Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum Il-MASP Awards 2020 kellhom numru rekord ta' sottomissjonijiet minn kumpaniji tal-arkitettura, Periti, interior designers u studenti tal-arkitettura. B'kollox ġew sottomessi sebgħin (70) applikazzjoni għall-għaxar (10) kategoriji rispettivi. Dawn l-awards mhux biss attiraw kumpaniji tal-arkitettura stabbiliti, iżda wkoll Periti żgħar u interior designers. Il-Premju għar-Restawr u l-Konservazzjoni rċieva l-iktar sottomissjonijiet. Din il-kategorija tippremja proġetti li jtejbu l-integrità storika ta' bini antik u l-leġġibilità tad-disinn oriġinali tagħhom permezz ta' interventi sensittivi. Il-Premju għall- Arkitettura Interna ta' Bini Kummerċjali jew Pubbliku ġab it-tieni l-iktar sottomissjonijiet, segwit mill-Premju għall- Kunċett tal-Ippjanar Urban. Il-Premju għall-Arkitettura Interna ta' Bini Kummerċjali jew Pubbliku jippremja proġetti li jirnexxielhom jużaw il-potenzjal kollu ta' spazju intern; kemm għall-bini kummerċjali, kif ukoll pubbliku, ġdid jew rinnovat. L-għan ta' proġetti bħal dawn huwa li jagħmlu l-aqwa użu mil- benefiċċju tal-ambjent li jkunu fih, bħal dawl naturali, ħoss u ventilazzjoni, u li jinkorporaw materjali innovattivi fid-disinn tagħhom. Il-Premju għall-Kunċett tal- Ippjanar Urban jingħata lil proġetti li għadhom fl-istadju ta' kunċett iżda li jinkorporaw soluzzjonijiet ta' ppjanar innovattivi li jindirizzaw l-isfidi eżistenti fl-ispazju li jkollhom. Kategoriji oħra ta' premjijiet jinkludu: Premju għal Disinn Urban, Premju għal Spazji Miftuħa Pubbliċi, Premju għal Bini Kummerċjali u Pubbliku, Premju għal Arkitettura Interna għal Proġetti Residenzjali, Premju għall-Ospitalità, Akkomodazzjoni turistiċi u Divertiment, Premju għal proġetti sostenibbli u l-Premju għall-Periti Emerġenti. Iċ-Chairperson tal-ġurija, l-Perit Vincent Cassar, qal: "Il- pandemija tal-COVID-19 ma qatgħetx qalb il-Periti, disinjaturi u studenti tal-arkitettura milli jissottomettu dawk il-proġetti li jħossuhom kburin bihom u jqisu li ħaqqhom jirbħu l-premju." Huwa żied li, "L-attrazzjoni ta' dawn il-premjijiet hija li ssib il-kreattività u l-ġenjalità' ta' kumpaniji tal-arkitettura magħrufa 'jikkompetu' mal-pijunieri brillanti u s-soluzzjonijiet innovattivi ta' Periti u disinjaturi li bil-mod il-mod qed isiru magħrufa fl- industrija." L-Awtorità rċeviet ukoll erba' (4) nominazzjonijiet għall- Premju tal-President. Dan il-premju jingħata lil persuna li tat kontribut eċċellenti matul is-snin permezz ta' riċerka, edukazzjoni, teorija jew prattika tal-arkitettura u l-ambjent mibni. Matul il-ġimgħat li ġejjin, il- kumitat tal-ġurija magħmul minn seba' (7) membri se jkun qed jevalwa is-sottomissjonijiet kollha biex jiddeċiedi dwar ir- rebbieħa rispettivi. Din il-ġurija hija magħmula minn esperti barranin u lokali li jaħdmu fil-qasam akkademiku u professjonali tal-ambjent mibni. Huma se jkunu megħjuna wkoll minn grupp ta' esperti tekniċi sabiex jiddeċiedu fuq kull kategorija. Il-MASP Awards jaqgħu taħt il-Patroċinju tal-President ta' Malta u r-rebbieħa jitħabbru f 'ċerimonja virtwali li se ssir fil- bidu ta' Marzu. Għal aktar informazzjoni, żur: www.maspawards.com. Numru rekord ta' sottomissjonijiet għall-MASP Awards

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021