelnett kemm politiku kapaċi jagħmel deni daqs kemm jagħmel ġid. Kemm kelma ta' politiku fiha toqol u kemm hemm min jeħodha bħala vanġelu, speċjalment fis-soċjetà li qed ngħixu fiha li minkejja illi għandha l-informazzjoni kollha li teħtieġ u trid - tagħżel li tinjoraha, li tkun selettiva f 'dak li tisma' u temmen u taqra biss t-titli tal-aħbarijiet bin-nuċċali partiġġjan u ppreġudikat. Il-vjolenza f 'Washington li wasslet biex saħansitra jmutu n-nies kienet esebizzjoni ċara ta' kemm sar perikoluż Donald Trump - każ klassiku ta' politiku li qed jikteb ismu fil-kotba tal-istorja għall-mod inglorjuż illi bih il-Presidenza tiegħu qed tikkrolla. Seta' għażel it-triq tal-irġulija, is-serjetà u fuq kollox ir-responsabiità. Iżda minflok kompla f 'dawn il-jiem fejn ħalla fl-aħħar erba' snin: Jinqeda bin-nies li jappoġġjawh biex iżomm mal-poter, arroganti u kawża ewlenija ta' tensjoni, rabja, mibgħeda u vjolenza. Xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni. Mhux b'kumbinazzjoni li persuna li mexxiet tant il-politika kontra dak u kontra l-ieħor waslet għal tant tensjoni soċjali. Huwa veru li l-politika ekonomika tiegħu waslet għal aktar xogħol u aktar flus fil-but għal eluf kbar ta' nies - u dan huwa t-tajjeb tal-Presidenza ta' Trump - imma meta ġejna għad-dunque, falla. Għax intuli jkollok il-flus fil-but u tkun qed tgħix fil-kaos u t-tensjoni. Trump wera' li għall-kliem sabiħ u l-istorja li għandha l-istati Uniti f 'missjonijiet ta' żamma tal-paċi - li f 'xi każi kienu indħil sfaċċat li aktar ġab imrar u ġlied milli paċi - wara kollox anke hi kapaċi xxomm it mill-kaos li ħalliet f 'pajjiżi oħrajn. Minn ċittadin tagħha stess. Anke r-Repubblikani it, it qed iduru kontra Trump inkluż l-eks President Repubblikan George W Bush. X'għeluq ta' Presidenza dik! Imbarazzament internazzjonali għalih u għal pajjiżu. Minkejja dan, hemm it-tajjeb ukoll li ħareġ minn dawn l-inċidenti. Rajna kif pajjiż b'istituzzjonijiet b'saħħithom - kontabbli u demokratiċi - jista' jżomm fil-wiċċ u jara li r-rieda tal-poplu sseħħ minkejja l-politika tal-bullijiet u l-vjolenza. Joe Biden - li l-ġudizzju dwaru għad irid jibda - se jsir President Amerikan u r-rieda tal-poplu se tiġi rispettata. Sfortunatament naraw diversi każi fejn għax ma hemmx istituzzjonijiet b'saħħithom, kontabbli u demokratiċi - il-pajjiż u l-poplu miegħu niżel f 'anarkija. Għal min jaa l-istorja tas-Somalja hija tal-biża' - pajjiż imfarrak mifni bil-vjolenza. Mhux il-bogħod minnha, fl-Afrika wkoll, il-Libja. Pajjiż fejn id- ditattur (Muammar Gaddafi) kien kollox, l-Alpha u l-Omega tas-sistema. Niżel hu u l-pajjiż spiċċa f 'kaos sħiħ ta' vjolenza. Id-demokrazija hija l-aktar pilastru importanti. Qisha s-saħħa ta' pajjiż. Aħna ngħidu li mingħajr saħħa ma għandekx flus għax ma tistax tgawdihom. U l-istess il-pajjiż. Mingħajr demokrazija ma għandux flus, għax il-poplu ta' rieda tajba ma jgawdi qatt mill-kaos. J'Alla l-avvenimenti ta' din il-ġimgħa fl-Istati Uniti jservu biex ifakkruna illi d-demokrazija hija xi ħaġa ħajja li jeħtieġ tkun indukrata u rispettata. Għax mingħajrha ma nistgħu qatt ngħixu fil- paċi u l-progress li tant ngħożżu! Kemm hi delikata d-demokrazija u kemm mingħajrha jkollna kaos!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021