Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

"Matul l-aħħar snin, fejn ħdimna ħafna flimkien, qalulna li din il- Fondazzjoni kellha kollaborazzjoni ma' ditta ta' periti f 'Tokjo li tispeċjalizza fid-disinn ta' ġonna fuq il-bejt. Staqsewna jekk hux interessati biex nagħmlu xi ħaġa hekk fil-Valletta Design Cluster," spjega Micallef. Insista li l-isfidi biex dan seta' jseħħ kienu kbar, iżda fi kliemu "l-eċitament" biex dan iseħħ kien akbar, anke għax f 'dik in-naħa tal-Belt ma jeżisti l-ebda ġnien pubbliku u kważi kważi lanqas spazju pubbliku. "F'pajjiżna kollu ma jeżisti l-ebda ġnien fuq saqaf bħalma se jkun dan. Se noħolqu spazji pubbliċi ħodor li ma jeżistux. Dan se jkun aċċessibbli għal siġġu bir-roti kif se tkun il- binja kollha," saħaq Jason Micallef. Dan il-ġnien fil-fatt se jkun miuħ kuljum u bla ħlas għall- Beltin, il-ħaddiema li jaħdmu fil- kapitali u għal kull min jidħol il- Belt Valletta. "Jiena ma għandi l-ebda dubju li dan se jkunu popolari mmens. Se jkollok siġar, arbuxelli u anke post fejn tpoġġi u tiekol xi ħaġa. Ma hemm l-ebda restrizzjoni. Ħaddiema jistgħu jmorru hemm anke għar-rikreazzjoni," saħaq Micallef. '… anke forn salvajna u se jaħdem' Iżda mhux hekk biss. Għalkemm tissejjaħ il-Biċċerija l-Antika, interessanti li din il-binja l-inqas li ntużat kienet bħala biċċerija għax matul iż-żmien intużat għal diversi għanijiet diversi, fosthom anke bħala 'ċentru kummerċjali,' b'għadd ta' ħwienet differenti. Fost dawn, fiha kien hemm tmien t'ifran u l-VCA rnexxielha s-salva tnejn minnhom u wieħed minn dawn saħansitra se jkun jaħdem u se jkun qed jintuża għat-taħriġ tal- ikel Malti li se jkun ukoll servut. "Irrispettajna l-400 sena storja ta' din il-binja," saħaq Jason Micallef. Semma wkoll il-funtana li tinsab fi Triq San Kristofru faċċata ta' Triq Zekka. "Minn hemm daħal għall- ewwel darba l-ilma ġieli li kien jasal mill-Imtaħleb u l-Buskett. Tant hu hekk li rnexxielna nsalvaw bir enormi u antik u li minnu se nkunu qed insaqqu l-ġnien pubbliku ta' fuq il-bejt," spjega ċ-Chairperson. Fi kliem sempliċi, temm jisħaq Micallef, dan huwa post multifunzjonali. Se jitlaq mill- kreattività, l-arti, il-kultura u l-eżebizzjonijiet iżda se jkun ukoll ċentru fejn jiltaqgħu n-nies, fejn il-komunità Beltija u l-għaqdiet Beltin fosthom tal- festi se jkollhom fejn jiltaqgħu u jintemm b'attrazzjoni għall- pubbliku inġenerali, bi ġnien għal kwiet u l-paċi bil-veduta mill-isbaħ tal-Kapitali. 15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31TA' JANNAR 2021 Il-Biċċerija l-Antika qabel ir-restawr Waħda mill-kmamar fil-Valletta Design Cluster It-triq li taqsam il-Biċċerija l-Antika qabel ir-restawr It-triq li taqsam il-Biċċerija l-Antika llum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021