Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

D in il-ġimgħa kienet waħda speċ- jali għall-Partit Laburista u anke għall-pajjiż għaliex ħabat għeluq is-sena mill-ħatra ta' Dr Robert Abela bħala Prim Ministru. Kienet sena mimlija tlajja, xejn ma kien faċli u kienet sena fejn il-Gvern ġie affaċċjat b'uħud mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli. Huwa veru li Dr Abela wiret pajjiż b'ekonomija b'saħħitha, u mnalla kien hekk għax kieku bħala pajjiż konna nsibu rwieħna f 'sitwazzjoni katastrofika u żgur li ma konniex inkunu kapaċi nkampaw, pero' li jkollok finanzi u ekonomija b'saħħithom ma kienx ser ikun biżżejjed f 'perjodu daqstant turbulanti. Inħares lura lejn din is-sena u nara l-ammont kbir ta' deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Prim Ministru u nimtela b'kuraġġ għaliex naf li pajjiżna għandu min jagħtih direzzjoni. Waħda mill-aktar karatteristiċi importanti, u pjuttost rari, li tiddefinixxi mexxej b'saħħtu hija l-kapaċita' li jieħu d-deċiżjonijiet u joħodhom f 'waqthom, u din xi ħaġa li tiddistingwi b'saħħa lill-Prim Ministru meta wieħed jagħmel paragun dirett ma' Dr Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni li wara mitt jum għadu ma rnexxilux jifforma shadow cabinet ġdid u li minn qabel biss telaq jimxi, kien diġa' ħalla lill-klikka tas- soltu tikkontrollah u tikkundizzjonalu xogħolu. Lanqas id-dritt li jmexxi mill- Oppożizzjoni ma ħallewlu, aħseb u ara kemm ser ikun kapaċi jmexxi pajjiż jekk xi darba l-poplu jagħżel li jagħtih il- fiduċja. Kaptan juri kemm hu tajjeb mhux meta l-bastiment ikun qed isalpa fil-bnazzi, imma meta jiġi ffaċċjat bil-maltemp, u l-Prim Ministru mill-ewwel ġurnata sab il-maltemp ma wiċċu u rnexxielu jkun reżiljenti, mexxa l-Gvern b'għaqal u ta lill-pajjiż tmexxija konkreta f 'din is-sitwazzjoni tant imwegħra li ġabet magħha l-pandemija. Kif jgħidu l-Ingliżi, il-Prim Ministru kellu baptism of fire, imma ma ddiżappuntax. L-ebda kap ta' Stat ma kellu manwal dwar kif għandu jimxi u jieħu d-deċiżjonijiet f 'dawn iċ- ċirkostanzi, u kull pajjiż mexa bil-mod li dehrlu li kien l-aħjar għalih – hemm pajjiżi li rnexxielhom itaffu l-impatt u jimxu 'l quddiem bl-inqas ħsara possibbli, u hemm oħrajn li għamlu għadd ta' deċiżjonijiet ħżiena li ġabu lill-pajjiż għarkubtejh. Fortunatament pajjiżna huwa mal-ewwel kategorija, u filwaqt li xorta baqa' ħafna xi jsir biex nirbħu din l-isfida, kull jum qed nersqu aktar viċin. Ma ninsewx ukoll l-għadd kbir ta' miżuri li ħa dan il-Gvern taħt Dr Abela biex iwettaq ir-riforma olistika għat- tisħiħ tas-saltna tad-dritt, riforma li qed tiġi mfaħħra u użata bħala xempju ta' kif għandhom isiru r-riformi f 'pajjiż modern tal-Unjoni Ewropea. Din il-ġimgħa ħabat ukoll is-sebgħin sena anniversarju mit-twaqqif tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, fergħa li sawwret u għenet fil-formazzjoni ta' tant żgħażagħ li xtaqu jagħtu kontribut u jidħlu fil-ħajja politika. Jien wieħed minnhom u bħali hemm bosta oħrajn li llum anke jifformaw parti mill-Kabinett attwali. Għal ħafna snin din il-fergħa kienet it-tieni familja tiegħi, għenitni nikber u tatni l-bażi tiegħi fil-ħajja politika, li wasslitni fejn qiegħed illum. Nibqa' grat għal għomri, għax-xogħol kbir li għamlu ta' qabilna u anke dak li qed jagħmlu ż-żgħażagħ illum, biex iżommu lil din il-fergħa daqstant importanti ħajja u b'saħħitha matul iż-żmien – importani mhux biss għall- Partit Laburista, iżda wkoll għall-pajjiż. Forsi jkun hemm ħafna li jaħsbu li ż-żgħażagħ tal-lum huma moħħhom imtajjar u ma tinteressahomx il-politika. Hawn ħafna li jgħidulek li l-istil tal- politika f 'Malta mhux attrajenti u li dan jaqta' qalb iż-żgħażagħ li jkunu jixtiequ jipparteċipaw. Imma l-FŻL dejjem tkun minn ta' quddiem biex twassal leħen iż-żgħażagħ u tinkoraġġixxi aktar parteċipazzjoni attiva li jwassal għal proċess demokratiku aktar wiesgħa u kkulurit, ħafna drabi anke b'diskussjonijiet ġodda li kultanti jitqiesu bħala taboo. Dan huwa importanti ferm biex is- soċjeta' tkompli timmatura politikament. F'laqgħat frekwenti li jkolli kemm mal-FŻL u kif ukoll ma' għaqdiet oħra taż-żgħażagħ, inkluż dawk fil-kamp studentesk, dejjem inħeġġiġhom biex jibqgħu ikunu minn ta' quddiem biex jitkellmu fuq ir-realtajiet u joħolqu sfidi u miri ġodda għall-Gvern tal-ġurnata. Iż-żgħażagħ dejjem għandhom ikunu l-ixprun tas-soċjeta' u tal-politika u għalhekk inħares 'il quddiem, issa anke permezz tad-dritt għall-vot li ngħata liż-żgħażagħ ta' bejn is-sittax u tmintax -il sena, biex nara aktar parteċipazzjoni attiva b'saħħitha u ngawdu l-frott ta' aktar ideat innovattivi għall-futur ta' pajjiżna. Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Deċiżjonijiet u snin ta' attiviżmu politiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021