Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 sab ruħu anke fuq rivista li jqassmu l-ajruport lit-turisti deħlin f 'pajjiżna. "Kull ħaġa li jagħtuni ngħożża iżda l-isbaħ rigal u li jibqa' għal qalbi hu dan il-ktieb", kompla jirrakonta. Il-ktieb li tkellem fuqu dan ir-raġel umli hu dwar tradizzjonijiet Maltin li qed jieqfu. Hu kompla jirrakkonta li darba kien hemm raġel partikolari li kien għamel tlett t'ijiem jmur jisimgħu u jħarbex fil-karti. Kien jmur u miegħu jieħu żewġ pastizzi u filwaqt li jieklu jkomplu għaddejin bid- diskussjoni. "Ma kontx naf għaliex eżatt kien qed jigi u meta ġie ppublikat l-ktieb ġabli kopja. Ngħid il-verita' malli għara lili nnifsi fuq il-faċċata ta' dan il-ktieb, emozzjonajt naqa ruħi." Il-proċess Fl-antik, kont isib djar bla madum u minflok bl-art taċ-ċangatura. Kont issib ukoll uhud li jagħmlu biss madum f 'postijiet tad-djar li jidru mill-bieb ta' barra bħal l-intrata. L-ewwel madum li kien beda jsir u jintuża kien bla diżin u b'lewn wieħed. Iżda illum il- ġurnata jeżistu ħafna diżinji li permezz tagħhom sempliċiment maduma tfur bit- tradizzjoni u kultura. Colombo jispjega li l-kuluri baqgħu l-antika, "apparti l-abjad u griż, kollha kuluri bażiċi. Issib isfar, aħmar u aħdar, imma ovvjament l-kulur tagħmlu skont x'jitolbok il-klijent." Hawnhekk xammar il-kmiem u beda' jispjega b'reqqa l-proċess wara maduma tradizzjonali Maltija. Il-proċess jibda billi jitnaddaf il-kwadru li jintuża bħala sapport biex iżomm it- taħlita flimkien sakemm tagħqad. "Tajjeb li jitmessah sew biex ma jeħilx trab mal-plakka u ma jitfottiex id- dizinn." Il-plakka hi l-forma tal-ħadid li tagħti l-madum id-diżinn tagħha. Il-plakka tiġi mlibbsa fil-kwadru u permezz tas-sasla titella it-taħlita tal- kulur. Meta il-kulur ikun ingħata, jibda traxxixx tal-putraxx. Din hi taħlita ta' siment u ramel biex jiġbed l-ilma. Dan il-proċess irid ssir bil-galbu għax jekk it-taħlita tintefa fuq il-kulur bl- addoċċ, faċilment jitħallat kollox. Wara dan, jingħata l-milanċ. Din hi l-istess taħlita ta' siment u ramel iżda tkun niedja biex tkun faċli tagħqad. Il-konsistenza trid tkun dejjem l-istess sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati. Colombo spjega li hemm varjetà ta' fatturi li jistgħu jbiddlu l-apparenza finali tal-maduma hekk kif qed tiġi ffurmata. Fosthom hemm it-temperatura, il-livell ta' umdità u l-varjazzjonijiet fit-taħlita biex nsemmu ftit. Minkejja s-snin ta' esperjenza tiegħu f 'din is-sengħa, hemm drabi fejn maduma toħroġ ħażina. L-aħħar pass jirrikjedi li tintlibes t-tampun fuq il-kwadru iżda mhux qabel ma' jiġi llivellat il-milanċ b'injama. It-tampun hi pjanċa lixxa li wara li tissiġilla kollox tiddaħħal taħt il-pressa tagħqad kollox. Il-maduma kważi lesta, kull ma jkun baqa' li titħalla tinxef għal ġurnata. Il-proċess mhux twil, iżda repettitiv u forsi jinstema monotonu iżda Colombo temm jgħid li, "tinsa x-xogħol li tkun ħadt magħha meta tara l-wiċċ, fl-aħħar mil-aħħar din arti." Dan il-proċess ftit ivarja min dak li kien jagħmel missieru, saru biss żewġ tibdiliet. L-ewwel waħda saret lit-taħlita, qabel kien jinħadem bir-ramel tal-baħar iżda fil-preżent jinħadem bit-trab tal-irħam u ramel tal-qawwi imħallat miegħu. Bidla oħra hi li issa jeżisti aċċess għal magna tal-press, meta qabel kien isir kollox manwalment. 'Fuq spaga qiegħed' Mhux l-ewwel darba li Colombo tkellem fuq kif jibża li din is-sengħa se tieqaf miegħu. Mistoqsi jekk jitħajjarx jgħallem studenti li forsi xi drabi jistgħu jieħdu postu, hu jwieġeb "għadni ma rridx nikxef is-sigrieti tal-industrija, iżda ma neskludix li la nikber aktar ikolli ngħallem lil xi ħadd barra mill- familja". Colombo insista li x-xogħol għal grazzja t'Alla qatt ma jispiċċa tant li hu bbukjat sa' Marzu tal- 2022 iżda hu l-unika fabbrika antika tat-tip tiegħu tant li hu jtemm jgħid: "Jien għadni bil-kirja l-antika u din hi l-unika fabbrika li ta' dan it-tip. Nibża li se jieħduli kollox. Jien fuq spaga qiegħed hawn" tradizzjonali magħmul bl-idejn RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021