Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum It-tielet ġimgħa fiż-Żodjaku ta' Aquarius Mill-Ħadd 7 ta' Frar sas-Sibt 13 ta' Frar Kompetizzjoni għalikom il- qarrejja ta' din il-paġna Nibda x-xahar ta' Frar bl-ewwel kompetizzjoni fi żmien anke Jum San Valentinu ser inwassal kompetizzjoni speċjali. Għal din il-ġimgħa sebgħa minkom jistgħu jirbħu l-kalendarju żodjaku li għalkemm riesaq lejn tmiem is- sena żodjaka xorta jista' jinżamm b'tiira anke minħabba li l-kalendarju żodjaku jista' jinbidel minn 12 għal 13. Żgur ikun tiira b'differenza. Sabiex tirbħu wieħed mis-seba' kalendarji kulma għandkom tagħmlu huwa twieġbu mistoqsija sempliċi. F'Lulju, il-paġna ta' PaulJon, kemm ser tagħlaq mill-ewwel pubblikazzjoni tagħa? 6, 7 jew 8 snin? Ibgħat it-tweġiba tiegħek fuq: PaulJon, Kompetizzjoni ILLUM, PO BOX 27 Paola. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Aquarius ser ikun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li taf tesperjenza. Fin-nuqqas ta' dan , għalik jaf ikun forma ta' xkiel, għalhekk f 'dan il-mument trid tagħraf tużamoħħok. B'dan il-mod biss tista' tkompli tħares 'il quddiem f 'dik l-istabbilità li tant tixtieq. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 7, 8, 11 u 13. Aquarius magħrufin għall-attenzjoni tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Pisces ser toħloq aktar ħsibijiet dwar il-pożizzjoni madwarek. Għalhekk trid tagħraf taħseb aktar b'għaqal u jekk jirnexxilek tagħmel dan int ser tkun kapaċi tagħraf iżjed ħilitek. Dan huwa importanti għax jaf ikun mera tal-futur. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id- dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 9, 11 u 12. Pisces magħrufin li huma stabbli. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Aries ser tkun ġimgħa ta' għarfin bejn dak li esperjenzajt fil-passat u dak li għandek illum. Iffoka biss fuq dak li għaddejja minnu fil-mument sabiex bl- esperjenza kollha li għandek tagħraf tkattar dak kollu li hemm riesaq lejk. Irrifletti. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 11 u 12. Aries huma magħrufin lbħala nies organizzati. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus ser jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tikkumbatti l-pressjoni ta' pressjoni ta' ħidma li int involut fiha fil-preżent minħabba għax taf li m'intix qiegħed tlaħħaq ma' dak kollu li hemm madwarek. Dan xi kultant qiegħed joħloq ċertu tensjoni madwarek, għalhekk agħraf dabiex taddatta forma ta' skeda ġdida. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Pisces. Taurus huma magħrufin bħala nies attivi ħafna. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Gemini ser ikun perjodu ta' ppjanar dwar opportunitajiet ġodda li kapaċi jiħulek diversi toroq. Agħraf emmen fik innifsek sabiex tara t-tkabbir li tant tixtieq. Iffoka. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma: 7, 9, 12 u 13. Gemini huma magħrufin għall- komunikazzjoni tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Cancer ser tagħmlek aktar iffukat, attent u ppreparat minn li kont. Is-sitwazzjoni ta' madwarek qed tinbidel u huwa importanti li tagħtiha l-attenzjoni meħtieġa. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 7, 8, 10 u 12. Cancer huma magħrufin bħala nies ta' twemmin fihom infushom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Virgo ser jgħinek tagħraf kif għandek tiddeċiedi għal dak li riesaq lejk. Dan huwa perjodu delikat ħafna. Agħraf biex ma twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla. Agħraf kun kalm u kawt fil-mod li taħseb. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 7, 9, 11 u 13. Virgo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Libra ser ikun mument ta' opportunitajiet ġodda fil-karriera tiegħek. Dan ser ikun xenarju pożittiv imma issa trid tkun aktar iffokat sabiex tkabbar li hemm madwarek. Ħejji tajjeb. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 12 u 13. Libra magħrufin għall-flessibilità tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Sagittarius ser tagħraf aktar dan il-mument li ilek biżżejjed biex tasal s'hawn. Tibżax minn dan il-pass, agħraf l-abbiltà li tippossedi sabiex tasal fejn verament tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħ. Id-dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma: 7, 9, 10 u 13. Sagittarius huma magħrufin għall- għarfien tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Scorpio ser ifisser li trid tagħraf aktar iċ-ċaqliq li hemm riesaq lejk. Issa trid tagħraf sabiex ikollok riżultat ta' sodisfazzjon tant meħtieġ. Agħraf żomm bilanċ madwarek biex ma jkollokx kumplikazzjonijiet. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9, 11, 12 u 13. Scorpio magħrufin bħala persuni ta' burdata stabbli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn għalik bħala Capricorn ser ikun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li tixtieq u mhux dak li ħaddieħor jixtieq minnek. Riesaq iż-żmien li fih trid tegħleb il-biża' u tagħraf temmen li int kapaċi timxi 'l quddiem. Fih is-sagrifiċċju imma żgur li wara ser tħossok il-persuna li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 7, 8, 12 u 13. Capricorn huma magħrufin għad-determinazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aquarius għalik bħala Leo ser tgħinek tagħraf il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Dan jaf iġiegħlek tħossok egoist imma huwa l-mument li trid tkun imħejji sabiex tagħraf tilqa' għal dak li qed tħejji għalih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 9, 11 u 12. Leo huma magħrufin bħala persuni umli. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021