Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum MARIANNA CALLEJA Ġo ħanut żgħir f 'waħda mill-aktar toroq traffikużi u mimlija ħajja li hemm f 'San Ġwann, insibu wieħed mill-aħħar persuni li għadu jagħmel l-maduma Maltija b'idejh. Din it-triq dejjem b'xi ħaġa għaddejja, iżda malli tasal ma' dan il-bieb tal-injam, li donnu jistona ma dawk ta' ħwienet l-oħra, tħoss biss serenita' hekk kif jaqa' l-kwiet u Colombo jehda f 'xogħolu. Colombo kompla dan ix-xogħol wara missieru Ġuzeppi, li fetaħ l-istess ħanut kważi 70 sena ilu. "Ilni hawn min mindu kont żgħir, minn meta kont bil-ħarqa" qal in-negozjant filwaqt li pprepara t-taħlita biex jibda x-xogħol. 'Il-madum Malti hu Malti mil-bidu sal- aħħar' "Ilni hawn min mindu kont żgħir, minn meta kont bil-ħarqa" qal in-negozjant filwaqt li prepara t-taħlita biex jibda x-xogħol. Colombo insista li "l-madum Malti hu Malti mil-bidu sal-aħħar." Hu spjega kif il-maduma Maltija ssir b'materjal kollu Malti. Infatti l-materja prima tiġi preparata minnu stess minn ġurnata qabel. U xi ngħidu għad-diżin? Colombo tkellem fuq l-ismijiet użati biex jiddistingwu maduma minn oħra. Fosthom insibu 'Għajn il-Baqra' u 'Sieq it-Tiġieġa' biex insemmu it. Huwa importanti li wieħed iżomm f 'moħħu li dan il-madum hu magħmul individwalment bl-idejn, fil- każ ta' Colombo, tant li mitt metru madum kważi jieħu kważi xahar u nofs biex jitlesta. 'Dan iż-żmien laħqu diżinjaturi bravi li jirnexxilhom jinkorporaw l-istil kontemporanju ma' dak rustiku' Mistoqsi jekk żdiditx id-domanda għal dan it-tip ta' madum, Colombo wieġeb li "riċentament reġa' sar moda". Filwaqt li beda jipprepara l-għodda tiegħu, hu qalilna li dan l-aħħar iktar qed jaghmel madum għal appartamenti milli għal djar oħra. Colombo kompla jgħid kif "dan iż-żmien laħqu diżinjaturi bravi li jirnexxilhom jinkorporaw l-istil kontemporanju ma' dak rustiku" u li bis-saħħa ta' dawn in-nies reġa' qam l-għatx għal dan ix-xogħol. "Minn kollox ikolli; diżinjaturi, kumpaniji, u anke nies bħal koppji zgħar li xtraw l-ewwel dar tagħhom". 'Nies barranin saru japprezzaw iktar dan ix-xogħol. Saħansitra jekk jidħol jixtri barrani lanqas għal prezz ma jitlob' Ir-raġel li ilu jaħdem f 'din is-sengħa għal aktar minn tlett deċennji, qal li jiġu ħafna barranin jixtru mingħandu. Infatti hu jħoss li "l-barrani sar japprezza iktar dan ix- xogħol. Saħansitra jekk jidħol jixtri barrani lanqas għal prezz ma jitlob." Kompla billi spjega li jista jkun li għax filwaqt madum tradizzjonali f 'postijiet 'il bogħod minn xtutna jinbiegħ il-fuq minn €100 il-metru, xi madum tradizzjonali Malti jinbiegħ €2.40 il-waħda. Colombo jirrakkonta l-iktar klijenti memorabli għalih fosthom meta ambaxxatriċi Ingliza marret tixtri biżejjed madum biex timla tlett kmamar fid-dar tagħha lura fl-Ingilterra, propju fl-aħħar ġurnata tagħha f 'Malta. 'Mhux xogħol li fih ammont kbir ta' periklu iżda hu xogħol ta' strapazz għax trid toqgħod fuq saqajk ġurnata sħiħa' Il-ħanut jiħu fis-sitta u nofs ta' filgħodu u qabel is-sebgħa ta' filgħaxija ma jaħsibx biex jinġabar f 'daru. Colombo esprima l-opinjoni li dan mhux xogħol faċli, "mhux xogħol li fih ammont kbir ta' periklu iżda hu xogħol ta' strapazz għax trid toqgħod fuq saqajk ġurnata sħiħa". Tkellem ukoll fuq kif qabel kienu disa' min-nies iżda issa spiċċa waħdu filwaqt li ammetta li hu wkoll jista' jmur jaħdem ma' xi kumpanija jekk irrid, imma jinkwieta li m'hawn ħadd li jista' jkompli jieħu ħsieb dan ix-xogħol warajh. "Trabbejt go fih dan biss naf ", tenna Colombo. Hu ħa ukoll Ġieħ San Ġwann għax- xogħol siewi li qed jagħmel. 'Ngħid il-verita' malli għaraft lili nnifsi fuq il-faċċatta ta' dan il-ktieb, emozzjonajt naqa ruħi' Colombo b'entużjażmu ħareġ jiġri xi paġni ta' rivisti flimkien ma' kotba oħra u spjega li jiġu jżuruh bosta nies, kemm tal- aħbarijiet u anke tal-gazzetti li saħansittra Ir-raġel wara l-madum tradizzjonali Il-maduma Maltija hija ihla li naqxet isimha fil- kultura tagħna għal-iktar minn 300 sena. ILLUM tkellmet ma' Chris Colombo, li ilu jaħdem din is- sengħa artiġġjanali minn ġenerazzjoni għall-oħra. X'inhu l-proċess li jwassal għal maduma Maltija? Għad hawn domanda għal dan ix-xogħol? Chris Colombo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021