Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 il-Labour għadu jżomm il-maġġoranza 30,000+ fi Grech. Il-bqija qalu li ma jafdaw lil ħadd jew ma weġbux. L-istess differenza favur il-PL hija riflessa fuq kif l-Għawdxin wieġbu illi kienu jivvutaw kieku saret elezzjoni. Mill-ġdid il-Partit Laburista ġab maġġoranza fi tlieta minn erba' sondaġġi b'52.3% f 'Ottubru (32.1% PN), 46.7% f 'Diċembru (26.8% PN) u 47% f 'Jannar (30.1% PN). L-unika sondaġġ li ta maġġoranza lill-PN kien f 'Novembru meta l-PN kiseb 50.6% (27.8% PL). Meta taqbad il-medja allura ssib li d-distakk f 'Għawdex kien ta' 8.5% favur il-Partit Laburista, hekk kif il-medja ta' Għawdxin li qalu illi se jivvutaw lill-PL fl-aħħar erba' sondaġġi kien ta' 43.4%, filwaqt li 34.9% qalu illi jivvutaw lill-PN. Grech jissaħħaħ mal-voti PN fl- 2017, imma Abela jibqa' jmexxi bażi aktar solida Issa ejja nagħtu ħarsa lejn il- votanti tal-2017 u lil min dawn jafdaw illum. Kemm Abela kif ukoll Grech jikkmandaw il- fiduċja tal-maġġoranza tal-bażi ta' votanti tal-partit tagħhom fl- 2017. Minkejja dan, perċentwalment, hemm aktar Laburisti li jafdaw aktar lil Abela milli hemm Nazzjonalisti li jafdaw lil Grech. Kif? Mistoqsijin lil min jafdaw l-aktar, dejjem aktar minn 80% (ħlief f 'Jannar) ta' dawk li vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni wieġbu 'Robert Abela'. F'Ottubru fil-fatt 85.2% wieġbu hekk, 87.4% f 'Novembru, 85.1% f 'Diċembru u mbagħad 79.7% f 'Jannar. Dan ifisser medja ta' 84.3% ta' dawk li vvutaw PL fl- aħħar elezzjoni jafdaw aktar lil Abela. Fl-2017 il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot. Intant, mistoqsijin lil min jafdaw l-aktar dejjem aktar minn 70% (ħlief f 'Diċembru) ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 qalu li jafdaw l-aktar lil Bernard Grech. F'Ottubru fil-fatt 73.4% wieġbu hekk, f 'Novembru 79.7%, f 'Diċembru 68.5% u f 'Jannar 76.9%. Dan ifisser medja ta' 74.6% ta' dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni ġenerali llum jafdaw lil Grech. Fl-2017 il-Partit Nazzjonalista kiseb 135,696 vot. Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn dawk li vvotaw lil partit fl- 2017 u llum jafdaw lill-Mexxej/ Kap tal-partit l-ieħor insibu biss ċaqliqiet sinjifikanti f 'Jannar. Fl-aħħar sondaġġ fil-fatt 11.2% ta' dawk li vvutaw PL fl-2017 qalu li jafdaw aktar lil Bernard Grech, filwaqt li kienu 6.4% ta' dawk li vvutaw PN li qalu illi llum jafdaw aktar lil Robert Abela. Dan iħalli bilanċ ta' 4.8% favur il-Partit Nazzjonalista. Għad irid ikun stabbilit jekk din hijiex xejra u l-bidu ta' xi forma ta' emoraġija mil-Labour għall-PN, jew inkella jekk hux riżultat rifless f 'sondaġġ wieħed biss. Iż-żgħażagħ lil min jafdaw? Meta wieħed iħares lejn iż- żgħażagħ imbagħad jidher li l-affarijiet għadhom qed jivvantaġġjaw lil Robert Abela wkoll f 'termini ta' fiduċja, b'medja ta' 40.4% tal-votanti bejn it-18 u l-35 sena jafdaw lil Abela u 24.7% jafdaw lil Bernard Grech mill-aħħar erba' sondaġġi. F'Ottubru 45% ta' dawn il- votanti qalu li jafdaw lil Abela (21.4% lil Grech), 42.1% f 'Novembru (27.4% lil Grech), 39.2% f 'Diċembru (18.2% lil Grech) u 35.6% f 'Jannar (31.8% lil Grech). Jekk wieħed imbagħad iħares lejn il-vot ta' dan is-settur tal- popolazzjoni fl-aħħar erba' xhur isib li l-PL kien qed jaqbeż lill- PN f 'kull sondaġġ ħlief fl-aħħar, li għall-ewwel darba inkluda wkoll lil dawk ta' 16 u 17-il sena. Mistoqsijin lil min jivvutaw f 'elezzjoni ġenerali f 'Ottubru dan is-settur ta' votanti b'41.7% wieġeb lill-Partit Laburista u 18.1% biss lill-PN. F'Novembru n-numri stabilizzaw aktar favur il-PN b'36.6.% jivvutaw PL u 29.6% PN, imma f 'Diċembru l-PN reġa' kellu numri ħżiena. Fil-fatt fl-aħħar xahar tas-sena l-oħra 34.5% ta' dawk bejn it-18 u l-35 sena qalu li jivvotaw PL u 19.1% PN. Fl-aħħar sondaġġ minn fost dawk bejn is-16 u l-35 sena 29.6% qalu illi jivvutaw lill-PL u 32% lill-PN. Minkejja dan ir-riżultat iktar pożittiv għall-PN fl-aħħar sondaġġ ix-xejra sa issa tibqa' tivvantaġġja lill-Partit Laburista. Fil-fatt il-medja taż-żgħażagħ li qalu illi jivvutaw PL kienet ta' 35.6% u l-medja ta' dawk li jivvutaw PN kienet ta' 24.7%. Is-sondaġġi juru li Bernard Grech qed jissaħħaħ mal-voti tal-Partit Nazzjonalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021