Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
17 letteratura illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu mal-awtriċi żagħżugħa Josianne Block rigward l-ewwel rumanz tagħha 360°. Qabelxejn jistaqsiha dwar l-esperjenza tagħha fi Brussell, b'mod partikulari dwar dik tal-kultura tal-qari li sabet f'din il-belt Ewropea. Id-diskors idur fuq l-użanza, ormaj kważi mitlufa, tal-kitba tal-ittri u fuq kif din waqgħet taħt il-madmad tat-teknoloġiji komunikattivi l-ġodda. Saliba jistaqsi wkoll lil Block dwar sa liem punt il-persuni li tiltaqa' magħhom – u iżjed minn hekk hija nfisha stess – jinsabu fil-paġni tar-rumanz tagħha. Itemm id-djalogu billi jpoġġi f'dubju l-implikazzjonijiet interpersonali tat-titlu tar-rumanz, l-iżjed bil-mistoqsija dwar jekk qattx nistgħu tassew ngħidu li nafu persuna oħra minn fuq s'isfel – 360 grad. ngħid illi bilfors tikteb fuqhom b'mod konxju iżda – trid jew ma tridx – mill-inkonxju tiegħek partijiet minnhom isibu ruħhom f 'xi karattri jew f 'xi sitwazzjoni li toħloq. Naf ħafna nies, fosthom studenti sintendi, illi ġieli jistaqsu jekk jinsabux fil-karattri tal-kotba miktuba mill-awturi li jafuhom b'mod personali, l-għalliema pirkażu. Forsi bħali, ġieli ġew nies jistaqsuk tikteb l-istorja ta' ħajjithom. Oħrajn jagħtuk x'tiem illi joħolmu li ġà ktibtha. Iżda mbagħad issib ukoll nies illi dal-ħsieb idarrashom. Qatt għaddhielek minn moħħok illi xi nies – l-iżjed l-istudenti adoloxxenti tiegħek qabelxejn – jistgħu jaħsbu dawn il-ħwejjeġ huma u jaqraw 360º? Tiskomodak xejn dil-ħaġa? Mill-bidu kont naf illi dan il-ktieb kont se niktbu għall- adoloxxenti. Għaldaqstant kont naf ukoll illi – irrid jew ma rridx – l-istejjer tal-istudenti tiegħi kienu se jispiraw kulma hemm fil- ktieb. M'iniex qed ngħid illi ktibt u rrakkontajt kulma smajt kelma b'kelma – lanqas xejn. Bosta drabi kemm sempliċiment ħadt spunt minn dak illi kont niltaqa' miegħu kuljum biex imbagħad inkompli niżviluppa idea li ssarraf f 'xi ħaġa kompletament differenti. Eżempju: ma kontx ċerta għandix ninkludi l-esperimentazzjoni bid-drogi fil-ktieb. Imma ċertu avveniment partikulari fl-iskola fejn kont ngħallem bħal staqsieni: għala tibża' li t-tema tad-droga serja wisq għal ktieb tal-adolexxenti, meta filfatt taf bi studenti ta' tlettax jew erbatax li bdew ipejpu l-ħaxixa? Iżda hemm anke mumenti fil-ktieb fejn it- tfakkira f 'xi persuni għal qalbi hija iktar ċara u espliċita. Għaldaqstant naf li hemm min ħa jaqra l-ktieb u jinduna li qed nitkellem dwaru. Ma tiskomodanix dil-ħaġa għax kienet għażla li għamilt għax tassew ridt. Kif għedt int, meta kont żgħira kont nikteb stejjer qosra dwar sħabi tal-klassi, imbagħad meta kbirt waħda mill-ħolmiet tiegħi kienet li xi darba nispiċċa f 'xi ktieb. Għidli wisq romantika jekk trid, iżda naħseb li hija xi ħaġa sabiħa ħafna li xi ħadd jinkludik f 'kitbietu: sinjal li b'xi mod jew ieħor tkun għamiltlu xi differenza. Ta' min jgħid ukoll hawnhekk illi waħda mill-prioritajiet tiegħi jien u nikteb il-ktieb kienet li noħloq kitba li l-adolexxenti jistgħu jirrelataw magħha, biex iħossuhom inqas waħedhom. Wara kollox l-isfidi li dawn jgħaddu minnhom diġà għadda minnhom ħaddieħor – fosthom il-karattri ta' 360°. Ħsieb ieħor illi għaddhieli, jien u naqra r-rumanz 360º, huwa li aktarx hemm ħafna minnek f 'dan il-ktieb. Dan stqarrejtu inti stess, għall-inqas sa ċertu punt, matul l-intervista ma' Deguara. Għedt illi peress illi dan kien l-ewwel ktieb tiegħek sibtha iebsa li żżomm lilek innifsek 'l barra minnu. Forsi għalhekk imbagħad, f 'intervista dwar ir-rumanz illi tajt m'ilux matul l-aħħar edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, għedt illi qgħadt ukoll lura ħafna milli tiġġudika l-ħsus, il-ħsibijiet u l-imġiba tal-karattri. Minn banda dan jorbot ma' dak illi konna qegħdin ngħidu: did- darba però minflok l-oħrajn il- materja prima issa tkun aħna nfusna. Safrattant, l-esponenti tal-moviment formalista New Criticism kienu (u għadhom) jisħqu li t-test u l-kittieb huma żewġ fenomeni distinti għalkollox u li, għaldaqstant, l-intenzjoni tal-awturi ma tgħodd xejn li xejn – kull min jaħseb mod ieħor ikun qed jagħmel fallaċja. 'Qas biss għandu jinħaseb illi t-test jappartieni lill-awtur, jgħidu. Il- kritiku letterarju Franċiż Roland Barthes kien ressaq teorija pjuttost simili f 'saġġ tiegħu msemmi, appuntu, La mort de l'auteur (Il- Mewt tal-Awtur, 1967). Barthes jasal jissuġġerixxi wkoll illi fis- sew it-testi jinkitbu mill-ilsna mħaddma iżjed milli mill-kittieba nfushom. Sintendi mhux kulħadd jaqbel ma' dawn il-perspettivi. Forsi lanqas int, għax matul l-intervista msemmija bħal qisek għedt ukoll illi qgħadt attenta sabiex – dejjem kemm jista' jkun – ma tħallix ħafna minnek ifur għal ġol-kitba tar-rumanz 360º. Mel'allura ma tarax lilek innifsek mejta fit-test tiegħek. Għaliex qgħadt attenta biex ma tinkixifx? Issibha imbarazzanti? Taħseb illi rnexxielek? Temmen illi tassew possibbli niktbu mija fil-mija lil hinn minn nfusna? Din l-idea li l-awtur huwa mejjet kif ukoll il-funzjoni tal-awtur fir- rumanz, ħolqu dibattitu kbir fix- xena letterarja. Biss biss apparti Barthes, tkellmu dwar l-istess kunċett anke kritiċi letterarji kbar oħrajn bħal Foucault u Derrida. Ikolli nammetti li għalkemm naħseb li s-saħħa tal-preżenza tal- kittieb għandha titħalla f 'idejn il- kittieb innifsu, għalija hija impriża kważi impossibbli li l-awtur jiġi eliminat kompletament. Forsi qed ngħid hekk għax dan huwa l-ewwel ktieb tiegħi u, iva, veru, sibtha diffiċli ħafna niddistakka ruħi għalkollox minn dak li kont qed nikteb. Mhux għax naraha xi ħaġa imbarazzanti li nkun preżenti fil-ktieb, iżda għax dan mhux ktieb fuq ħajti. Kieku ridt nikteb dwar hekk, kont nagħmilha b'mod iktar espliċitu. Barra minn hekk, nagħmel distinzjoni kbira bejn il-ħajja personali tiegħi u dak li jiġi trażmess lill-pubbliku. Iżda mbagħad – kif diġà għedt m'ilux f 'intervisti oħrajn – din għalija kienet sfida kbira u għalkemm ippruvajt noqgħod lura xorta hemm ħafna minni fil-ktieb. Ta' min jgħid li din mhix bilfors xi ħaġa ħażina. Anzi, għal xi wħud din jaf tkun għażla konxja, bħall-ewwel kapitlu ta' Slaughterhouse-Five ta' Kurt Vonnegut. Ir-rumanz tiegħek jagħti x'jiem – anzi bħal donnu jiċċelebra l-ħolma – li tnejn min- nies jistgħu jkunu jafu lil xulxin u kollox fuq xulxin daqs il-but, 360 grad. "Sirt tafni, Claire. Sirt tafni sew. 360°", kiteb Jon lil Claire. Forsi għax jien xħajt xi kemxejn, iżda ngħid għalija xettiku ħafna minn dil-ipoteżi. Ma nimmaġinanix indaħħal ħsibijiet bħal dawn f 'moħħ l-adoloxxenti. Anzi, pjuttost sirt nemmen illi jekk xejn l-awturi għandhom jisfidaw dawn l-eċċessi romantiċi, anke fost iż- żgħażagħ. Waħda mir-raġunijiet għaliex ta' xi sittax sbatax-il sena kienet laqtitni ħafna l-letteratura ta' Immanuel Mifsud – kittieb li jispirak ħafna – kienet proprju li kellu proża li minn daqqiet tpoġġi f 'dubju dawn l-aspettattivi utopiċi. L-intellettwali pubbliku kontemporanju Alain de Botton tkellem ħafna dwar dal-ġenniji. Saħansitra wasal jikkundanna r-rappreżentazzjonijiet letterarji tal-imħabba romantika li nsibu fil-poeżija ta' xi John Keats u f 'rumanzi bħal Madame Bovary (1856) ta' Gustave Flaubert. Mill- ġdid, bħal fil-każ tat-taħdita ta' Cave, dak illi jingħad hawnhekk dwar l-imħabba jista' jingħad għal kull xorta ta' rapport uman ieħor: mhix ħaġa li aħna – illi 'qas biss nistgħu nkunu nafu lilna nfusna – inwebblu lill- qarrejja tagħna b'dil-idea li tassew nistgħu nsiru nafu 'l ħaddieħor, sa 360 grad. Kapaċi jsegwi minn hawn illi letteratura bħal din għandha ħabta tqarraq: minkejja l-innoċenza, xorta donnu qegħdin bħal nifflertjaw mad-diżastri interpersonali tal-pornografija. Mill-ġdid, mhux bilfors l-awturi qarrieqa, iżda l-kitba. Ara: jien f 'dar-rigward xettiku ħafna. Imm'inti: komda tmexxi diċ-ċerta idea fost l-adoloxxenti? It-360 grad hija sempliċement metafora idjomatika jew twemmin personali tiegħek? 360 grad bis- sod jew biss għall-mod tal-kelma? Naqbel miegħek illi qatt ma nistgħu nsiru nafu persuna kompletament għax lanqas biss naslu nafu lilna nfusna – aħseb u ara. Wara kollox, jien l-ewwel waħda nemmen illi spiss nuru biċċiet differenti tagħna nfusna, dejjem skont in-nies illi nkunu qegħdin nagħmluha magħhom. Il-ħassieba Judith Butler tgħidilna li l-oskurità – il-fatt illi qatt ma nistgħu nsiru nafu lilna nfusna għalkollox – hija parti integrali mill-identità tagħna. Fi kliem ieħor, irridu naċċettawha. Iżda nemmen ukoll li tista' ssir taf persuna sew ħafna. Ma nara xejn ħażin f 'li żewġ min-nies tant iħossuhom qrib illi jħossuhom jafu kważi kollox dwar xulxin. Forsi din hija nozzjoni xi it idealista, iżda x'fiha ħażin illi tkun idealist ta' ħmistax-il sena u temmen li tista' ssir taf persuna minn fuq s'isfel? Wara kollox, l-idealiżmu jagħtina raġġ ta' tama f 'ħajjitna. Minkejja dan, sirt tafni 360° hija wkoll metafora idjomatika. Jon, il-protagonist, ried ifisser illi lil Claire taha ħafna minnu nnifsu – wisq iktar milli ta lil ħaddieħor. Għaldaqstant ħass illi permezz tal- ittri tiegħu l-protagonista Maltija saret tafu sewwa. Loranne Vella 360° (Klabb Kotba Maltin)