Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 kull erbgħa jilmenta dwar l-istorbju Fl-1999 diġà kien hemm abbozz ta' liġi ... baqa' jġemma t-trab Il-gazzetta ILLUM kitbet ukoll diversi drabi dwar abbozz ta' liġi dwar il-kontroll tal-istorbju li kien kiteb l-eks Deputat Laburista Luciano Busuttil aktar minn 20 sena ilu u li fuqu qatt ma sar xejn. Busuttil kien ippropona, biex ikun hemm ħinijiet speċifiċi dwar stabbilimenti u mużika. Kien ippropona li għandu jkun illegali li negozju fin-nofs ta' żona urbana jikkawża storbju permezz ta' mużika jew daqq ta' strumenti bejn il-11:00p.m u s-7:00a.m "sakemm ma jkunux qegħdin jindaqqu f 'bini magħluq bil-ħoss ma jinstemax minn barra l-bini." Fl-1999, Busuttil kien ippropona wkoll illi ma jkunx hemm xogħol ta' kostruzzjoni u li allura jinkludi kostruzzjoni u skavar jew tħaffir, bejn is-6:00p.m u t-8:00am matul il-ġimgħa u li ma jsir ebda xogħol nhar ta' Ħadd jew fil-vaganzi. Dwar l-annimali domestiċi, Busuttil kien ippropona illi jkun kontra l-liġi li annimali jitħallew jagħmlu storbju eċċessiv li jiskomoda jew jagħti fastidju. Hu kien ippropona li l-ebda persuna ma tista' toħloq ħafna storbju li bih iddejjaq lin-nies fit-toroq jew inkella l-bankini jew ħdejn il-binjiet. Ippropona wkoll li jkun kontra l-liġi li persuna permezz ta' vettura, toħloq ħafna storbju sa madwar 30 metru miż-żona ta' sptar jew istituzzjoni fejn ikun hemm nies morda, jew inkella istituzzjoni edukattiva (fil-ħinijiet li fihom ikunu preżenti l-istudenti). Busuttil kien insista li minkejja li tkellem ma' diversi Ministri tal-Ambjent, kemm Nazzjonalisti u anke Laburisti, l-abbozz tiegħu qatt ma ġie kkunsidrat u dejjem baqa' fuq l-ixkaffa. Luciano Busuttil Imma ma għandna l-ebda kontrolli fuq l-istorbju? Anke jekk Malta għad ma għandha l-ebda liġi speċifika dwar it-tniġġis mill-ħsejjes, f 'Lulju 2019 kien daħal avviż legali li jipprojbixxi d-daqq tal-mużika fl-istabbilimenti f 'ċertu żoni turistiċi ta' San Ġiljan u San Pawl il-Baħar wara s-1:00am jekk dan jistema' mir-residenti. Dan jgħodd għall-istabbilimenti li jinsabu f 'dawn it-toroq: Qawra jew Buġibba: • Triq il-Bajja • Parti minn Triq Sant Antnin • Parti minn Triq il-Pijunieri sa Triq il-Ħallel • Parti minn Triq il-Ħallel sa Triq iċ-Ċerna • Triq it-Trunċiera • Parti minn Triq il-Qawra minn Triq l-Istamar għal Triq it-Trunċiera. Paceville: • Trejqet Dragunara • Triq il-Ġdida għal Triq Santu Wistin Normalment, stabbilimenti mhux suppost idoqqu mużika għolja, li tinstema' minn barra, wara l-11pm fiż-żoni kollha u wara nofsilejl fil-lokalitajiet ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar (ħlief dawk fit- toroq imsemmija fejn il-mużika ma tistax tinstema' minn barra wara s-1am). Apparti minn hekk, fejn tidħol il-kostruzzjoni, kuntratturi mhux suppost jużaw makkinarju ta' skavar qabel it-tmienja ta' filgħodu. Xogħlijiet oħra ta' kostruzzjoni jistgħu jibdew fis-7am. Dan filwaqt li ma jistgħux jintużaw ukoll bejn is-2:00pm u l-4:00pm, wara t-8:00pm u matul il-ġurnata kollha tal-Ħadd jew f 'festi pubbliċi. Ta' min ifakkar li anke fejn jidħlu l-festi hemm ħinijiet speċifiċi, fosthom anke dwar il-ħin li fih jista' jinħaraq in-nar, partikolarment il-bomba. Mill-istorbju fil-Belt għall- farmhouses f'Għawdex L-ILLUM kemm-il darba kitbet ukoll dwar l-istorbju fil- Belt Valletta u anke dak ikkawżat minn gruppi kbar li jikru l-farmhouses f 'Għawdex, kemm fi żmien il-festi u l-Karnival u anke tul ix-xhur tas-sajf. Is-Sindku tal-Għarb, David Apap, saħansitra kien insista mal-gazzetta ILLUM li s-sidien tal-farmhouses għandhom jibdew jikkontribwixxu u jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità, l-istess kif jagħmlu s-sidien tal- ħwienet u anke tal-lukandi u dan biex jagħmlu tajjeb għall- inkovenjenti li jistgħu joħolqu, kemm minħabba l-istorbju u anke minħabba l-parkeġġ. Anke s-Sindku ta' San Lawrenz, Noel Formosa, kien saħaq mal- gazzetta li kontinwament jirċievi lmenti mingħand residenti minħabba storbju li jkun ġej mill-farmhouses. It-tnejn li huma saħqu li s-sidien tal-farmhouses għandhom ikunu aktar responsabbli tan-nies li jkollhom u saħqu dwar il-bżonn li l-kunsilli jingħataw aktar saħħa biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni huma stess. Stħarriġ ieħor tal-Eurostat, ippubblikat mill-gazzetta ILLUM fis-17 ta' Ġunju 2018, kien wera kif ir-residenti Beltin huma l-inqas kuntenti bil-livell tal-istorbju u dan meta kienu mqabbla ma' residenti oħra tal- ibliet kapitali Ewropej. Tant hu hekk li s-Sindku ta' dak iż-żmien, Alexiei Dingli, kien saħaq li ma jaqbilx li jinħarġu permessi għal postijiet ta' divertiment fiż-żoni residenzjali u ppropona li s-sidien għandhom ikunu kostretti jinstallaw 'Sound Meters'. L-għan ta' dawn is-'Sound Meters' huwa li jaqtgħu d-dawl awtomatikament meta l-livell tal-istorbju jilħaq ċertu livelli. Anke s-Sindku preżenti, Alfred Zammit, saħaq kemm- il darba mal-gazzetta ILLUM li ma jridx li l-Belt Valletta ssir Paceville ieħor waqt li appella biex id-divertiment fil-Kapitali, ikun jixraq lill-Belt Valletta. Minkejja dan, Zammit huwa it xettiku dwar li wieħed jillimita fejn jistgħu jinfetħu stabbilimenti bħal ristoranti u barijiet, anke għax kull żona fil-Belt Valletta hija żona residenzjali. "Hemm ir-regolamenti u kulħadd jimxi magħhom. Ma jfissirx li għax għandek ristorant se tagħmel li trid," kien saħaq Zammit. Kuntratturi mhux suppost jużaw makkinarju ta' skavar qabel it-tmienja ta' filgħodu