Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-litaniji tal-verbi tal-lejl Bħal daqqa ta' ponn taħt iċ-ċinturin Dalgħodu 'rġajt stenbaħt minn lejl bla rqad, beżgħan imfawwar bil-għaraq. Erġajt stkerraht inbaħbaħ wiċċi u nnaddaf xuxti u ġildti mis-susa tal-kutri. Iddellikt, tħammiġt, tnittint minn fuq s'isfel jien u mmaħħaħ fuq il-ħmir il-jum tas-soltu. Erġajt żgiċċajt fis mill-mera. Erġajt akart f 'min sirt menti intant erġajt insejt min jien, min kont, min ridt inkun. Fjakkajt. 'Qas biss trejjaqt. Ma xrobtx. Ma kilt xejn għajr sigarett. Ħallejt il-ħin jgħaddini mill-ġdid jien u nerġa' nagħraf li ma kienx imissni. Taraw xejn: ġa kien sarli l-ħin biex nerġa' ngħaddi mill-friex 'il ġewwa, biex nerġa' nniedi r-raqda tal-jum. Naf, qgħadt inberren fuq dak u fuq dik jien u nerġa' nistenna l-ħin jgħaddini. Tħeddtilt u 'rġajt ħlomt, minn kollox erġajt ħlomt. Kont għalliem tal-filosofija kontinentali f 'Sorbonne. Direttur tat-teatru Butō fi Kjoto. Mużiċist stil Dark Ambient ġo Berlin. Logoterapista fi Freiburg. Fejjieq Taoist f 'Hubei. Kumpann t'Amy Winehouse fil-Karibew. Pazjent bid-dimensja f 'San Vinċenz. Karattru f 'rumanz ta' Georges Bataille. Kont kulma ma kontx, kulma ma sirtx, kulma m'iniex. Erġajt ħlomt ukoll bl-ewwel test tal-ġabra ta' stejjer qosra Mill- Bieb 'il Ġewwa ta' Loranne Vella: il-poeżija Il-Verbi ta' Kuljum. Ekku filfatt il-litaniji tal-verbi tal-lejl: silta minn esperiment letterarju tiegħi – imħarbex kmieni s-sena l-oħra – imnebbaħ proprju mill-versi ta' Vella. Mhux soltu niddelitta wisq b'tentattivi kreattivi bħal dawn. Forsi għax nippreferi tekniki oħrajn. Għandu mnejn għax b'tentattivi stilistiċi xi it jew wisq simili – bħall-produzzjonijiet aleatorji stil cut-up tant sinonimi ma' William Burroughs u David Bowie fost oħrajn – s'issa it li xejn seħħli naqta' sandar. Wisq nibża' li ormaj nista' naqta' jiesi li xi darba għad insib posti fost l-Illuminati ta' anateros. Ma jimpurtax: fid-djar tal-alkemiji tal-kliem hemm ħafna għamajjar – kapaċi għada pitgħada jitħejja għalija xi post. Bħalma donnu issa bħal beda jitħejja, bil-qajl il-qajl, għall-awtriċi Loranne Vella wara l-pubblikazzjoni tal- ewwel ġabra ta' stejjer qosra tagħha Mill-Bieb 'il Ġewwa. Forsi għalhekk fettilli nittanta l-pinna b'dak l-esperiment. Nistqarr illi tabilħaqq ħasadni dal-ktieb, minn daqqiet, f 'xi waqtiet, fakkarni fil- mannara ta' Franz Kaa li ttertaq bil-felħ l-ibħra inġazzati li lkoll inġorru fina. L-enfażi hawnhekka hija iżjed fuq il-metafora tal- mannara – biex id-diskors ikun ċar – milli fuq Kaa nnifsu. Jekk niġu f 'dan il-Kaa Malti għadu ma wasalx u tgħidli qalbi qatt m'għad jasal. Iżda jekk Kaa ma wasalx intant il-kittieba Loranne Vella donnu issa tassew waslet. Kif jgħidu bl-Ingliż, now she has finally arrived. Mhux qiegħed ngħid dan għax qabel kienet teħtieġ xi introduzzjoni. Lanqas għax Mill- Bieb 'il Ġewwa kien l-ewwel xogħol maġġuri tagħha. Nafuha sa mis- snin disgħin bil-grupp teatrali esperimentali Aleateia. Dik il- ħabta rajnieha wkoll f 'diversi films qosra u sensiliet televiżivi Maltin. Lejn tmien fl-elfejnijiet rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – flimkien ma' Simon Bartolo – bit- tliet rumanzi tat-triloġija Fiddien: Sqaq l-Infern, Wied Wirdien, Il-Ġnien tad-Dmugħ. Kompliet imbagħad tkabbar il-profil tagħha fost l-adoloxxenti bir-rumanz tagħha MagnaTM Mater u b'bosta traduzzjonijiet għall-Malti ta' rumanzetti mill-Franċiż u mill- Ispanjol. Uħud minn dawn rebħu l-Premju Terramaxka. Lura għat- teatru mbagħad waqqfet fi Brussell il-proġett interdixxiplinari tal- arti tal-ispetttaklu Barumbara Collective. Irritornat imbagħad fix-xena letterarja lokali bl-ewwel rumanz tagħha għall-qarrejja adulti Rokit. Reġgħet rebħet il- Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Intant matul is-sajf tal-2016 kitbet il-biċċa l-kbira tal-istejjer li nsibu fil-ġabra Mill-Bieb 'il Ġewwa – din id-darba mill-ġdid għall-adulti – bit-tama li anke dawn jaslu f 'idejn il-qarrejja adulti. Iżda x-xitan ma ħamilx: ebda pubblikatur, oħroġ il-għaġeb, ma ried jippubblika dan ix-xogħol. Tassew nixtieq inkun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021