Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 7 TA' Frar 2021 Carmel Bonnici Il-Film mużikali u klassiku My Fair Lady (2) ... ikompli mill-ġimgħa li għaddiet My Fair Lady kien qam lil Warner Bros. $ 17-il miljun dollari, però għamel profitt ta' 12-il miljun u kien wieħed mill- aktar films li daħlu flus fl-1964. Din il-produzzjoni ta' 170 minuti kienet mimlija kanzunetti tassew sbieħ u tal-widna, fosthom Loverly, e Rain In Spain, Just You Wait, I Could Have Danced All Night, On e Street Where You Live u oħrajn. Dan il-kapulavur rebaħ tmien Oscars, fosthom għall-Aqwa Film ta' dik is-sena, l-Aqwa Attur (Rex Harrison) u l-Aqwa Direttur, George Cukor. Xi kurżitajiet dwar dan il-film, huma: It-titlu tal-film ħaduh mill- kanzunetta tradizzjonali London Bridge Is Burning Down, My Fair Lady. Kważi l-kanzunetti kollha li fihom suppost kantat Audrey Hepburn, il-leħen li jinstema' hu ta' Marni Nixon, għax leħinha ma kienx qawwi biżżejjed. Imma Hepburn veru tkanta Just You Wait Higgins u xi linji minn I Could Have Danced All Night, bil-kliem Sleep, Sleep, I Could Have Danced All Night. Fil-uħ. Bħala tfajla ta' 19- il sena li tbigħ il-uri, Audrey Hepburn kellha nfatti 35 sena. Rex Harrison ried li l-parti ta' Eliza taħdimha Julie Andrews, billi huma t-tnejn ħadmu l-parti rispettivi tagħhom flimkien fuq Broadway. Hu beża' li Hepburn ma tkunx tajba biżżejjed biex taħdem ta' tfajla fqira b'aċċent stramb, billi ommha kienet barunessa. Imma, wara baqa' skantat bil-kapaċita' tagħha u ferħilha. Jack L. Warner, il-President tal- Warner Bros. ma riedx lil Julie Andrews għax din kienet għadha ġdida fil-films. F'dik is-sena iżda Julie Andrews ħadmet f ' Mary Poppins ta' Disney u anki rebħet l-Oscar bħala l-Aqwa Attriċi. Jack L. Warner xtaq li Peter O'Toole jaħdem il-parti tal- Professur Higgins imma dan talab salarju għoli wisq. Meta Rex Harrison aċċetta l-Academy Award bħala l-Aqwa Attur f 'dan il-film hu ddedikaħ għal "two fair ladies", Audrey Hepburn u Julie Andrews billi t-tnejn ħadmu miegħu bħala Eliza Doolittle. Hepburn wara żvelat li kieku hi rriutat il-parti ta' Eliza ma kinitx Julie Andrews li se taħdimha imma Elizabeth Taylor. Waqt li dan il-film irċieva kummenti favorevoli, l-kritiċi kienu maqsumin dwar l-interpretazzjoni ta' Audrey Hepburn bħala Eliza, billi mhux hi kantat ħafna mill-kanzunetti. Oħrajn, fosthom l-attur smat Sir John Gielgud kien sostna li Audrey Hepburn f 'din il-parti kienet aħjar minn Julie Andrews li ħadmitu fuq il-palk. Fil-parti ta' Alfred Doolittle, missier Eliza, James Cagney kien offrut din il-parti, iżda reġa' bdielu fl-aħħar ħin u ħadha Stanley Holloway li kien ukoll fuq Broadway. Atturi li ġew ikkonsidrati għall-irwol ewlieni tal-Professur Higgins, kienu Peter O'Toole, Cary Grant, Nioel Coward, Rock Hudson, Michael Redgrave u George Sanders. Vincente Minnelli kien il- favorit li jiderieġi u anki hu talab prezz għoli u floku daħal George Cukor. Meta lil Audrey Hepburn qalulha li l-vuċi tagħha ma kenitx tajba biżżejjed hi telqet 'il barra. L-għada rritornat u skużat ruħha bil-kbir ma' kulħadd. Fl-1994, My Fair Lady ġie rrestawrat minn Robert A. Harris li uża varjetà ta' mezzi biex ġabu kif kien oriġinali. Il-kopja li ntużat għal dan il-proċess kienet tas-70mm, bħal dik li ntweriet hawn Malta fit-teatri Coliseum tal-Belt u fil-Plaza tas-Sliema, l-uniku żewġ cinemas attrezzati b'dan il-liżar wiesa' u għoli aktar mis- CinemaScope. Fl-1975, My Fair Lady kien reġa' ħareġ għall-wiri fit-teatri din id-darba mqassam mit-20th Century Fox, billi d-drittijiet għand il-Warner Bros. kienu spiċċaw. Tmiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021