Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
10 analiżi IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum Is-sondaġġi tal-aħħar erba' xhur: Kif il-Labour Iż-żewġ partit qalu illi l-aħħar sondaġġi huma rebħa jew progress għalihom. Lilhinn mill-ispin politika l-gazzetta ILLUM tispjega numerikament x'turi x-xejra tal-aħħar erba' sondaġġi (Ottubru sa Jannar) tal- Mediatoday u tikkalkula d-distakk medju bejn il-PN u l-PL, l-appoġġ medju lejn il-PN u l-PL f'Għawdex, kif ukoll il-fiduċja medja taż-żgħażagħ lejn Abela u Grech minn Ottubru ... ALBERT GAUCI CUNNIGHAM Dan l-aħħar sar ħafna diskors fuq il-midja soċjali fir-rigward tas-sondaġġi - wieħed tal- Kamra tal-Aħbarijiet tagħna (Mediatoday) li jiġi ppublikat fuq il-gazzetta oħt Maltatoday u ieħor li jsir minn Vince Marmara u li jiġi ppubblikat fil-gazzetta t-Torċa. Il-qari ta' sondaġġ huwa importanti li jieħu in kunsiderazzjoni x-xejra tas- sondaġġi u mhux sondaġġ wieħed waħdu. Huwa biss meta x-xejra tkun stabbilita li wieħed jista' jagħti indikazzjonijiet ċari ta' moviment ta' voti minn u lejn partit. F'din l-analiżi qasira se nagħtu ħarsa ta' malajr lejn ix-xejriet f 'dak li jirrigwarda d-distakk elettorali, il-votanti Għawdxin, il-partiti fl-2017 u llum kif ukoll il-votanti żgħażagħ. Biex naslu għall-konklużjoni aktar ċara għall-qarrejja tagħna tajna ħarsa lejn il-persentaġġ medju (minn Ottubru sa Jannar) li ġab Robert Abela u Bernard Grech f 'termini ta' fiduċja, kif ukoll id-distakk medju bejn il-partiti fl-istess perjodu. Il-Labour jibqa' viċin id-distakk elettorali tal-2013/14 Huwa minnu li l-aħħar sondaġġ tal-Mediatoday wera' illi id-distakk kbir ħafna bejn il-partiti nxtorob xi ftit biex fil- fatt (u qabel l-estrapolazzjoni) jiġi 8.5% u allura madwar 26,000 vot maġġoranza għall-Partit Laburista. Iżda meta wieħed jara l-medju fl-aħħar erba' sondaġġi jsib li d-distakk medja bejn dawk li qalu illi kieku ssir elezzjoni jivvutaw lill-PL u dawk li qalu illi jivvutaw PN kien ta' 10.8%. Issa għal fini ta' sondaġġ is-somma maħduma kemm mis-sondaġġi tal-Mediatoday u anke minn dawk tat-Torċa jirriflettu madwar 3,100 vot għal kull 1% (li jvarja skont it- total ta' votanti irreġistrati). Dan ifisser illi s-sondaġġi tal- Mediatoday juru illi d-distakk medju fl-aħħar erba' xhur kien ta' madwar 33,500 vot favur il- Partit Laburista. Dan id-distakk huwa viċin ħafna r-riżultati kollha li kiseb il-Partit Laburista fl-aħħar 11-il sena, sa mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 2009 meta l-istess partit kien kiseb maġġoranza ta' 35,431 vot. Id-distakk medju tal- aħħar erba' xhur fil-fatt huwa l-eqreb għar-riżultat elettorali tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014, meta l-Partit Laburista rebaħ b'distakk ta' 33,677 vot. Dan għaliex meta mistoqsijin lil min jivvutaw il-parteċipanti wieġbu hekk: F'Ottubru (40.3% PL vs 30% PN), Novembru (44.2% PL vs. 32.4% PN), F'Diċembru (42.9% PL vs. 30.3% PN) u finalment f 'Jannar (42.1% PL vs. 33.6% PN). Dan għal total medju ta' 42.3% għall-Partit Laburista u 31.5% għall-Partit Nazzjonalista. L-Għawdxin - persentaġġi li jvarjaw, imma l-medja tifavorixxi lil Robert Abela Naturalment f 'kull sondaġġ li jsir meta l-kampjuni jkunu aktar żgħar il-varjanzi jikbru. Minkejja l-varjanzi ċari fuq il-vot Għawdxi, distrett għal snin meqjus Nazzjonalista - imma llum wieħed mill-iswing distticts u allura distrett kruċjali - il-medja tal-aħħar erba' xhur xorta jiffavorixxi lill-Partit Laburista. Il-gazzetta ħarset issa lejn il-persentaġġi li kisbu Robert Abela u Bernard Grech f 'termini ta' fiduċja fit-tlettax-il distrett fl-aħħar erba' sondaġġi. Abela kiseb l-akbar fiduċja fi tlieta minn dawn l-erba' sondaġġi b'54.8% f 'Ottubru (Grech fdat minn 45.2%), Diċembru b'59.5% (Grech fdat minn 30.4%) u f 'Jannar b'47.6% (Grech fdat minn 36.8%). L-uniku sondaġġ li fih Grech irriżulta li kien aktar fdat kien f 'dak ta' Novembru b'45.5% (Abela fdat minn 38.5%). B'kollox dan irriżulta f 'fiduċja medja ta' 50.1% f 'Abela u 39.4% Aktar Laburista jafdaw lil Robert Abela milli hemm Nazzjonalisti jafdaw lil Bernard Grech