Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 akbar mir-riskji' - Il-virologu jwieġeb il-mistoqsiijet Hawn ħafna fake news. Hawn ħafna nies jgħidu tagħhom! X'inhu l-appell tiegħek lil dawn in-nies? It-testijiet li saru dwar il-vaċċin studjaw l-effetti li dan seta' kellu fuq il-parteċipanti fuq perjodu qasir ta' żmien. U jekk jgħaddu x-xhur jew is-snin u jibdew ħerġin effetti negattivi tal-vaċċin? Dan jista' jseħħ? Kif għedna qabel. Dan il-mekkaniżmu ta' messenger RNA (mRNA), li huwa l-prinċipju ta' kif qed jaħdmu dawn il-vaċċini, diġà qed jintuża fil-każ tal-kanċer. Din hija l-ewwel darba li qed jintuża fuq mard infettiv imma l-prinċipju huwa l-istess. Jekk tieħu l-kumpaniji bħal Pfizer u AstraZeneca dawn huma kumpaniji li taw ħafna tilqim. X'aktarx li t-tilqim tagħhom diġà ħadnih. Kieku kellhom joħorġu xi effetti sekondarji fit-tul, kieku diġà ħarġu. Sa issa x'nafu fuq l-immunità li jipproduċi l-vaċċin? Kemm iddum din l-immunità? Il-vaċċin se nibdew neħduh kull sena, kull sitt xhur, kull sentejn? Hemm bżonn nerġgħu niħduh? Għandna idea? Din ma nistax inweġibha għax il-kumpaniji għadhom għaddejin bl-istudji dwar kemm iddum il- protezzjoni fuq persuna meta titlaqqam. Hemm min qed jgħidlek li din tant tistimola l-immunità tagħna li se żżommna protetti għal sentejn u hemm min qed jgħidlek li tista' titlef l-effett tagħha wara sena. Nerġa' nieħu l-eżempju tal-Epitate B. Aħna li naħdmu fis-settur tas-saħħa, kull ħames snin nerġgħu niċċekjaw id-demm, biex naraw jekk l-antibodies tal-Epitate B bdewx neżlin, biex filkas nieħdu booster. F'dan il-każ ma nistax nagħtik risposta għax għadu kmieni wisq. Sintendi, 'il quddiem se jkollna risposta għal din ukoll. Għad hawn ħafna mistoqsijiet dwar persuni li jbatu minn allerġiji jew inkella mard serju. Min għandu jieħu parir mingħand it-tabib tiegħu qabel jieħu l-vaċċin? Min aħjar għalissa ma jiħdux? Dejjem importanti li tkellem it-tabib tal-familja. Jekk hemm persuni li jbatu minn xi kundizzjonijet jew mard serju għandom ikellmu lill-ispeċjalista tagħhom. Qed ngħidu li ma għandhomx jieħdu t-tilqima lil dawk li kellhom allerġiji serji, speċjalment għat-tilqim u żviluppaw anafilassi, jiġifieri ntefħilhom il-wiċċ, għonqhom, ilsienhom u saħansitra ħassewhom jaqtgħu nifishom. It-testijiet saru fuq persuni li għandhom minn 16 jew 18-il sena 'l fuq (skont il-kumpanija) u għalhekk mhux tingħata lill-persuni iżgħar. Ma sarux lanqas testijiet fuq nisa tqal u li qed ireddgħu. Għalhekk dawn mhux qed jingħataw it-tilqima. Dawk li jkunu ma jifilħux sew dak il-ħin jew ikollhom xi deni qawwi, allura qed jintalbu jipposponu t-tilqima għal ġurnata oħra. Lil min ibati minn allerġija ħafifa ħafna, aħna se n a g ħ t u h o m il-vaċċin imma se nżommuh għall-osservazzjoni ta' nofsiegħa, biex jekk ikun hemm bżonn tingħata injezzjoni oħra. Hemm vaċċini differenti. Jista' jkun li mhux kulħadd se jkun qed jieħu vaċċin tal-istess ditta. Iżda hemm xi vaċċin aħjar minn ieħor? Se jkun hemm min hu protett aktar minn ħaddieħor? Fejn tidħol l-effettività, bejn wieħed u ieħor, kollha jinsabu fl-istess ilma. Jista' jkun hemm xi affarijiet fit-tilqima ta' kumpanija li inti tkun allerġiku għalihom u għalhekk tkun allerġiku għal tilqima u mhux għal oħra. Ma hemmx għaliex nieħdu t-tilqima tal-Covid-19. Nistgħu nieħdu t-tilqima tal-Epatite B. Hawn min meta tlaqqmu b'vaċċin ta' ċertu ditta jirreaġixxi għaliha b'mod differenti minn ħaddieħor. F'dak il-każ, naqbdu tilqima ta' kumpanija oħra u nagħtuha lilhom. Għalhekk, il-fatt li hawn kumpaniji differenti u tilqim ta' kumpaniji differenti hija xi ħaġa pożittiva. Letteratura hawn ħafna imma persuna għandha dejjem tidħol f 'siti tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal- Mard jew inkella tal- awtoritajiet tas-saħħa Maltin. Jiena wieħed minn dawk li nemmen ħafna fit-tilqim għaliex naf li ħafna mill-mard li kien joqtol it-trabi fl- antik, li llum lanqas għandna noħolmu bihom, inqered propju minħabba t-tilqim. Ma hemmx għaliex nibżgħu mit-tilqim. Il-benefiċċji tat-tilqim huma ħafna u mijiet ta' drabi akbar mir-riskji. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu t-tilqima biex din il-pandemija nibdew neħilsu minnha. Il-virologu Chris Barbara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021