Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
YENDRICK CIOFFI Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo kkonferma mal-gazzetta ILLUM li l-linja tal-ajru Qatar Airways, għadha qed tevalwa meta se jkun l-aħjar perjodu biex terġa' tintroduċi titjiriet diretti għal Malta. Nisimgħu ħafna li s-settur tat- turiżmu qala' l-akbar daqqa bil- pandemija tal-Covid-19 u propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministru Bartolo dwar il-ħidma li qed issir biex Malta tattira l-akbar ammont ta' turisti possibbli meta din il-burraxka tgħaddi. Fil-fatt, ta' min isemmi li fl-aħħar ġimgħat tħabbar li l-linja tal-ajru Fly Dubai, minn Mejju, se tkun qed tibda titjiriet lejn Malta erba' darbiet fil-ġimgħa, b'titjira li tinkludi wkoll lil Katanja. Din l-aħbar kienet waħda pożittiva mmens hekk kif din kienet l-ewwel linja tal-ajru li ħabbret li se tkun qed toffri titjira diretta mal- Emirati Għarab Magħquda, wara li l-Emirates ma baqgħetx ittir lejn Malta minħabba l-pandemija. Mal-ILLUM, il-Ministru Bartolo saħaq li linji tal-ajru li joffru konnettività ma' swieq imbiegħda għandhom relevanza kbira, anke għax it-tir tal-Gvern huwa li jattira turisti minn swieq aktar 'il bogħod, fosthom fl-Awstralja, il-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Amerika ta' Fuq, Ċentrali u ta' Isfel. 'Malta se tkun fuq quddiem biex tikseb il-konnettività kollha meħtieġa' Ftit tax-xhur ilu, f 'policy note, il-Bank Ċentrali ta' Malta kien qal li biex Malta tirkupra malajr kemm jista' jkun ekonomikament, wara l-pandemija, jeħtieġ tirkupra l-konnessjonijiet kollha li tilfet. Fil-fatt, il-Covid-19, waqqaf aktar minn 50 konnessjoni bl-ajru li kellha Malta. Dwar dan, l-ILLUM ukoll tkellmet mal-Ministru, li spjega kif il-Gvern qed jaħdem id f 'id mal-linji tal-ajru bil-għan li Malta tirkupra dawn il-konnessjonijiet malajr kemm jista' jkun. "Il-linji tal-ajru huma kollha lesti sabiex jerġgħu jibdew u jkabbru s-servizzi tagħhom mir- rotot differenti u bħalna qegħdin isegwu l-iżviluppi internazzjonali f 'oqsma differenti bħall-andament tal-pandemija f 'pajjiżi differenti, kontrolli fuq l-ivvjaġġar imwettqa minn pajjizi differenti, kif ukoll il-progress madwar id-dinja fejn jidħol il-vaċċin," saħaq i l - M i n i s t r u Bartolo. W i e g ħ e d li Malta se tkun minn ta' quddiem u fost l-ewwel pajjiżi li jkollha l-konnettività kollha meħtieġa biex tattira t-turisti malli s-sitwazzjoni tippermetti. 'Irridu nkunu minn tal-ewwel biex nibdew nattiraw lit-turisti' L-ILLUM staqsiet ukoll lill- Ministru x'inhi l-mira tal-Gvern għal din is-sena, f 'termini ta' turisti. Il-Ministru saħaq li s-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna u jkun prematur jekk bħalissa wieħed jitkellem fuq numri. "Il-mira ewlenija tagħna hija li rridu nkunu minn tal-ewwel li nibdew nattiraw it-turisti mill- ġdid lejn Malta hekk kif is-suq internazzjonali jiaħ b'rispons għas-suċċess fil-ġlieda globali għat-trażżin tal-virus," saħaq il- Ministru. X'tipi differenti ta' turisti nistgħu nattiraw? Mistoqsi jekk il-Gvern hux jaħdem biex jattira lejn Malta tipi differenti ta' turiżmu u li forsi sa issa ma tantx ingħataw importanza, Clayton Bartolo saħaq li l-Ministeru mmexxi minnu qed jaħdem biex jattira lejn Malta niċeċ differenti, inkluż turiżmu sportiv, reliġjuż, dak marbut mal-għaddassa u tipi differenti ta' turisti li se jkunu aktar disponibbli li jsiefru malli jkollhom iċ-ċans. "Dawn jinkludu turisti f 'etajiet li huma inqas milquta mill-imxija, turisti li jħobbu taħlita ta' xemx u kultura, turisti minn pajjiżi aktar kesħin li huma għatxana sabiex jerġgħu jivvjaġġaw lejn il- kosta u l-baħar, turisti li jfittxu l-esperjenzi varji ta' divertiment li joffru l-gżejjer tagħna u turisti li qegħdin ipoġġu aktar enfasi fuq destinazzjonijiet li jgawdu minn sistemi tas-saħħa avvanzati u fejn l-immaniġġjar tal-imxija jingħata prijorità minflok ma jżuru destinazzjonijiet aktar eżotiċi li llum ippoġġuk aktar f 'riskju," temm jgħid Bartolo. 05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 Il-Qatar Airways qed tevalwa meta se jkun l-aħjar perjodu biex terġa' tintroduċi titjiriet lejn Malta; Il-Ministru Bartolo jikkonferma mal-ILLUM Il-Ministru jisħaq li Malta se tkun fuq quddiem nett biex terġa' tikseb ħafna mill-konnessjonijiet li tilfet minħabba l-pandemija Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jilqa' applikazzjonijiet għax-xiri ta' oqbra ġodda fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Applikazzjonijiet jinkisbu minn: Burials Regulatory Unit Santa Marija Addolorata Cemetery Paola, PLA 9010 Burials Regulatory Unit 21693508 www.bit.ly/addolorata-app Mon-Fri (07:00 - 15:00) Sat-Sun (08:00 - 12:00)