Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 'Tlifna l-fiduċja fl-istituzzjonijiet' - Il-President George Vella ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Għandna rispett għall-opinjonijiet ta' xulxin? Nipruvaw nikkonvinċu permezz tal-forza tad-diskussjoni? (Le) Dan huwa għaliex tlifna l-fiduċja reċiproka u tlifna l-fiduċja fl-istituzzjonijiet ... u jekk titlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet ma jkollokx punt ta' referenza. Għalhekk irridu nsibu soluzzjoni u s-soluzzjoni hija l-edukazzjoni." Dan sostnieh il-President tar-Repubblika George Vella meta lbieraħ ħabbar l-oraganizzazzjoni ta' konferenza ta' Għaqda Nazzjonali, li fil-fatt kien wiegħed meta inħatar fil-kariga. Din il-konferenza ser issir nhar is-27 ta' Frar fil-Palazz Verdala, b'panel immexxi minn Reno Bugeja, li se jkun qed jagħmel il-mistoqsijiet lill-kittieb u eks Editur tat- Torċa Aleks Farrugia, il-Pro-Rettur fl- Università ta' Malta Carmen Sammut, il- President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb, id-Dekan tal-Fakultà tal-Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi u l-Professur Simone Borg. F'konferenza tal-aħbarijiet il-President Vella qal illi n-nuqqas ta' għaqda tħassbu u li issa wasal iż-żmien biex niskopru dak li jgħaqqadna. "Ninsisti li għandna inkunu magħqudin fuq ċerti kwistjonijiet," qal il-President li sostna illi l-avveniment li ħabbar ilbieraħ jeħtieġ ikun kemm jista' jkun 'il bogħod mill-politika partiġġjana. Il-President qal illi l-pandemija Covid-19 sfurzatna f 'perjodu ta' riflessjoni ispirata minn sens ta' solidarjetà ma' dawk milqutin mill-virus, kif ukoll rispett lejn il-frontliners u r-realizzazzjoni li l-ħaddiema barranin, "huma ħafna iktar importanti milli konna nemmnu." Vella kien diġa' sostna li hemm bżonn jonqos l-abbuż verbali fuq il-midja soċjali. "Tista' tikkritika imma b'mod kostruttiv, mhux distruttiv," kien qal il-Kap tal-Istat Malti. Il-President appella wkoll għal ton u vokabularju li jixraq lill-kariga mingħand id-Deputati. Vella temm iħabbar li d-diskussjoni waqt il-konferenza se tkopri diversi kwistjonijiet li jħassbu lill-poplu, fosthom it-tnaqqis fl- użu tal-lingwa Maltija u n-nuqqas ta rispett lejn l-ambjent. Il-President tar-Repubblika jħabbar konferenza għall-għaqda nazzjonali għall-aħħar ta' Frar