Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
06 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum Suppost nikru b'€4,000 fix-xahar ċenteżmu' – Sidien jitkellmu mal-ILLUM Wara li tkellmet mal-inkwilini, il-gazzetta ILLUM titkellem ukoll mas-sidien li għandhom proprjetajiet maqbuda bil-kirjiet protetti. Jisħqu li hemm inkwilini li qed jabbużaw mil-liġi kif inhi u l-Gvern jeħtieġ li jieħu passi llum qabel għada... YENDRICK CIOFFI "Suppost qed nieħdu €4,000 fix-xahar mill-proprjetà u minflok mhu qed nieħdu xejn." "Iħallas ċuċata fis-sena għax bil-kirja protetta imma mbagħad għandu blokka ta' seba' appartamenti." Dawn kienu żewġ esperjenzi ta' sidien li tkellmu mal-gazzetta ILLUM jilmentaw kif minħabba l-kirjiet protetti ta' qabel l-1995 jinsabu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-inkwilini u għalhekk qed jisħqu li l-liġi kif inhi qed tikser id- dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetajiet li tagħhom huma s-sidien kif inhu stabbilit fil-Kostituzzjoni u anke fil- Konvenzjoni Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem. Il-ġimgħa li għaddiet il- gazzetta ILLUM tkellem ma' diversi inkwilini li jinsabu mħassba dwar il-futur tagħhom fid-dar fejn ilhom snin jgħixu, għax sentenza wara l-oħra tal- Qrati, anke dik Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem, qed jinsistu li s-sidien qed ikollhom id-drittijiet tagħhom miksura u dan minħabba liġi li tmur lura għall-1979. Fil-fatt, kif spjegat diversi drabi din il-gazzetta, il-kirjiet li daħlu fis-seħħ qabel l-1 ta' Ġunju tal-1995 huma protetti u għalhekk l-inkwilini għandhom id-dritt li jibqgħu jgħixu fl- istess proprjetà sakemm jonoraq l-obbligi kollha tagħhom. Peress li l-kirja hija protetta, is-sidien ma jistgħux jgħollu l-prezz tal- kera kif iridu. 'Nieħu biss €120 fis-sena. Nista' nikrih €900 fix-xahar' Wara li tkellmet mal-inkwilini mħassba, din il-ġimgħa l-ILLUM iltaqgħet ma' diversi sidien. Saħqu kif minkejja li hemm każi li huma ġenwini, hemm ukoll każi fejn inkwilini qed jabbużaw minn din il-liġi. Sidt li tkellmet magħna spjegat kif fl-2008 wiret appartament f 'Tas-Sliema, flimkien maż- żewġ ħutha. F'din il-proprjetà jgħix raġel flimkien mal- familja tiegħu. Dan beda jikri l-appartament fl-1982. Spjegat kif l-inkwilin iħallas €30 fix-xahar, li jridu jinqasmu bejn it-tlett aħwa. Dan ifisser li s-sidt li tkellmet magħna, minn dan il-post tieħu biss €120 fis- sena. "Dan meta skont stimi li għamilna, l-appartament jista' jinkera għal €900 fix-xahar," kompliet tispjega. "Appartamenti fl-istess triq qed jinbiegħu għal €500,000." 'Bil-kirja protetta iżda hu għandu blokka appartamenti' Ovvjament, minħabba l-liġi kif inhi bħalissa, is-sidien ma