Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 fix-xahar u ilna 11-il sena ma nieħdu mal-ILLUM Storja qasira tal-liġijiet tal-kera f'Malta jistgħu jgħidu xejn lill-inkwilin, sakemm jonora l-obbligi kollha tiegħu u jħallas il-kera fil-ħin. Madanakollu, l-istess sidt saħqet kif minn riċerka li għamlet, l-istess inkwilin li qed jgħix f 'appartament għal €30 fix-xahar, huwa s-sid ta' blokka li fiha xejn inqas minn seba' appartamenti. "Dan mhux abbuż? Hemm każi ġenwimi, imma hemm ħafna li qed jabbużaw minn din il-liġi," insistiet magħna din is-sidt. "Għamilt seba' appuntamenti miegħu biex nidħol fl-appartament ma' perit. Is-seba' li huma ħassarhomli." Fil-fatt, bħalissa, is-sidien u dan l-inkwilin jinsabu l-Qorti, bis-sidien iridu li jiġi żgumbrat. 'Il-kirja ma għandhiex tintiret ... mela aħna ma għandnix it-tfal ukoll?' Is-sidt spjegat ukoll kif dan l-inkwilin jgħix fl-appartament mal-familja tiegħu, inkluż it- tifel tiegħu u għalhekk, f 'każ li hu jiġi nieqes, il-kirja tista' tintiret għand it-tifel u tibqa' protetta. Fil-fatt, skont il-liġi, dawn il- kirjiet protetti jistgħu jintirtu minn iben/bint/ulied l-inkwilini imma għal darba waħda biss. Biex dan iseħħ, l-ulied iridu jkunu jgħixu fil-proprjetà mikrija meta tiġi nieqsa l-persuna (l-omm jew il-missier). "Din ma tagħmilx sens. Ma tistax tibqa' tintiret minn wild għal wild, jew inkella meta tintiret għandha tiġi bil-kirja tal-lum," saħqet is-sidt. "Mela aħna mhux ukoll għandna t-tfal? Jiena għandi t-tifla tiegħi tgħix miegħi għax ma taffordjax tikri. Għaliex ma għandux ikollha wkoll il-post tagħha?" Qalet ukoll li taf b'każi simili għal tagħha, fejn inkwilin li jikri bil-kirja protetta, xtara proprjetà jew proprjetajiet oħra u għamilhom fuq uliedu biex ma jidhrux fuqu. "Għandu jsir test tal-mezzi estensiv għal dawn l-aħħar 30 sena. Nassigurak li hemm ħafna li qed jabbużaw mil-liġi kif inhi bħalissa," temmet tisħaq din is- sidt. 'Suppost nikru l-proprjetà għal €4,000 fis-sena' Sid ieħor li tkellem mal- gazzetta ILLUM spjega kif hu u l-qraba tiegħu, li huma sidien ta' proprjetà kbira, ilhom 11-il sena ma jieħdu xejn, għax l-inkwili ilhom mill-2010 jpoġġu l-kera l-Qorti (kif jiġri f 'ħafna każi meta ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet) għax ma aċċettawx l-emenda li daħħal il- Gvern fl-2009. Fost oħrajn, dawn l-emendi kienu jistabbilixxu li għall-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995, ir- rata tal-kera dovuta minn wara l-1 ta' Jannar tal-2010 kellha titla' għal €185 fis-sena. Ir-rata tal-kera kellha mbagħad tibda tiżdied kull tliet snin b'mod proporzjonali skont l-indiċi tal- inflazzjoni. "Dan huwa ballun li se jiżbroffa dalwaqt," insista s-sid. Fil-fatt, anke dan il-każ qiegħed quddiem il-Qrati, bis- sidien qed jitolbu mhux biss kumpens mill-Gvern imma anke qed jitolbu lill-Bord tal- Kera għall-iżgumbrament tal- inkwilini. Qabel iddaħħlet fis-seħħ din l-emenda, is-sid spjega kif l-inkwilini kienu qed iħallsu €130 fis-sena u din il-kirja riedet tinqasam bejn tmien persuni. Is-sid insista li bil-prezzijiet tas-suq kif inhuma bħalissa, din il-proprjetà inkwistjoni faċilment tinbiegħ għal €1.2 miljun u skont l-aħħar evalwazzjoni li għamlu, il-kera tista' tammonta għal €4,000 fix- xahar. "Minflok mhu qed nieħdu xejn," insista s-sid. 'Hemm bżonn aktar riżorsi għall-Bord tal-Kera' Is-sid ilmenta kif minkejja li ilhom snin li fetħu l-każ kontra l-inkwilini, sal-lum ftit li xejn għadu sar progress. Kien għalhekk li saħaq li hemm bżonn aktar riżorsi u aktar maġistrati li jkunu assenjati biex jaħdmu fuq dan il-Bord. "Ilna snin b'dan il-każ. Ma tagħmilx sens li kull darba titla' l-Qorti għal 15-il minuta kollox u l-każ dejjem ikarkar. Lanqas ħaqq taqla' avukat," temm jgħidilna s-sid. Wara l-ewwel gwerra, Malta tesperjenza l-fenomenu tal-inflazzjoni. Il-kirjiet jibdew jogħlew drastikament. 1925: Il-Gvern jgħaddi l-ewwel liġi biex tikkontrolla ż-żidiet fil-kera billi mpona arbitraġġ fejn ma jkunx hemm qbil dwar iż-żieda tal-kera. 1929: Liġi ġdida għal aktar kontroll tal-kera. Is-sidien ma setgħux jirriutaw li jġeddu l-kera jew li jgħolluha mingħahd il-permess tal-Bord tal-Kera. Il-liġi kienet iżżomm lill-Bord milli jgħolli l-kera b'aktar minn 40% mill-kera ġusta f 'Awwissu 1914. Sir Ugo Mifsud kien ikkritika ħafna din il-liġi anke għax fi kliemu din kienet se tgerrex lil Maltin milli jinvestu fil-ġebla. Gerald Strickland jisħaq li din hija miżura temporanja għal sena jew sentejn, sakemm is-suq tal-kera jistabbilizza ruħu. 1931: Il-liġi tiġi promulgata mill-awtoritajiet kolonjali u tibqa' hemm. Tiġi t-Tieni l-Gwerra u magħha ġġib nuqqas kbir ta' djar. 1944: L-awtoritajiet kolonjali jippromulgaw l-ordinanza li trażżan il-kera fuq id-djar. L-iskop tagħha kien ukoll li jrażżan iż-żieda fil-kirjiet fi żmien ta' skarsezza kbira u l-kirjiet ma kellhomx jaqbżu l-kirja ġusta li l-Uffiċċju għall-Valuteazzjonijiet tal- Artijiet kien jiffissa. Fir-rigward ta' djar qadima (li tkun tlestiet qabel il-31 ta' Marzu 1939), tali kirja kellha tkun skont il-kirja tad-djar simili fl-istess lokalita li dan l-Uffiċċju kien jistabilixxi. Fir-rigward ta' djar ġodda, il-kera kellha tiġi ffissata mill-Bord tal-Kera biex tirrifletti 3% tal-valur tal-art u 3.25% il-valur tal-benefikati. Jidher li dawn ir-restrizzjonijiet, kif kien bassar Sir Ugo Mifsud, wasslu biex il-Maltin ma jibqgħux jinvestu fil-ġebla u l-provvista ta' postijiet sabiex jinkrew iakkat ħafna. L-awtoritajiet kolonjali fl-1959 ippromulgaw ordinanza li tiddekontrolla d-djar. Bis-saħħa ta' din l-ordinanza, kull min kien jibni dar ġdida kien ikun ħieles mill-kontrolli imposti mill-ordinanzi tal-1931 u l-1944. 1979: Gvern Laburista jreġġa' l-arloġġ lura u mpona fuq il-postijiet dekontrollati l-istess tip ta' limitazzjonijiet fuq it-tiġdid u ż-żieda fil-kera li kienu daħlu fl-1929. Din hija l-liġi li għadha magħna sal-lum u li s-sidien qed jilmentaw kontriha. Ħmistax-il sena wara, il-Partit Nazzjonalista jemenda din il-liġi, biex il-liġijiet speċjali tal-kera ma baqgħux jgħoddu għall-kirjiet ġodda li jsiru wara l-1 ta' Ġunju 1995. Għall-bidu dan il-qafas legali ġdid ma tantx kellu effett imma llum l-istorja hija xorta oħra. L-emendi tal-2009, li saru bi qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra ma kinux biżżejjed u qalu dan kemm il-Qrati lokali u anke l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. *Dawn il-punti ttieħdu minn artiklu ppubblikat fuq il-gazzetta ILLUM u miktub mill-Avukat (illum Deputat) Joe Ellis, liema artiklu jagħti ħarsa lejn il-liġi tal-kera f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021