Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 Il-Bord il-ġdid tal-Liċenzjar tal-Propjetà Immobbli twaqqaf biex jirregola operaturi fis-suq tal-propjetà f'Malta. Sensara u aġen tal-propjetà Immobbli, maniġers tal-fergħat u konsulen tal-propjetà għandu jkollhom liċenzja sal-31 ta' Diċembru 2021 biex ikomplu joperaw fl-industrija. Kull min hu nteressat u għadu mhux eliġibbli għal-liċenzja għandu jisso ome Dikjarazzjoni ta' Interess sal-31 ta' Marzu 2021. Għal aktar informazzjoni u biex sso ome l-formoli meħ eġa żur: environment.gov.mt. Sirjan ta' 17-il sena jaqa' minn sellum u jispiċċa l-isptar Sitt għaqdiet jikkontestaw deċiżjoni dwar il-Miżieb Ġuvni Sirjan ta' 17–il sena, kien qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa' f 'sit ta' kostruzzjoni fl-akwati ta' Ħal Farruġ. L-inċident seħħ ilbieraħ għall- ħabta tad-9:00 a.m, Il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba li kien weġġa' ħaddiem. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-ġuvnisofra xi ġrieħi għax waqa' minn sellum. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittmal- Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. Numru ta' għaqdiet ambjentali u individwi li qegħdin jikkontest-aw il-ehim dwar l-Aħrax u l-Miżieb li ġie iffirmat bejn l-Awtorita' tal-Artijiet u l-FKNK, ħabbru li ser jappellaw sentenza tat-Tribunal tar- Reviżjoni Amministrattiva li ddeċieda li ma jistax jisma' dan il-każ. It-Tribunal qal li l-partijiet li qegħdin jikkontestaw il- ehim ma jikkwalifikawx bħala 'persuni aggravati' taħt il-liġi, għaliex dawn ma ġewx 'notifikati bid-deċiżjoni' tal-Awtorita' tal-Artijiet dwar il-ehim. Għaldaqstant it-Tribunal iddeċieda li dan ma kienx il-forum it-tajjeb fejn għandu jinstema dan il-każ. L-Għaqdiet Ambjentali fi stqarrija qalu li huma inkwetati li dan ifisser li l-ebda' persuna terza ma tista' tikkontesta ehim bejn tal-Awtorita' tal-Artijiet u xi ħadd ieħor quddiem it-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva. L-għaqdiet li se jkunu qed jappellaw huma: e Ramblers' Asso-ciation of Malta, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, Din l-Art Helwa and Birdlife Malta. Il-ftehm mal-FKNK għall-art tal- Miżieb Il-ftehm mal-FKNK għall-art tal-Miżieb