Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kif wasalna s'hawn? Riflessjonijiet dwar il-filosofiji tal-ġid komuni "And you may find yourself living in a shotgun shack... And you may ask yourself, "Well... how did I get here?" Artiklu li deher m'ilux fuq il-ġurnal elettroniku Kattoliku Church Life Journal tan-Notre Dame University tal-Istati Uniti ħa spunt minn daż-żewġ versi tad-diska tal-grupp Post- Punk/New Wave Talking Heads sabiex jirrifletti dwar – fost bosta ħwejjeġ attwali oħrajn – l-impatti tal-ambjent psiko- teknoloġiku ta' żmienna fuq id-dimensjonijiet psikoloġiċi, kulturali, edukattivi u politiċi tal-mases. L-artiklu jistaqsi l-istess mistoqsija li jagħmel David Byrne lejn nofs l-album Remain In Light (1980): "Kif wasalna s'hawn?" L-analiżi li joffri flimkien mat-tweġibiet li jipprova jagħti – bħall-biċċa l-kbira tal-materjal filosofiku serju, teoloġiku jew mhux, illi jittratta b'mod kritiku materja bħal din – ftit illi xejn iqawwu l-qalb, tant li jintemm bis- sentenza "God help us". Jalla Alla jgħinna, iżda dal-ħin xi ħaġa qiegħda tgħidli li għalissa forsi jaqbel inwarrab lill-allat fil- ġenb: qabelxejn jenħtieġ naqbeż fuq ħaġ'oħra. U wkoll għaliex iżjed tard – anke tul dal-erba' kelmiet kollox – lill-allat kapaċi niġi bżonnhom... ferm iżjed minn qatt qabel... Intant il-mistoqsija "kif wasalna s'hawn" li jtenni l-artiklu Making Sense of a World in Transition imxandar mir-rivista msemmija – flimkien mat-talba retorika aktarx inevitabbli li ttemmu – baqgħu hemm jippersistu fl- isfond ta' moħħi matul il-qari ta' ċertu ktieb tal-filosofija bil-Malti li ġie f 'idejja daqs ġimgħa ilu, voldieri Riflessjonijiet dwar il- Ġid Komuni ta' Alan Xuereb. Il- mistoqsija ta' Byrne li tnebbħu kif ukoll dika s-sentenza partikulari li ttemmu seħħilhom jieħdu r-riedni fuq ħsibijieti malli wasalt nofs triq fil-qari – mhux wisq qabel. Dan għax qabelxejn – l-iżjed jien u nifli l-ewwel kapitli – ħsusi kienu għadhom kemxejn maħkuma minn ċertu sens ta' sorpriża. B'xorti ħażina mhix xi ħaġa komuni ħafna li f 'pajjiżna joħorġu kotba tal-filosofija. Inqas ħaġa tas-soltu – ħaqq l-imniegħel – li jkunu miktuba bil-Malti. Aktarx l-aħħar kiteb tal-filosofija bil-Malti ta' ċerta statura li wasal għandna f 'dawn l-aħħar snin xhur kien is-saġġ Sejjieħ il-Ħsieb: Limitu u Ħelsien (2020) ta' John Baldacchino. Appena dan kien wasal fil-ħwienet tal-kotba – proprju f 'April tas-sena l-oħra – ħadt ix-xoqqa f 'moxtha mill- ewwel biex nikteb fuqu bilġri, l-iżjed għax dika l-ħabta qalbi kienet ħebritnti li aktarx kellhom jgħaddu bosta u bosta xhur qabel ma jfeġġ ktieb tal-filosofija validu ieħor illi jagħti ġieħ lill- ilsien Malti. Akkont l-istennija kienet kemxejn iqsar milli bsart: Riflessjonijiet dwar il-Ġid Komuni ta' Alan Xuereb, almenu f 'għadd pjuttost kbir ta' aspetti, tabilħaqq ma jagħmilx għajb lill-filosofija miktuba bil-Malti. Ikun eżċerizzju tassew interessanti li kieku kellha ssir analiżi komparattiva bejn dawn iż-żewġ kotba ewlenin. Ibda biex mal-ewwel daqqa t'għajn jidher illi daż-żewġ ħassieba politiċi Maltin – almenu fil- biċċa l-kbira – jappartienu lil żewġ tradizzjonijiet filosofiċi oċċidentali differenti. Bħali, fil-maġġurparti Baldacchino għandu tendenza jsejjes d-diskors filosofiku tiegħu abbażi tat-tradizzjoni kontinentali; il-modus cogitandi ta' Xuereb, imbagħad, iżjed iva milli le, jidher mgħarraf mit- tradizzjoni analitika. (F'dar- rigward jidhirli li l-għażla ta' Baldacchino hija konxja għall- aħħar. Mhix ċara kemm tassew jista' jingħad l-istess kwantu dik ta' Xuereb.) Primavista jidher ukoll – għad illi fl- aħħar mill-aħħar xorta waħda t-tnejn iħaddnu wkoll għadd ta' prinċipji u ideali politiċi komuni – illi dawn iż-żewġ filosofi jidentifikaw lilhom infushom ma' żewġ kampi politiċi lokali differenti, fis-sew opposti. Madankollu dan l-eżerċizzju komparattiv imur lil hinn mill- fini taż-żewġ riflessjonijiet jew l-iżjed tlieta li biħsiebni – anzi nasal ngħid jeħtieġli – naqsam magħkom din il-ġimgħa. Forsi tkun darb'oħra. Iżjed minn hekk: analiżi bħal din tmur ukoll oltre l-limiti, kemm tal- ispazju u kemm tal-ħin, illi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021