Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 Għandhom bżonn liġi biex ikunu eletti? Rosianne Dan il-mekkaniżmu b'xi mod se jbiddel il-mentalità ta' xi wħud fuq in-nisa? Mhux aħjar ninvestu f'kampanja u aktar edukazzjoni biex naqtgħu darba għal dejjem il-mentalità li tiddiskrimina kontra n-nisa? Niddejjaq ngħidha, iżda hi realtà li s-soċjetà timponi li l-mara trid għal xi raġuni jew oħra tipprova lilha nnifisha qabel ma ntuha ċ-ċans - għal kuntrarju tal-irġiel. B'hekk, permezz ta' dan l-Abbozz se nkunu qed nagħtu ċ-ċans lin-nisa juru l-kapaċitajiet tagħhom u b'hekk se nassistu fil-bidla fil- mentalità patrijarkali li ħakmet is-soċjetà tagħna. B'hekk ma rridux nħarsu biss il- preżent, iżda rridu nħarsu iktar fit- tul mill-elezzjoni ġenerali li jmiss, u nkunu pro-attivi għall-bidliet soċjali, u mhux reattivi. Flimkien ma' din il-bidla kostituzzjonali, hemm bżonn ħidma lejn iktar nisa fl-ogħla livelli tal-partiti politiċi. Il-Partit Laburista dan ix-xogħol diġà bdih bil-programm LEAD, li diġà ġie rikonoxxut bħala good practice fuq livell Ewropew. Irrid nara ħidma biex neqirdu l-mentalità li żżomm lill-mara lura, jew li tħares lejha daqslikieku kienet inqas mir-raġel, u nħeġġeġ lill-professjonisti fil-media biex jaħdmu għal iktar viżibilità tal-mara minn kull qasam tal- ħajja. Allura wara l-elezzjoni ġenerali li ġejja, se jkollna nisa fil-Parlament daqs kemm se jkollna irġiel? Le, din ir-riforma se twassal għal rappreżentanza aktar ugwali – dan ma jfissirx li se jkollna kamra b'50% – 50% rappreżentanza. Jekk nieħdu s-sitwazzjoni li kellna fl-aħħar elezzjoni ġenerali, dan il- mekkaniżmu se jwassal biex nilħqu l-medja ewropea, dik ta 28%. Dan ifisser li wasalna? Da żgur li le. Irridu nibqgħu nenfasizzaw fuq l-importanza ta' aktar rappreżentazzjoni bbilanċjata. Jien personalment nixtieq u nemmen li dan il-mekkaniżmu jasal żmien fejn ma jibqax jintuża għax is-soċjetà tkun bidlet il-ħsieb u titgħallem tagħti il- fiduċja lin-nisa. Dawk li jitilgħu b'dan il-mekkaniżmu se jkunu Deputati 'second class.' Jistgħu jingħataw rwoli fil-kabinett? Jekk kemm-il darba jkun hemm emendi li jħaffu l-proċess eżistenti ta' kif kandidati jkunu eletti b'elezzjoni każwali, dan il-mekkaniżmu jkun qiegħed jgħin. Madanakollu biex jaħdem dan il-mekkaniżmu, il- Kummissjoni Elettorali trid tieħu stampa ċara tas-sessi fil-Parlament wara li jsiru l-elezzjonijiet każwali. Li huwa żgur hu li b'dan il- mekkaniżmu, il-Prim Ministru tal- ġurnata jaf li f 'punt minnhom in- numru ta' deputati nisa fil-Parlament se jiżdied u hija prerogattiva tiegħu jekk ikun irid iżomm xi dekasteri riservati. Dawk li jitilgħu b'dan il-mekkaniżmu se jkunu Deputati 'second class.' Jistgħu jingħataw rwoli fil-kabinett? Tajjeb li jkun spjegat għaliex dan il-mekkaniżmu jiffunzjona biss jekk kemm-il darba jkun hemm żewġ partiti fil-Parlament. Il-mekkaniżmu magħruf bħala il-'Majority Corrective Mechanism' li ilu jiġi applikat fil- qafas tal-PR-STV għal għexieren ta' snin, jirrifletti xenarju ta' żewġ partiti politiċi. F'xenarju futur fejn ikollna t-tielet partit li jeleġġi kandidati mingħajr għajnuna u li tali kandidati jkollhom siġġu fil- Parlament, dan il-mekkaniżmu ma japplikax. Il-kumitat tekniku kkunsidra dan ix-xenarju fit- tul u kkonkluda li l-'Gender Corrective Mechanism' hawn propost għandu japplika f 'ċirkustanzi simili bhal tal- 'Majority Corrective Mechanism', jiġifieri f 'xenarju ta' żewġ partiti politiċi. Għaldaqstant, jekk ikollok it-tielet partit li jirbaħ siġġijiet fil-Parlament b'mod indipendenti, jkun hemm bżonn jiġu kkunsidrati emendi Kostituzzjonali ġodda sabiex jilqgħu għall-din il-possibilità, kemm fit-termini tal-'Majority Corrective Mechanism', kif ukoll dawk tal-'Gender Corrective Mechanism' hawn propost. Wieħed jistaqsi għaliex ma sarux emendi fil-Majority Corrective Mechanism biex japplika wkoll f 'każ li jkun hemm it-tielet partit fil- Parlament? Dan għaliex dik hija diskussjoni li tmur lilhinn mill- iskop ta' din ir-riforma. Wisq nibża illi kieku skattajna diskussjoni dwar dan il-punt konna se nisfukaw ruħna mill- għan veru u propju ta' din ir- riforma, jiġifieri dik li naraw aktar nisa fil-Parlament. Jekk kemm-il darba jkun hemm emendi Kostituzzjonali biex il-Mekkaniżmu Korrettiv jipprovdi wkoll għal possibilità tat-tielet partit, ma hemm xejn xi jżomm milli l-Mekkaniżmu Korrettiv tal-Ġeneru, li qed nipproponu, jiġi emendat biex jirrifletti tali żvillupi fis-sistema elettorali tagħna. Bħalissa 13% biss tad-Deputati Parlamentari huma nisa Rosianne Cutajar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021