Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth Ħalliena Bartolomeo Sorge F tit ġimgħat ilu miet il-Ġiżwita Bartolomeo Sorge, "ġgant tal-kul- tura Taljana u pijunier kbir tal-Kattoliċi demokratiċi u wieħed li ta sehem kbir għat-tiġ- did kuraġġjuż tal-Knisja Taljana." Hekk sejjaħlu Pier Luigi Castagnetti, l-aħħar segretarju tal-Partit Popolari Taljan. Ma qabilx ma' Ruini Sorge kien wieħed mill-imħuħ l-iżjed akuti tal-Kattoliċiżmu Demokratiku. Barra milli kien Teologu, Sorge għamel żmien twil direttur tal-iskola politika ta' Palermo, Sqallija. Baqa' sa l-aħħar jippubblika l-argumenti tiegħu u jagħti l-appoġġ tiegħu lill-moviment magħruf bħala Sardine. Lil dawn kien ixebbaħhom mal-forza tal-ewwel Insara. Iżjed minn darba kien jisħaq fuq l-iżbalji ta' dik il-parti tal- Knisja Taljana li resqet viċin lejn il-Partit tal-Lega sa wasal biex jgħid ċar u tond wara l-aħħar intervisti tal-Kardinal Ruini, president tal-Konferenża Episkopali Taljana: "Ruini żbalja meta ta l-appoġġ lil Salvini, il- mexxej tal-Lega." Il-qasam soċjali Sorge ssieħeb mal-Giżwiti fl-1946 u kien ordnat saċerdot fl-1958 u ssokta l-formazzjoni tiegħu f 'Milan, fi Spanja u wara f 'Ruma. Beda l-appostolat soċjali tiegħu jikteb fir-rivista semi-uffiċjali tal-Knisja, 'La Civilta' fl-1973 meta sar responsabbli taċ-Ċentru San Fedele sas-sena 2004, meta sar editur tar-rivista Giżwita 'Popoli' u 'Aggornamenti Sociali' - jiena kont għal ħafna snin abbonat fiha - fejn baqa' sas-sena 2019 meta sar editur emeritus. Miet fid-Dar Gallarate, l-istess Dar fejn mar jirtira l-Kardinal Carlo Maria Martini. Sehem qawwi fil-Konċilju Barolomeo Sorge twieled f 'Rio Marina, fil-gżira T'Elba minn ġenituri ġejjin mill-belt ta' Katanja, Sqallija, fejn iċċelebra l-91 ta' għeluq sninu. Baqa' jħobb il-gżira ta' twelidu, avolja wara kiber fil-provinċja Veneta. Mill-1985 sal-1997 ta l-appoġġ tiegħu lir-Rebbiegħa ta' Palermo bla ma sar parti mill-moviment ta' Leoluca Orlando, sindku tal-belt ta' Palermo. Ta sehem qawwi lill- Konċilju Vatikan it-Tieni fejn sar kolloboratur tal-Papa. Octogesima Adveniens Pawlu Vl li miegħu ssieħeb fil-ħarġa tal-ittra Apostolika Ottogesima, l-ittra appostolika tal-1971 li biha l-Papa Montini tkellem fit-tul dwar l-impenn tal- Knisja fil-qasam politiku, soċjali u ekonomiku li biha l-Knisja saret leħen kritiku kontra l-ideat rappreżenti mill-movimenti Kattoliċi iżjed konservattivi. Il-Papa Pawlu Vl kien wissa kontra l-integraliżmu meta uża l-espressjoni fil-konvenju tal-imsejjaħ Evanġelizzazzjoni u Promozzjoni Umana, iċċelebrat mill-Knisja Taljana fl-1976. Meta l-Papa Franġisku ħassu waħdu "Meta fil-għomor ta' 21 sena mradt marda serja , ġarrabt l-ewwel esperjenza tiegħi tal-limitazzjonijiet li għandu l-bniedem." Lanqas it-tobba ma kellhom tama li se nirkupra. Neħħewli litru u nofs minn wieħed mill- pulmuni, b'hekk neħħewli il-lobo ta' fuq mill-pulmun tal-lemin. Naf kif iħossuhom il-morda bil-coronavirus li jkollhom jikkumbattu biex jieħdu n-nifs waqt li jserrħu fuq ventilatur." Din hija silta mill-ktieb Ritonjamu a Sognare (Piemme) miktub mill-Papa li issa jinsab għall-bejgħ mix-xahar ta' Diċembru 2020. Barra din l-esperjenza, Papa Bergoglio jirrakkonta żewġ esperjenzi oħra waħda fil- Ġermanja, l-oħra f 'Cordoba, fl-Arġentina. Il-Papa jispiċċa jiaħ qalbu u jgħid li ħajti baqgħet tħoss l-effetti ta tliet esperjenzi ta' solitudini." Patri Bartolomeo Sorge mal-Papa Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021