Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

Faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta hemm il-binja tal-Main Guard, li fiha bħalissa għaddej xogħol ta' konservazzjoni u restawr. Heritage Malta tispjega x'inhu jiġri u titkellem mal-Konservatur Anthony Spagnol ... Għalkemm huma eluf il- viżitaturi li jippassiġġaw ta' kuljum minn quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru fi Pjazza San Ġorġ fil-qalba tal-kapitali, it huma dawk li jafu sewwasew dak li bħalissa jinsab għaddej wara l-faċċata ikonika tal- binja fuq in-naħa l-oħra tal-pjazza. F'din il-binja magħrufa bħala l-Main Guard, li issa tinsab taħt il-ħarsien ta' Heritage Malta flimkien mal-imsemmi Palazz - bħala parti mill-missjoni tagħha li tkompli tkabbar in-numru ta' siti mħarsa minnha minn fost il-patrimonju rikk ta' pajjiżna - proċess estensiv ta' konservazzjoni u restawr qed jerġa' jagħti d-dawl lil numru mdaqqas ta' tpinġijiet jew 'kwadretti' li ġew imnaqqxa fuq il-ħitan tal-ġewwieni tagħha minn numru ta' suldati fuq medda ta' aktar minn 150 sena. L-istorja tal-Main Guard Kif jixhed il-portiku imponenti mħares mill-iljun u l-unikornu tal-arma kolonjali Brittanika kif ukoll isem il-bini nnifsu, l-istorja tal-Main Guard hija waħda intrinsikament konnessa mal- perjodu tal-Ingliżi f 'pajjiżna. Matul iż-żmien imsemmi, din il-binja serviet ta' stazzjon għal serħan u rikreazzjoni għas-suldati Ingliżi li kienu jgħassu l-kwartieri tal- Gvernatur fil-Palazz metri biss 'il bogħod. Iżda fil-verità l-oriġini ta' din il-binja jimirħu ferm aktar lura fil-linja twila tal- istorja ta' pajjiżna. Skont l-aktar sorsi infurmati, hija nbniet fi żmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt fil-bidu tas-seklu sbatax, bl-għan li sservi ta' bażi għall-għassiesa tal- Palazz ta' faċċata li kien is-sede tal- poter fil-gżejjer. B'hekk nistgħu ngħidu li it li xejn kienet għadha nbidlet id-dinamika aktar minn żewġ sekli wara, meta fost l-ewwel mit- tpinġijiet, bdew jiġu mħażża. Tpinġijiet fuq il-ħitan ... issa mikxufin Kif spjegat b'passjoni liema bħalha minn Anthony Spagnol, Konservatur Anzjan ma' Heritage Malta u l-mexxej tat-tim ta' konservaturi u restawraturi li bl- interventi mgħarrfa tagħhom ta' kuljum qed jikxfu saffi ġodda mill-istorja ta' pajjiżna, dawn it- tpinġijiet qatt ma kienu maħsuba bħala xogħlijiet ta' arti preġjata. Bil- maqlub, dawn ix-xogħlijiet, li skont Spagnol jammontaw għal aktar minn 300, kienu spiss jiġu mgħottija minn lagħqa żebgħa friska bl-għan li jinħoloq spazju ġdid għal aktar minnhom. Dan għaliex fiż-żmien li kienu maħluqa kienu meqjusa biss bħala passa- temp u sfog artis- tiku għal dawk li kienu jsibu ruħhom fil- binja waqt ħidmiethom. Il-parti l-kbira ta' dawn il- kwadretti jinsabu kkonċentrati f 'dik li kienet is-sala tal-ikel tal- binja, magħrufa aħjar bħala l-Officers' Mess, fejn bejn bukkun u divertiment is-suldati Ingliżi kienu jqattgħu l-itwal ħinijiet. Spagnol, iżda, spjega kif għalkemm magħmula biss għall-pjaċir, tliet kategoriji jispikkaw fost dawn it- tpinġijiet, li huma xeni mill-ħajja militari, xeni mill-ħajja ta' kuljum, u oħrajn li kienu sempliċiment jitpinġew għall-gost, b'ebda ħsieb fil-fond. Fost it-tpinġijiet li jolqtu l-għajn hekk kif persuna tidħol f 'din il- kamra ċentrali, insibu nisa bl- għonnella u oħrajn bi lbies u pożi aktar senswali u seduċenti; qassisin u isqfijiet; suldati f 'parati jew waqt xi ġlieda; xeni mpittrin b'ton sarkastiku li jxaqilbu lejn 14 kultura IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum L-ARTI MINN IDEJN L-GĦASSIESA Il-Konservatur Anthony Spagnol Tpinġijiet jew 'kwadretti' li ġew imnaqqxa fuq il-ħitan minn numru ta' suldati fuq medda ta' aktar minn 150 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021