Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643
15 kultura illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 karikaturi; badges u uniformijiet militari; xena kbira tax-Xmara Nil datata għall-1884-5; wiċċ ta' xitan wjitbissmilna b'ħarsa mqarba; u fuq iċ-ċumnija tal-fuklar...allegorija taż- żmien, fejn naraw xwejjaħ b'minġel li l-ponta tiegħu kienet twassal sa ħdejn arloġġ – mhux impitter imma reali, li maż-żmien tneħħa. Bħal f 'dan l-aħħar każ, insibu ferm aktar eżempji ta' logħob intelliġenti bit-toni tal-kulur biex inħolqu rappreżentazzjonijiet artistiċi ta' oġġetti li lura fis-snin verament kienu jinstabu fil-post, fosthom xkaffa b'pipa, tazza, beritta u kaxxa tas-sulfarini fuqha u anke sett ta' żewġ bnadar bil-kuluri reġimentali tal-King's Own Malta Regiment, impinġija minn Adrian Strickland. Aktar minn hekk, it turġien biss 'l isfel mill-Officers' Mess, f 'passaġġ li kien iwassal lis-suldati direttament f 'Misraħ San Ġorġ, insibu wkoll rappreżentazzjoni ta' surġent li tħawwad fil-pass u jidher jitgerbeb, possibbilment ġrajja li seħħet tassew bejn l-erba' ħitan imsemmija. L-eqdem kwadrett fost din il- varjetà muża militari huwa datat għall-1814 - proprju l-ewwel sena tal-Ingliżi bħala ħakkiema uffiċjali ta' pajjiżna, filwaqt li l-aħħar żieda kienet proprju dik tas-Sur Strickland, kif imsemmija hawn fuq, fl-1972. Ħdejn ħafna mill-pitturi hemm numru, li jindika li kien hemm żmien meta l-pitturi kienu jiġu katalogati. Madankollu bejn numru u ieħor hemm diversi numri neqsin, u l-katalgu nnifsu qatt ma nstab. Filwaqt li huwa diffiċli li jiġi abbinat isem ma' kull kwadrett, għalkemm uħud huma ffirmati jew juru stil simili, dak li huwa ċert huwa li s-suldati ma qagħdux lura milli jesperimentaw b'kull mezz possibbli biex jesprimu ruħhom fuq dawn il-ħitan - minn lapes, għal linka u akkwarelli, għal gouache u anke żejt. Kif spjegat bir-reqqa minn Spagnol, kull kwadrett huwa każ uniku, li jirċievi trattament speċjalizzat għall- kundizzjoni li jinstab fiha. Barra minn hekk, huwa enfasizza wkoll kif il-kwadretti huma kollha ta' valur indaqs, u għalhekk b'ebda mod ma huwa permess li ssir ħsara lil tpinġijiet tal-wiċċ biex jiġu murija oħrajn aktar qodma - "irrispettajna l-istorja", fi kliemu. L-aħħar attentati maġġuri ta' restawr li saru aktarx li kienu dawk ta' Emvin Cremona fis-snin 1944-45, kif tixhed plakka ċkejkna tal-injam imwaħħla fuq ħajt fl-Officers' Mess. Il-pjan ta' Heritage Malta huwa li x-xogħlijiet fil-Main Guard ikomplu għaddejjin id f 'id mal-akbar proġett li l-aġenzija qatt imbarkat fuqu, li qed isir fil-Palazz tal-Gran Mastru, b'kofinanzjament Ewropew. Ladarba jintemm il-proċess, il-Palazz ser ikun jista' jitgawda b'mod aktar sħiħ filwaqt li l-binja tal-Main Guard ser tibda sservi bħala ċentru ta' interpretazzjoni għas-siti kollha ta' Heritage Malta fil-Belt Valletta. Il-binja tal-Main Guard