Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643
08 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum 'Jekk se nabbużaw mil-libertà li għandna se jkomplu jbatu ħafna nies' Andrew Agius Muscat u Philip Fenech b'appelli kontra llaxkar u ksur ta' protokolli tal-Covid-19 hekk kif resqin lejn Jum San Valentinu u l-jiem li fihom normalment isir il-Karnival ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hekk kif resqin Jum San Valentinu u anke l-jiem tal- Karnival - li minkejja li mhux se jiġi ċċelebrat diġa' qed ikun irrappurtat negozju qawwi lejn farmhouses f 'Għawdex - kemm il-Viċi President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Philip Fenech, kif ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) Andrew Agius Muscat appelaw mal- ILLUM għar-responsabilità, jekk il-poplu jrid li joħroġ mill-pandemija u ma jerġgħux jiżdiedu l-każi, kif ġara fl-aħħar ġimagħtejn. Fl-aħħar ġimgħat M a l t a esperjenzat numri rekord ta' Covid-19, bin-numri saħansitra jaqbżu l-240 f '24 siegħa, nhar id-9 ta' Jannar. Fenech fakkar li llum qed jitħallas il-prezz tal-parties privati li saru fil-jiem tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena u sostna illi minħabba dan ma jagħmilx sens li joħroġu għalissa l-vouchers tal-€100 mwiegħdin mill-Gvern. "Jekk noħorġu l-vouchers bħalissa nkunu qegħdin biss nikkumplikaw l-affarijiet." Fenech insista li għalhekk huwa importanti li ma jkunux ripetuti l-istess żbalji. "Ma jistax ikun li nofs il-popolazzjoni toqgħod gwardjan tan-nofs l-ieħor. Il-pulizija ma jistgħux ikunu kullimkien u kif nafu jwieġbu biss għal rapporti li jsirulhom," fakkar Fenech. "Din hija kwistjoni ta' re a l i z z a z z j on i u nispera li kulħadd i r r e a l i z z a li huwa k r u ċ j a l i li ma nir rep etux l - i s t e s s żbalji!" Intant Agius Muscat qal li l-messaġġ tal-MHRA huwa ċar, "kunu responsabbli. Il-fatt li għandna l-libertà ma jfissirx li nkunu irresponsabbli. Jekk nabbużaw mil-libertà se jkun hawn min ibati, min jitlef xogħolu, jimrad jew saħansitra jmut." Huwa temm jgħid li anke min jopera jeħtieġ josserva l-protokolli, "inkella nkunu qed nisparaw f 'saqajna." Dwar il-programm ta' għoti ta' vaċċin Agius Muscat qal illi l-MHRA tinsab sodisfatta u jfakkar li hemm pajjiżi kbar li għadhom lanqas biss bdew ilaqqmu lill-poplu filwaqt li pajjiżi oħrajn lanqas biss jafu meta se jibdew. Dwar il-vouchers il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA qal illi l-assoċjazzjoni qed tħares lejn id-data tal-15 ta' Frar - jew ġranet viċin - bħala mira ta' meta dawn jistgħu jinħarġu. 'Hemm stakeholders li huma iddisprati bħalissa' Fenech jispjega illi bħalissa hemm stakeholders li jinsabu "iddisprati" l-aktar minħabba l - k i r j i e t u l-fatt li hemm sidien li b a q g ħ u ma biddlux i l - k i r j a minkejja li n-negozju huwa magħluq. "Kuljum iċemplu jistaqsuni x'se jiġri. Pero' fil-verità anke s-sidien huma ddisprati għax dawn jaf jaraw id-dħul minn dik il-kirja tispiċċalhom - dan hemm min ikun pensjonant u jgħix fuq dik il-kirja, per eżempju," ikompli jispjega Fenech. Huwa qal illi s-sentiment fost negozji huwa differenti, b'uħud li qed jilqgħu għall-pandemija jew jilqgħu tajjeb, b'oħrajn saħansitra sejrin tajjeb u diversi negozji oħrajn li qed jiġġebbdu bil-kbir. "Ma ninsewx li uħud minn negozji li qed nitkellmu dwarhom hawnhekk ilhom magħluqin minn Awwissu. Mhux ċajta!" spjega. Mistoqsi jekk is-settur hux qed jara li sa Mejju se nkunu business as usual, Fenech indika li jekk mhux normaltà, is- s e n t i m e n t huwa li sa dak iż-żmien il-pajjiż ikun qabad it- triq għall-irkupru. "Filwaqt illi l-istrateġija hija li sar-Rebbiegħa l-persuni vulnerabbli jkunu ħadu l-vaċċin, l-istess ikun qed iseħħ fis-swieq ewlenin ta' Malta: Il-Ġermanja, Franza, Spanja, ir-Renju Unit u l-Italja. Dan ifisser li kollox ma' kollox nistennew ċaqlieq f 'dak iż-żmien, anke permezz taċ-ċertifikazzjoni li tippermetti vaganzi, ladarba persuna tkun ġiet imlaqqma. Temm jispjega illi jinħass li wara sena ta' restrizzjonijiet ħafna se jiżvogaw permezz ta' safra u allura dan jimbutta lis- settur. Philip Fenech fakkar għalhekk fl-importanza li l-pajjiż ikun ippreparat. Philip Fenech Andrew Agius Muscat