Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

YENDRICK CIOFFI Nhar il-Erbgħa 24 ta' Marzu, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) se tkun qed tagħti rigal mhux biss lill-artisti u lid-diżinjaturi, iżda anke lill- komunità Beltija u lill-poplu kollu kemm hu. Dakinhar, dik magħrufa bħala l-Biċċerija l-Antika, li sa it tax-xhur ilu kienet ġawhra abbandunata fil-qalba residenzjali tal-Belt Valletta, se terġa' tingħata l-ħajja mill-ġdid u tkun mgħammda bħala l-Valletta Design Cluster. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet maċ-Chairperson tal- VCA, Jason Micallef li spjega aktar fid-dettall x'se tkun tinkludi din il-binja kbira u kif se jkun qed jibbenefika minnha, tista' tgħid kulħadd. L-ILLUM tibda tistaqsih kif żviluppa l-kunċett tal-Valletta Design Cluster b'Micallef jispjega kif meta daħal fit-tmexxija ta' dik li qabel kienet il-Fondazzjoni Valletta 2018, sab diversi proġetti li kienu mwiegħda, inkluż għall-Biċċerija l-Antika. "Dak li kien qed jiġi propost ma kienx qed jagħmel sens għax il-Gvern kien se jagħti lill-binja, kif kienet, lill-għaqdiet volontarji. Ħassejt li dan il-proġett ma kellu l-ebda viżjoni," insista Micallef. Għalhekk bejn l-2013 u l-2014 bdew jinġabru l-ideat biex il-proġett għall-Biċċerija l-Antika jkun strumentali għar-riġenerazzjoni ta' dik li kienet l-aktar biċċa mitluqa tal-Belt Valletta. "Sa dakinhar it-tendenza kienet li anke meta qed norganizzaw xi ħaġa, kollox jieqaf ma' Triq ir- Repubblika, Pjazza San Ġorġ u forsi Triq Merkanti," insista Micallef. Propju għalhekk, kompla jispjega, li dan il-proġett kellu jkun ewlieni biex tingħata spinta 'l quddiem lil din iż-żona. Fil-fatt, apparti dan il-proġett, sar ukoll ir-restawr tal- Baviera u bħalissa għaddej xogħol ieħor fuq iż-żona ta' Marsamxett. "Xejn ma jsir f 'salt imma meta taqbad taħdem fuq żona, jew inkella bini storiku, awtomatikament dan se jwassal għal xogħlijiet u investimenti oħra, anke mis-settur privat," insista. Proġett b'viżjoni li se joħloq l-impjiegi u minnu jgawdi kulħadd Spjega kif għalhekk inħass il- bżonn li fil-Biċċerija l-Antika jsir proġett li minnu mhux biss tgawdi l-komunità tal-Belt, imma li jkollu viżjoni, li joħloq l-impjiegi u li jkun marbut mal-arti, il-kreattività u d-disinn. "Ovvjament ma kontx waħdi. Iddiskutejna flimkien u wasalna għall-idea li dan il-post inbiddluh fl-ewwel inkubatur tad-disinn u l-kreattività," saħaq Micallef. Imma dan, fi kliem sempliċi xi jfisser? Dan se jkun Mużew? "Huwa kollox barra mużew," saħaq Micallef. "Dan se jkun post mimli ħajja. Mużew huwa statiku. Fil-Valletta Design Cluster se jkollok attività artistika, li toħloq, li timmaġina u li tlaqqa' lin-nies. Għalhekk, fi it kliem, dan se jkun ċentru fejn jiltaqgħu n-nies." Fil-fatt, apparti għall-pubbliku inġenerali, kif se naraw aktar 'il quddiem, dan il-post se joffri spazju għall-artisti u d-diżinjaturi. Il-binja hija kbira mhux ħażin u fiha se jkun hemm ukoll postijiet għal kiri għal artisti lokali u anke internazzjonali kemm biex ikomplu bl-istudji tagħhom u anke biex joħolqu mħażen. 'B'kera baxxa dan se jkun start-up għall-artist, skultur jew perit li lesta l-istudji…' Apparti minn hekk, il-Valletta Design Cluster se jkollu parti, li qed tissejjaħ 'Artists in Residence,' fejn l-artisti barranin, minflok jikru f 'lukandi, se jkunu jistgħu jikru kmamar u saħansita joqogħdu hemm stess. "Dan il-post se jkun ukoll ċentru fejn l-artist se jkun jista' joħolqu prototip tad-disinn. Jista' jkollok skultur, artist, diżinjatur jew perit li jkun gradwa imma ma jkollux il-mezzi biex jiaħ uffiċċju jew maħżen fejn jaħdem. Għalhekk dan se jkun ukoll start-up, b'kera baxxa, biex il-perit, jew id-diżinjatur, wara li lesta l-istudji, ikun jista' jiżviluppa t-talenti tiegħu. Tista' tiddisinja libsa, xi ħaġa tat-teknoloġija, xi ħaġa tal-aluminju," kompla jispjega Micallef. Fil-fatt, kompla jisħaq iċ- Chairperson tal-VCA, il-Valletta Design Cluster huwa mgħammar bl-aktar teknoloġija avvanzata. Spjega kif dan il-post biex ġie rrestawrat, żviluppat u mgħammar bl-aqwa teknoloġija, se jkun sewa €10 miljun. Madwar €4.3 miljun ġew minn Fondi Ewropej filwaqt li l-bqija huma fondi pubbliċi. 'Tlaqna minn binja niżla biċċiet … dan hu l-legat tal- Valletta 2018' Tlaqna minn binja li tibża' tgħaddi minn ħdejha. Kienet binja dilapitata għal 50 sena, mimlija abbużi u skart goff u skart ieħor," fakkar Micallef. Spjega wkoll kif din il-binja se tibqa' amministrata mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. "Dan huwa l-legat li aħna tant tkellimna fuqu fis-sena 2018. Ħloqna proġett, li baqa' għaddej, se nirrenduh lill-pubbliku u se jibqa' amministrat bl-esperjenza tal-ħaddiema professjonali tal- Aġenzija tagħna. Dan itina vantaġġ li mhux se ngħaddu l-post lil xi ħadd u mbagħad nittamaw li jmexxih tajjeb. Se mmexxuh aħna," insista Micallef. 'Spazju wkoll għall-għaqdiet u l-komunità Beltija' Lilhinn mill-kreattività u d-disinn, il-post se jkun qed jingħata bi ħlas minimu ħafna u anke bla ħlas lill-għaqdiet tal-Belt Valletta, biex fih ikunu jistgħu jiltaqgħu, jagħmlu l-laqgħat fih u anke attivitajiet. "In-nies tal-Belt se jkollhom binja rikka li qed terġa' tingħata lilhom wara kważi 50 sena ta' telqa totali. Huma se jingħataw prijorità għax tista' tgħid li se tkun aċċessibbli għalihom kważi bla ħlas," kompla jisħaq. 'L-ewwel ġnien pubbliku fuq saqaf … Ħloqna spazju li ma jeżistix' Iżda hemm ħaġa oħra li hija għal qalb ħafna Micallef u li tikkonferma kemm din il-binja se tkun tal-Beltin u l-Maltin daqskemm se tkun għall- artisti. Spjega kif fl-aħħar tliet snin, il-VCA kellha diversi esperjenzi Ewropej u internazzjonali li laqqgħuha ma' nies u organizzazzjonijiet li ħadmu fuq proġetti simili għal Valletta Design Cluster. Fost dawn, il-VCA għandha ehim għall-kollaborazzjoni ma' Japan European Union Foundation. 14 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum ĊENTRU GĦALL-ARTISTI, SPAZJU GĦALL-BELTIN U ĠNIEN GĦAL KULĦADD Jason Micallef Chairperson - VCA IL-BIĊĊERIJA L-ANTIKA TGĦIX MILL-ĠDID Wara 400 sena ta' storja, il-binja magħrufa bħala l-Biċċerija l-Antika se terġa' tingħata mill-ġdid il-ħajja hekk kif dalwaqt se jkun inawgurat il-Valletta Design Cluster

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021