Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Dawk viċin l-akbar H'Attard/Rabat l-aktar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sensiela ta' sondaġġi xjentifiċi fil-forma ta' 'tracker' tal-gazzetta ILLUM - u li jħares lejn il- perċezzjoni u tħassib dwar it- traffiku fl-aħħar sentejn u tliet xhur - juri illi t-tħassib fuq it- traffiku bħalissa jinsab fl-aktar livelli baxxi, sa minn Ottubru 2017. Juri wkoll illi fil-bidu ta' din is-sena, għall-ewwel darba fl- aħħar sentejn, il-poplu għandu perċezzjoni aktar pożittiva milli negattiva dwar is-sitwazzjoni tat- traffiku f 'pajjiżna. Fil-fatt skont l-ewwel sondaġġ ta' din is-sena kienu biss 13.8% li esprimew perċezzjoni u tħassib negattiv dwar it-traffiku f 'Malta. L-ogħla livell ta' skuntentizza u inwkiet dwar it-traffiku mmarkat minn dawn is-sejre ta' sondaġġi kien irreġistrat bejn Ġunju u Awwissu tas-sena 2018, b'55.2%. L-istess sondaġġ juri illi 21.4% bħalissa għandhom perċezzjoni pożittiva dwar it-traffiku filwaqt li l-maġġoranza l-kbira, jew 64.6%, qalu li la huma pożittivi pero' lanqas negattivi dwar dan is- suġġett. Ħarsa lejn il-perjodu Ottubru 2017 sa Jannar 2021 turi illi l-inqas rata ta' pożittività fost il-poplu dwar it-traffiku kien lejn il-bidu tal-2019 b'3.6% biss u l-ogħla kienet f 'Novembru 2018 b'23.8%. Għall-ewwel darba minn Ottubru tal-2017, skont dawn is-sondaġġi kkummissjonati minn Infrastructre Malta, dawk li għandhom sentiment iktar pożittiv dwar it-traffiku qabżu lil dawk li għandhom sentiment negattiv b'7.6%. L-Għawdxin l-aktar negattivi u tal-Punent (Rabat, Dingli etc ...) l-aktar pożittivi dwar it-traffiku Dan l-aħħar sondaġġ juri illi l-aktar negattivi dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f 'Jannar kienu l-Għawdxin b'36.3% jesprimu sentiment kritiku. Minkejja li huwa l-ogħla, dan xorta huwa tnaqqis mis-sentiment negattiv f 'Għawdex f 'Novembru 2020 meta dan kien ilaħħaq is-47.6%. Ftit iktar minn nofs l-Għawdxin jew 52% esprimew sentiment newtrali dwar is-sitwazzjoni tat- traffiku, filwaqt li kienu 11.5% biss li esprimew sentiment pożittiv. Dan jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi: Minn toroq fi stat inferjuri kif ukoll influss ta' Maltin bil- karozzi matul l-aħħar xhur, fin- nuqqas ta' possibilitajiet għal safar minħabba l-pandemija. Minn naħa l-oħra l-aktar pożittivi dwar it-traffiku kienu dawk mill-punent tal-pajjiż, li jinkludi r-Rabat, Ħad Dingli u Ħ'Attard, minn fejn fl-aħħar xhur beda jieħu s-sura tiegħu u jintuża l-proġett tas-Central Link. Dan huwa proġett maġġuri li jestendi mill-Bypass tal-Imrieħel u jkompli għaddej għal Mdina Rd sat-telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat. Infrastructure Malta tgħid li dan il-proġett se jnaqqas il-ħinijiet tal- ivvjaġġar billi jibni 13-il junction, jitneħħew erba' sistemi ta' dwal tat- traffiku u jinbnew seba' kilometri ta' karreġġjati ġodda. Il-proġett iżda qajjem l-oppożizzjoni u r-rabja ta' bosta ambjentalisti u għaqdiet mhux governattivi hekk kif fisser teħid ta' ammont sostanzjali ta' art agrikola kif ukoll il-qtugħ u/jew rilokazzjoni ta' siġar, wħud minnhom maturi. Diversi residenti minn Ħ'Attard ilmentaw ukoll hekk kif id-dar tagħhom issa ġiet tħares lejn triq ewlenija. Hawnhekk kienu 8.4% biss li esprimew sentiment negattiv li huwa tnaqqis mis-16% f 'Novembru tal-2020, filwaqt li 29.3% esprimew sentiment pożittiv dwar it-traffiku f 'Malta li huwa żieda mit-12.3% f 'Novembru 2020. Maġġoranza ta' 62.4% esprimew sentiment aktar newtrali, mill-ġdid tnaqqis mill-71.6% irreġistrati f 'Novembru 2020. L-inqas negattivi kienu dawk It-traffiku huwa wġigħ ta' ras u ħadd ma jieħu pjaċir ikun mweħħel wara serbut karozzi. Imma sondaġġ xjentifiku juri illi fl-ewwel jiem tas- sena 2021 it-tħassib u inwkiet fuq it- traffiku naqas...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021