Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
27 films illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Carmel Bonnici Films tal-biża' dwar iż-zombies (1) Minbarra l-vampiri, l-mostri, l-ispirti, x-xjaten, aspett ieħor tal- films tal-biża' u t-twerwir huma ż-zombies. Barra dan l-isem li popolarment jingħatalhom, fil- films jessemmew ukoll bħala "the living dead" (il-mejtin ħajjin) jew "the walking dead". Fid-dizzjunarju nsibu li l-kelma "zombie" tfisser katavru li jkun irxuxtat permezz tal-maġija. Fil-folklor rurali tal-gżira ta' Haiti ż-zombies huma popolari ħafna. Dawn huma persuni mejtin, fiżikament imqajmin bis-saħħa tan-nekromanzija, jew tip ta' maġija billi wieħed jikkomunika mal-mejtin. F'dan il-post il- prattika tal-voodoo jew twemmin f 'reliġjon tas-sħarijiet hu komuni sewwa. Dan it-twemmin fiż- zombies għandu l-għeruq tiegħu fit-tradizzjonijiet miġjuba f 'Haiti minn ilsiera Afrikani u l-esperjenzi tagħhom ta' wara fid- Dinja l-Ġdida (l-Amerika). Kienu jaħsbu li l-alla tal- voodoo, Baron Samedi, se jiġborhom mill-qabar tagħhom u jġibhom fil-ħajja tal-ġenna fl- Afrika, speċjalment fil-Guinea, sakemm huma ma joffenduhx b'xi mezz. Fil-każ li iva kienu jibqgħu lsiera anki wara mewthom bħala zombies. Wieħed zombie, kienu jaħsbu, li jista' jsalva billi jitimgħuh il-melħ. Numru ta' skulari ħarġu bit- teorija li s-sinjifikat tal-figura taż- zombie hija metafora għall-istorja tal-iskjavitu' f 'Haiti. Waqt li ħafna mill-iskulari assoċjaw iż-zombie ta' Haiti ma' kulturi Afrikani, ġiet suġġerita wkoll konnessjoni mal-indinġeni ta' din il-gżira, l-poplu Taino, ibbażat parzjalment fuq rakkonti ta' sħaħar (witch doctors) u l-prattiċi tagħhom kif miktubin mill-Fra Ramon Pane', sieħeb Kristofru Colombo. Il-fenominu taż- zombie ta' Haiti l-aktar li attira attrazzjoni mxerrda kien meta l-Istati Uniti mill- 1913 sal-1934 kienet tokkupa dan il-post, meta numru mdaqqas ta' każi ta' zombies bdew ifeġġu. L-ewwel ktieb popolari li ffoka fuq dan is-suġġett kien dak ta' William Seabrook, e Magic Island (1929). Dan l-awtur ikkwota artiklu mumru 246 tal- kodiċi kriminali ta' Haiti li għadda liġi fl-1864 li tiddikjara li ż-zombies huma uffiċjalment magħrufa. Din il-ħaġa, it wara, ġiet użata f 'materjal ta' reklam għall-film tal-1932 White Zombie. Dan l-artiklu, fil-qosor, kien jgħid li kull min juża xi sustanza li tnissel raqda profonda jew li tipproduċi stat ta' apatija jew hedla u din il- persuna tkun midfuna, dan hu att ikkunsidrat bħala qtil. Fl-1937, waqt li kienet tagħmel riċerka fuq il-folklor tal-gżira ta' Haiti, Nora Neale Hurston, iltaqgħet ma' każ ta' mara li dehret ġo villaġġ. Waħda familja sostniet li din kienet Felicia Faux-Mentor, qariba li mietet u ġiet midfuna fl- 1907 ta' 29 sena. Din il-mara ġiet eżaminata minn tabib u fir-raġġi X (X-rays) indikaw li ma kellhiex ksur f 'saqajha li kienu jafu fiż-żgur li Faux-Mentor kellha qabel mietet. Hurston fittxet diċeriji li persuni affettwati ġew mogħtija xi droga qawwija, imma ma setgħetx issib xi persuni lesti li jagħtu xi nformazzjoni jew li jikkomfermaw dan. Hi kitbet hekk: "X'inhu aktar, jekk ix-xjenza tidħol fil-profond tal-prattiċi voodoo ta' Haiti u l-Afrika, forsi jista' jinstabu xi sigrieti mediċi mportanti li x-xjenza medika ma tafx bihom u li jtuha l-qawwa minflok ġesti ta' ċerimonji". F'Louisiana, l-Istati Uniti l-voodoo hu wkoll popolari f 'xi distretti. Xhieda ta' dan tidher fil-film ta' James Bond tal-1973 bl-attur Roger Moore, Live And Let Die. Xi ħaġa simili nkorporata mal- mejtin/ħajjin insibuha wkoll f 'xi gżejjer tal-Karibew u fil-French West Indies. Fl-Afrika tas-Sud jemmnu f 'xi reġjuni li s-sħaħar nisa jistgħu jippnotizzaw xi persuna billi joqtluha u jippossessaw il-ġisem tal-vittma billi jisfurzawh jagħmel xogħol ta' lsir. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)