Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643
13 intervista illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 meta temmet il-programm u bdiet terġa' tibni ħajjitha. Kull min għamel il-programm magħna, ħareġ minn hawn b'xogħol," insista. Ħarġu mill-ħabs u ma sabux fejn jgħixu... Waħda mill-isfidi, jekk mhux l-akbar waħda, li dawn il-persuni qed iħabbtu wiċċhom magħha, hija dik tal- akkomodazzjoni u marbuta magħha l-prezz tal-kera. Fi kliem Mifsud, mhux l-ewwel darba li persuna li toħroġ direttament mill- ħabs, tispiċċa bla saqaf fuq rasha. "Aħna naraw li kull min joħroġ mill- programm sejjer jgħix f 'residenza, mhux ġo xi xelter. Ngħinuh jikri jew naħdmu mal-familja biex tilqgħu lura. Qabel joħroġ ninkoraġġuh ukoll biex jibda jikkontribwixxi fid-dar fejn ikun sejjer joqgħod. Se jbajjad id- dar jew se jirranġa, biex iħoss li dik hija d-dar tiegħu. Ġieli jkun hemm residenti li d-dar tagħhom tkun ilha snin magħluqa sakemm kienu l-ħabs. Aħna naraw li almenu jkollhom il-bżonnijiet bażiċi," kompla jispjega. Fakkar li llum il-prezzijiet tal-kera huma dawk li huma u għalhekk il-Fondazzjoni RISe tgħin ukoll lil dawn il-persuni mill- aspett finanzjarju u anke biex jitgħallmu jimmaniġjaw aħjar il-flus tagħhom biex ilaħħqu mal-ispejjeż kollha, anke minn dak li jkunu qed idaħħlu mix-xogħol li jkunu qed jagħmlu. "Hemm ukoll benefiċċji tal-Gvern li aħna naraw li jieħdu imma ovvjament biex tieħu dawn il-benefiċċji trid tagħti s-sehem tiegħek ukoll," insista. ...anke l-familja mhux dejjem issibha faċli biex taċċettahom lura Kien hawn li Mifsud spjega kif anke min ikollu fejn imur jgħix, għax ikollu familja, ukoll isib sfidi li l-Fondazzjoni RISe tipprova tindirizza, għax fi kliemu, anke l-qraba jridu jidraw li fid-dar tagħhom ġejja tgħix persuna oħra. "Il-mara li ilha snin tgħix mingħajr ir- raġel, jew it-tfal li kienu għadhom trabi meta missierhom daħal il-ħabs, iridu jidraw ħajja ġdida. Il-programm jara li priġunier mhux mil-lum għall-għada mar id-dar, imma jibda jerġa' jibni l-kuntatt it it," kompla jispjega. "Il-familji jridu jiġu ppreparati soċjalment, emozzjonalment u psikoloġikament biex ikun hemm inqas ċans li jinqalgħu problemi." 'Fil-ħabs ma titlifx biss il-libertà tal- moviment' Hawnhekk tkellimna aktar dwar il-ħajja fil-ħabs u d-differenza li jġib miegħu dan il- programm. Fil-fatt kien Mifsud stess li saħaq li biex persuna tiem kemm hu importanti programm bħal dan, l-ewwel u qabel kollox trid tiem x'jgħaddi minnu l-bniedem meta jkun maqful il-ħabs. Misfud saħaq kif persuna li qed tintbagħat il-ħabs, qed titlef il-libertà bħala kastig għal dak li tkun għamlet, iżda kompla jisħaq kif mal-libertà tal-moviment, il-bniedem jitlef ħafna libertajiet oħra "Bniedem ma għandux libertà li jiekol li jixtieq. Ma għandux libertà li jagħżel xi jrid jilbes. Ma għandux libertà li jagħżel xi jrid jixtri għalih innifsu jew lil ħaddieħor. Jitlef kollox. Minħabba dan, il-bniedem jibda jrabbi ċertu rabja u anke jitgħallem irabbi qoxra, biex jitfi l-emozzjonijiet tiegħu u jsalva f 'dak il-kuntest. Kważi kważi bniedem tibda tarah bla emozzjonijiet," saħaq Mifsud. Kien hawn li insista li jekk bniedem mhux se jkollu min jimu, min ikellmu u min jgħinu u jagħtih l-appoġġ, dan se joħroġ mill- ħabs irrabbjat. "Lanqas ikun jaf għal min hu rrabbjat. Jekk hux irrabbjat għalih innifsu jew għas-soċjetà. Għalhekk hemm bżonn li persuna tingħata l-għajnuna kollha qabel toħroġ mill-ħabs biex toħroġ libera minn dawn il-kunflitti," insista. 'Jekk eks priġunier jibqa' jiffaċċja l-isfidi allura se nkunu tajnih sentenza ta' għomor il-ħabs' Propju għalhekk li Mifsud insista għal aktar minn darba dwar l-importanza li dawn il-programmi jingħataw l-attenzjoni kollha li hemm bżonn, daqs kemm jingħataw importanza programmi oħra għall-persuni maħkuma mill-vizzji. "Fl-aħħar mill-aħħar dawn jibqgħu ċittadini Maltin bid-drittijiet kollha. Ħallas għal dak li għamel imma ma jistax jibqa' jħallas fuq li jħallas għax eventwalment se tbati s-soċjetà. Kull priġunier fil-ħabs jiswa €90 kuljum. Jekk joħroġ mill-ħabs u ma ntuhx jaħdem se jispiċċa jdur fuq is-servizzi soċjali u terġa' qed tħallas is-soċjetà. X'qegħdin nagħmlu?", kompla jistaqsi. Insista li jekk is-soċjetà tibqa' tostakola lil dawn il-persuni, se tkun qed tagħtihom sentenza ta' għomor l-ħabs "Mhux it-tliet snin li għamel Kordin. Jekk se jibqa' jiffaċċja sfidi anke wara li joħroġ, allura se jkun baqa' ġo ħabs," insista 'In-numru esaġerat ta' priġunieri mhux qed jgħin' Kien hawn li l-ILLUM fakkret lil Charles dwar ħafna kritika li dan l-aħħar saret dwar il-ħabs u staqsietu kemm fil-fatt huwa effettiv. Biżżejjed il-kastig? Biżżejjed li jkollok siġġu biex miegħu torbot il-priġunieri, kif żvelat din l-istess gazzetta? Charles beda jisħaq li kien hemm żmien meta konnha ngergru għax il-ħabs huwa laxk u għax fih wisq droga u llum qed ikun ikkritikat għax forsi hemm it aktar dixxiplina min-normal. "Jien nemmen li rridu nsibu aktar bilanċ bejn l-aspett tas-sigurtà u l-kunċett tar-rijabilitazzjoni fil-ħabs. Dawn iridu jaħdmu flimkien, anke jekk mhux faċli. Għalhekk aħna nisħqu li r-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni għandhom isiru barra mill- ħabs," saħaq Mifsud. Kien hawn li saħaq li kemm l-ambjent tal- ħabs u anke "n-numru esaġerat" ta' priġunieri mhux qed jgħinu. "Ejjew inkunu realistiċi. Bil-ħabs kif inhu bħalissa, persuna kemm tista' taħdem fuq ir- rijabilitazzjoni tagħha? Qabbilna dan mal-programm tal- Fondazzjoni RISe li fil-qofol tiegħu hemm il-persuna u l-attenzjoni individwali li dawn jingħataw, xi ħaġa li fil-ħabs impossibbli ssir. Mifsud fakkar li l-ħabs jesa 600 priġunier, diġà ħafna u llum hemm 'il fuq minn 900 priġunier. 'Se nibnu ħabs ieħor jew se nħaddmu aktar programmi ta' rijabilitazzjoni?' "Għandek sitwazzjoni fejn żewġ persuni qed jgħixu ġo ċella waħda, meta din hija żgħira għal wieħed. Il-ħabs Malti għadu tajjeb? Se nibnu ħabs ieħor jew se nħaddmu aktar programmi ta' rijabilitazzjoni bħal tagħna? Hemm bżonn li ssir xi ħaġa. Irid ikun hemm attenzjoni għall-bniedem qabel jidħol il-ħabs, waqt li jkun il-ħabs u anke wara," saħaq Mifsud. Fil-fatt, ħafna minn dawk li jtemmu l-programm tar-RISe, minn jeddhom jibqgħu jfittxuhom, mhux biex jitolbu l-għajnuna imma biex iserrħulhom rashom li huma mexjin. "Anke aħna ġieli nagħtuhom telefonata u ġieli tilħaq bniedem meta jkun f 'mument diffiċli u tgħinu." ...u l-famuż siġġu? Kien hawn li l-ILLUM semmietlu l-famuż siġġu b'Charles itenni li għalhekk hemm bżonn li wieħed jieqaf u jistaqsi x'qed nippretendu mill-ħabs. Jekk huwiex ħabs ta' kastig jew ħabs ta' rijabilitazzjoni. "F'ħabs ta' rijabilitazzjoni ma jkollokx dan it-tip ta' siġġijiet. Ma jaħdimx dak il-kunċett," insista Mifsud. 'Ejjew naraw xi ħsara ġarrab il- bniedem qabel ma nitfugħ fit-triq' Komplejna nitkellmu wkoll fuq l-esperjenzi li jiltaqgħu magħhom, fosthom anke l-effett li l-ħabs iħalli, anke fuq sempliċiment is-sensi tal-bniedem. Kif għidna qabel, dawn huma kollha effetti tal-fatt li l-bniedem jitlef ħafna mil-libertajiet tiegħu. "Meta qiegħed il-ħabs, ma tistax tmur mixja fil-kampanja, jew inkella sa ħdejn il-baħar. Ara kemm qed titlef affarijiet mal-libertà. Anke s-sensi naturali tal-bniedem imutu. Dawn mhux libertajiet mitlufa mniżżla fis- sentenza. Il-libertà taċċetta li tliha, imma dawn l-affarijiet l-oħra mitlufa, se joħolqu taħwid fil-ħsieb u fl-emozzjoni tal-bniedem. Dawn aħna nindirizzawhom," saħaq. "Qabel ma wieħed joħroġ mill-ħabs, ejjew naraw xi ħsara ġarrab il-bniedem qabel ma nitfugħ fit- triq." Hawn Mifsud semma esperjenzi li baqgħu stampati f 'moħħu u li fi kliemu jgħallmuk u jimmarkawlek ħajtek. "Xi kultant lanqas huma stess ma jemmnu li qed nerġgħu nagħtuhom id-dinjità li tilfu. Kelli rġiel li daħlu saqajhom fir-ramel u kważi jibku għax jgħidulek li kienu ilhom joħolmu li xi darba jerġgħu jmissu r-ramel," insista Mifsud. "Kellna rġiel li meta daħlu l-ħabs uliedhom kienu tfal u meta kienu jmorru jarawhom kienu jixtrulhom il-ħelu. Illum kibru, għandhom 18 u l-missier mar jixtrilhom il-ħelu għax moħħu waqaf ma' dak iż-żmien li hu daħal il-ħabs." Hemm stejjer, kompla jgħidilna, li dawn il-persuni ma jgħiduhomx bil-fomm imma huma jinnutawhom. "Wara snin, jieklu u jixorbu b'affarijiet tal-plastik, immorru nieħdu kafé u jibżgħu jaqbdu l-kikkra jew iħarsu 'l hemm u 'l hawn għax jaħsbu li kulħadd qed iħares lejhom. Jew nibagħtuhom jixtru u jeħlu u jippanikjaw għax ma jafux x'se jgħidu jew x'se jagħżlu. Għal snin twil ma kellhomx għażla." Dan kollu, itemm jgħid Mifsud, ikompli jikkonferma kemm hemm bżonn programmi bħal dawn. naħsbu x'irridu, jekk hux ħabs rijabilitazzjoni' Ritratt: James Bianchi