PLANNING AUTHORITY
L-Awtoritá tal-Ippjanar għadha kemm nediet
skema ta' finanzjament biex tipprovdi għajnuna
biex żoni residenzjali 'griżi' jinbidlu f'żoni 'ħodor'
li jipprovdu spazji aħjar għas-saħħa tagħna.
L-iskema, b'allokazzjoni ta' €2 miljun, se tkun
qed tkopri 100% tal-finanzjament
għall-introduzzjoni ta' faċċati jew ħitan ħodor
kif ukoll għall-installazzjoni ta' ġonna f'residenzi
li jsiru mis-sidien tal-propjetá f'żoni residenzjali.
Il-fond ser ikopri l-ispejjeż kollha inkluż il-pjan
ta' manutenzjoni fuq ħames snin u ser ikun qed
jingħata sa' €10,000 għal kull propjetá.
#fromgreytogreen
www.pa.org.mt
100%
nanzjament ta'
Sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta' sottomissjoni,
it-talba għal għajnuna minn dan il-fond
għandha ssir permezz ta' perit u permezz
tal-applikazzjonijiet onlajn tal-Awtoritá.
Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2290 1544
jew ibgħat email fuq
greenyourbuilding@pa.org.mt. Termini u
kundizzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit
tal-Awtoritá tal-Ippjanar www.pa.org.mt
Din l-iskema tagħlaq fid-9 t'April 2021.