Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum In-New Moon fiż-żodjaku ta' Capricorn Oroskopju mill-Ħadd 10 ta' Jannar sas-Sibt 16 ta' Jannar L-ewwel New Moon ta' 2021 Nhar l-Erbgħa 13 ta' Jannar ser inkunu qed nesperjenzaw l-ewwel new moon tal-2021. Dan in-new moon iġib miegħu n-numru 13 li jwassal miegħu diversi mistoqsijiet. Dan in-new moon li jinzerta fit-13, ifisser li għaż-żodjaki kważi kollha, ser jagħti motivazzjoni u din tkun importanti fil-bidu tas-sena. In-New moon, peress li jgħaqqad iż-żodjaku ta' Capricorn ma' dak ta' Aquarius jagħti kontribut pożittiv ta' ppjanar b'mod aktar intelliġenti, aktar dettaljat u fih inkunu aktar iffukati. Dan in-new moon joffri wkoll aktar attenzjoni lil saħħitna, fejn ser inkunu aktar konxji u nagħrfu l-bilanċ ta' tqassim bejn il-ħin għax-xogħol u l-ħin ta' rilassament. Dan in-new moon jiaħ toroq ġodda fil-ħajja ta' madwarna. Apprezzaw dan l-ewwel new moon fit-13 ta' Jannar. Jekk tixtieq aktar informazzjoni, ibgħat messaġġ fuq 79495804 jew żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-New Moon għalik bħala Aquarius ser ikun ifisser enerġija pożittiva favurek, minn kull angolu. Dan ifisser li għandek perjodu ferm interessanti ġej lejk u fih ser tagħraf dak kollu li vera trid u tixtieq. Agħraf biss lilek innifsek u mhux l-influwenza ta' ħaddieħor. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Taurus. Aquarius magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-New Moon għalik bħala Pisces ser ifisser it tibdil mill-iskeda li għandek. Dan ser ikun sabiex tagħraf ittejjeb aħjar lilek innifsek u b'hekk tkun tista' tippjana u tqassam il-pjanijiet dwar il-karriera tiegħek aħjar. Dan ser iservik għal aktar stabbiltà. Agħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Scoprio. Pisces magħrufin bħala nies immaġinattivi. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-New Moon għalik bħala Aries ser jirrifletti aktar fuq il-ħtiġijiet bażiċi tiegħek. Dan ser ikun ifisser li ser tibda tara iżjed dak li tant trid tagħraf dwar il-ħiliet tiegħek. Dan huwa mument ta' riflessjoni sabiex tkun aktar kapaċi twettaq b'aktar attenzjoni. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Cancer. Aries huma magħrufin bħala nies mmotivati. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-New Moon għalik bħala Taurus ser ikun mumentsabiex tibda tippjana u tħejji aktar lilek innifsek. Issa trid iżżomm il-pass ma' dan u għalkemm ser ikun hemm xi mumenti ta' inċertezza, trid iżżomm mal- ħsieb li kellek qabel bdejt tħoss dan. Ftakar biss li dan jaf ikun perjodu li tkattar lejn aktar stabbiltà. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Libra. Taurus huma magħrufin għall-konklużjonijiet tagħhhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-New Moon għalik bħala Gemini ser ikun ifisser għalik mument ta' tkattir fl- impatt tiegħek u f 'dak li rnexxielek takkwista tul dawn l-aħħar xhur. Għalkemm ser ikun hemm xi it mumenti ta' tfixkil, mill- esperjenzi passati tiegħek kapaċi żżomm kontroll u stabbiltà. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Capricorn. Gemini huma magħrufin għall-gwida u komunikazzjoni tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-New Moon għalik bħala Cancer ser ikun ifisser bidu ta' twettiq ta' dak li tant ilek tistenna sabiex fl-aħħar tesperjenza dak kollu li qatt ma kien reali. Issa wasal il- mument li taħsad dak li żrajt u din ser tkun ta' ispirazzjoni lejn ix-xhur li ġejjin. Agħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aquarius. Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan in-New Moon għalik bħala Virgo ser joffrilek impatt f 'kif tikkonfronta lil min jipprova jgħaddik minn għajn il- labra. Issa trid toqgħod ferm attent għax dak li ser tħoss fik mhux ħa jkun normali u taf tkun xi it aktar agressiv minn meta kont taffaċċja dan it- tip ta' kurrent. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Pisces. Virgo huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan in-New Moon għalik bħala Libra ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta' kif se tibda tħejji l-ħsieb jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid xiforma ta' opinjoni dwarhom. Għalkemm fl-aħħar mill-aħħar trid tkun int li tasal tagħmel id-deċiżjoni finali, b'mod speċjali dak li hemm riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Leo. Libra magħrufin għat-tmexxija tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan in-New Moon għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser bidu ta' ideat ġodda li jafu jkunu fundamentali f 'dak li hemm ippreparat għalik. Tibżax tiżviluppa l-ideat li għandek, agħraf biex tibda twettaqhom. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Virgo. Sagittarius huma magħrufin għall-komunikazzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan in-New Moon għalik bħala Scorpio ser ikun mument li jurik kif għandek tieħu deċiżjoni tajba dwar dak li riesaq lejk fiż-żmien qarib. Ftakar biss li fil-ħajja u f 'dan il-mument kulma tagħmel irid ikun b'għan pożittiv. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aries. Scorpio magħrufin bħala persuni ta' karattru sod. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan in-New Moon għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser tisħiħ profond f 'dak li għandek fik sabiex it-tkabbir li hemm ikun ġej kollu minn dak li qed taspira. Minn issa 'l quddiem ibda agħraf kun kawt f 'dak li ser tibda twettaq. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn. Gemini. Capricorn huma magħrufin għad-determinazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-New Moon għalik bħala Leo ser ifisser bidu ta' attività kompletament miuħa fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq. Però issa din l-attività trid tħejji għaliha b'mod pożittiv sabiex b'hekk tissaħħaħ aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Sagittarius. Leo huma magħrufin għall-fehma soda tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021